Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Opinjoni 19 I l-qlajja hi li l-klassi tal- ћaddiema fl-Ewropa u anke f 'pajjiżna spiċċat. Fir-realtà, gћadha hemm jekk mhux kibret. Li ġara kien li l-klassi tal-ћaddiema f 'Malta, (u fi mkejjen oћra fl-Ewropa) inbidlet. Spiss, b''klassi tal-ћaddiema' nifmhu ћaddiema tal-id, li jaqilgћu ftit u li gћandhom ċerta kultura. Biex nieћdu eżempju, nies ta' din il-klassi spiss kellhom kultura macho- ista, kienu reliġjużi b'mod aktarx superstizzjuż, kellhom delizzjoni bћal kaċċa u l-festi, u jekk jipprattikaw sports, ikun aktarx sports bћall- futbol jew il-boxing. Nies minn dawn gћad baqa', gћad li forsi naqsu. Madankollu, il-klassi tal-ћaddiema gћadha hemm. Kif inhu naturali imma, inbidlet biż-żmien. Il-klassi tal-ћaddiema normalment tinkludi nies li mhumiex is-sidien tal- mezzi li bihom jiġi maћluq il-ġid, li jbigћu xogћolhom gћal paga u li bix-xogћol tagћhom, ћaddieћor (is-sid) joћloq prodotti li jbigħhom u li minnhom hu (is-sid) jagћmel qliegћ. Illum, nies li jinsabu f 'din il-qagћda, huma kemm blue collar (ћaddiema tal-id) imma anke numru kbir ta' ћaddiema li huma white collar. Biex nieћdu eżempju ta' dawn tal-aћћar, nistgћu nsemmu gћalliema fl-iskejjel tal-Ingliż. Dawn jaћdmu prodott li gћandu s-suq tiegћu, li jrid jiġi mibjugћ u li minnu, ћaddieћor qed jagћmel qligћ. L-istess jista' jingћad gћal dawk l-avukati li jbigћu xogћol f 'ditta ta' ћaddieћor. Minkejja li l-klassi tal- ћaddiema gћadha hawn jekk mhux kibret, mhux kull ћaddiem gћandu gћarfien li hu ћaddiem. Avukat li jbigћ xogћlu gћal ditta ngћidu aћna, minћabba li l-kultura tiegћu f 'numru ta' aspetti (ilbies, il-fatt li meta jidћol il-belt isejћulu 'dottore' u l-bqija) gћandu mnejn iqarraq bih innifsu li mhux ћaddiem. Lanqas mhu l-każ li kull ћaddiem gћandu gћarfein ta' x'inhu l-interess tiegћu bћala ћaddiem. Hemm bosta ћaddiema mwielda Malta li, ngћidu aћna, jaћsbu li l-akbar sfida quddiemhom hi dik tal-immigrazzjoni u mhux il-fatt li l-ġid li qed jinћoloq fl-ekonomija b'saћћitha tagћna qed jitqassam b'mod inġust u jispiċċa gћand il-ftit. Dan ukoll jista' jkun frott ta' nuqqas ta' gћarfien ta' x'inhi l-klassi tal-ћaddiema f 'pajjiżna llum. Il-klassi tal-ћaddiema llum Waћda mill-bidliet li gћaddiet minnhom il-klassi tal-ћaddiema f 'Malta fl- aћћar snin hi dik ta' minn fejn ġejjin il-membri ta' din il-klassi. Waqt li tletin sena ilu, il-ћaddiema f 'Malta kienu fil-maġġoranza kważi assoluta tagћhom imwielda Malta, illum gћandek bosta li ġejjin minn barra; li gћandhom kuluri tal-ġilda, drawwiet u twemmin differenti. Dawn huma wkoll ћaddiema u jappartjenu gћal din il-klassi daqs dawk li twieldu hawn. Is-sid jaf dan u jekk jaqbillu jћaddem lil Ali flok Frans mhux ser iћares lejn kulur ta' ġilda jew twemmin. Għalih, Ali u Frans huma biss nies li jibnu prodott li minnu hu jaqla' l-flus. Bosta huma l-ћaddiema li twieldu Malta imma donnhom mhux konxji ta' dan. Jaraw lil dawn bћala theddida jekk mhux l-akbar gwaj tagћhom, u mhux ћaddiema bћalhom li sforz iċ-ċirkustanzi huma sfruttati aktar minnhom. Ma jindunawx