Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Pjazzetta 23 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, u ovvjament int se tkun fl-hekk imsejħa 'darek stess', dan il-persjodu se joffrilek opportunità pożittiva mmens f'kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tiltaqa' magħha. Imma jekk dejjem int temmen fik innifsek, aktar u aktar jekk int temmen li jistgħu jinqalgħu xi problemi, u dan jista' jiġri, int kontra kollox kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġija għalik. Agħraf dan. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Libra. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int trid toqgħd ftit iktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed kantuniera 'l bogħod minn Aquarius, u minħabba f'hekk, l-effett li Aquarius qiegħed f'postu bħalissa, int se tkun affetwat, sabiex sitwazzjoni ta' nuqqas ta' importanza toqgħod ftit iktar attent minn dak li jista' joħroġ minnha. Aħjar tkun ftit iktar imħejji u tagħti attenzjoni. Jiswa ħafna għalik! Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Scorpio. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, għalik dan se jkun ifisser li trid trattab iktar dik ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall- ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku, aktar minn qabel se jkun effettiv ċertu ebusija fik, u dan jaf ikun ta' xkiel, kemm mil-lat ta' karriera, wisq iktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk, li int taf li jista' jkollok iktar mument fejn tista' twebbes ir- ras iebsa, dan ipprova ċekknu. Uża moħħok iżjed, Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Sagittarius. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku ta' Aquarius, għalik ukoll għandek ftit ta' taqbida sabiex tagħraf iktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat, qalbek ħalliha ġo xi kexxun, sabiex int tkun tista' tmxi fuq dak li taħseb bil-għaqal, bil-moħħ, u jekk int jirnexxielek tagħmel dan, se tasal f'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kieku kont tuża dak li jiġi madwarek bl-qalb. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta' mera għall-futur qarib tiegħek. Agħraf. Kuluri favoriti ma' taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Tnejn. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Capricorn . Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, għalik din waqt li se toffrilek toroq iktar miftuħa ta' opportunitajiet, kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż- żodijaku, anke hawnhekk se jkun hemm xejra ta' tibdil pożittiv. Però, bħalissa l-aktar li qed tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik, pero, int trid tkun moħħok ferm iffukat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta' madwarek. Agħraf it-tkattir li ġej għalik. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Aquarius. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li se jibda ż-żmien ta' żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, għalik dan ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbiltà ta' dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa, dak il-perjodu li grazzi għaż-żodijaku ta' Aquarius, int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek iktar mis-soltu, u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq, jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf li żżomm bilanċ mat-tkomplija ta' madwarek. Żbilanċ jaf joħloq kumplikazzjonijiet. Tippermettix dan! Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Pisces. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int għandek tagħraf iktar l-abbiltà toegħek fejn ma tantx għandek f'dan il-perjodu, tagħraf timxi fuq pariri ta' ħaddieħor. Li tisma' parir dejjem huwa ta' linja gwida, imma asal sa hemm. Taħt dan iż-żodijaku, int għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għal konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta' xejn. Għalhekk, dan huwa ż-żmien sabex int tagħraf titkattar aktar bl-abbiltà tiegħek biss. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Aries. L e o huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li se jibda ż-mien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int se ssib dan il-perjodu ta' madwarek bħala iktar stabbli minn dak li jkun is-soltu, u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta' stabbiltà, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar aħjar, kemm fil- karriera jew fil-ħidma li int topera. Tagħraf iktar sabiex issib spazju għalik personali fejn anke jkollok ħin għal ċertu eżerċizzju. Jekk int f 'relazzjoni, dan huwa wkoll tajjeb. Għalhekk, agħraf aħtaf din l-opportunità stabbli li hemm ġejja għalik. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Taurus. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Issa li se jibda ż-żmien ta' żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int tista' f 'dan il-perjodu tagħraf aktar il-bżonnijiet personal tiegħek, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk, ikun tajjeb li f 'dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex meta jasal mument ta' iktar pressjoni fil-karriera, int tkun iktar imħejji u aktar ma tkun imħejji, iktar tagħraf tilqa' dawn il-pressjonijiet li għandhom jersqu lejk. Agħraf dan il-perjodu u agħraf iżżejjed sabiex twettaq il-bżonnijiet prinċipali tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Gemini. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Aquarius, int trid toqgħod ferm attent tul dan il- perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżonijiet li ġejjin fil-viċin tiegħek. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa' taħt din l-istilla, meta tinsab taħt Aquarius. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk, int trid tagħraf iżżomm kemm jista' jkun kawt, sabiex kif spjegajt, ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla u dan jaf ikun ta' inkwiet għalik fil-futur. Agħraf żomm dan il-perjodu kalm kemm tista'. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Cancer. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li int fl-imħabba li kellek fil-passat, għal dak li int għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet t a ħ t iż-żodijaku ta' Aquarius, jafu joħolqu fik xi ftit ta' konfużjoni. Għalhekk, int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent għax jekk int se titfa' l-ħsibijiet lura għall-passat, taf tiftaħ ferita li tkun ta' dannu kbir fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, agħaf biss f 'dak li qiegħed u mhux f 'dak li kont. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Leo. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aquarius, int minħabba li din l-istilla hi ta' warajk, se toħloq xi ftit ta' tensjoni madwarek iktar mis- soltu, u dan l-aktar li se jaffetwak hu mal