li dawn mhumiex responsabbli gћall-prezz gћoli infern tad-djar (kemm xiri u kiri), gћal pagi li ma jlaћћqux mal-ћajja u gћall-fatt li l-ġid li qed jinћoloq qed jitqassam ћażin. Vera li jeżistu fenomeni bћall-kompetizzjoni inġusta, (ngћidu aћna, xi ћadd li lest jaћdem gћal anqas mill-paga minima u bla ktieb) u li din tinvolvi bosta ћaddiema li waslu minn barra. Madankollu, ir-responsabbiltà ta' dan hi ta' min suppost jara li xogћol irregolari bћal dan ma jseћћx. Allura, ninsabu f 'qagћda fejn flok ћaddiema mwielda hawn u oћrajn ġejjin minn barra, jingћaqdu flimkien u jitolbu kundizzjonijiet aћjar minn min qed iћaddem (u li qed aktarx igawdi l-aktar mit-titjib ekonomiku li sar) u mill-gvern, dawn jispiċċaw joћduha ma xulxin. B'din il-firda bejn il-ћaddiema, min qed jistghana jibqa' jsaltan. Hi ћaġa din, li min irid il-ġid tal- klassi ћaddiema irid jaћdem kemm jiflah biex tintemm. Deċiżjoni bla sens F'Malta hawn numru ta' persuni li ћtiġilhom jaћarbu minn arthom u li gћandhom protezzjoni umantarja. Ma kinux jikkwalifikaw bћala refuġjati, imma lanqas ma kien hemm bażi biex jintbagħtu lura. Ilhom Malta snin. Bosta minn dawn huma parti mill-klassi tal- ћaddiema f 'Malta, jaћdmu u jћallsu t-taxxi bћal ћaddiema oћra. Bosta kienu integraw f 'pajjiżna. Il-gvern iddeċieda iżda, li ma jġeddidx l-istatus ta' wћud minnhom. Hemm numru, żgћir gћalissa, li spiċċaw imsakkrin bil- konsegwenzi ћżiena li dan ġab miegћu. Minn oћrajn, qed jiġu mistennija affarijiet li dawn ma jistgћux jaslu gћalihom. Dan qed iwassal gћal turment, biża' u indeċiżjoni fost dawn in-nies. Hi din deċiżjoni li hi wkoll ћażina gћal dawk il-ћaddiema li twieldu f 'Malta, minkejja dak li xi wћud jistgћu jippruvaw ibellawlhom. L-ewwel nett, kienu x'kienu l-intenzjonijiet warajha, tkompli tkisser l-gћaqda li suppost teżisti fost il-ћaddiema f 'Malta billi tkompli tifridhom bejn dawk imwielda hawn u oћrajn le. It-tieni, qed tinkoraġixxi lil dawn il-ћaddiema li ġejjin minn barra biex, flok iġeddu d-dokumenti tagћhom meta dawn jiskadu, jispiċċaw jgћixu f 'klandestinità. Dan jagћmilha faċli gћas-sid li jћaddem lil Ali bil-loqom u b'paga anqas mill-minima, gћax Ali m'gћadx gћandu dokumenti, u b'hekk ser joqgћod gћal kollox. Barra minn Ali, b'din is-sitwazzjoni ser ibati Frans, gћax jew jispiċċa jaћdem gћal-loqom hu wkoll, jew jispiċċa jitlef postu. Ser igawdi biss is-sid. Gћalhekk Frans jaqbillu li Ali ikollu permess regolari ta' residenza u xogћol. F'San Ġiljan illum (22 ta' Jannar) se ssir mixja ta' solidarjetà ma dawn il- ћaddiema ġejjin minn barra li spiċċaw f 'din is-sitwazzjoni. Min iћobb il-Klassi tal- Ħaddiema ma jistax ma jattendix. Gћalfejn il-ћaddiema gћandhom jiġu San Ġiljan illum "Jekk is-sid jaqbillu jaddem lil Ali flok Frans, mhux se jares lejn kulur ta' ġilda jew twemmin. Għalih, Ali u Frans huma biss nies li jibnu prodott li minnu jaqla' l-flus" "Id-deportazzjoni tal-immigranti qed tinkoraġġixxi lil dawn il- addiema li ġejjin minn barra biex, flok iġeddu d-dokumenti taghom meta dawn jiskadu, jispiċċaw jgixu f 'klandestinità" MICHAEL GRECH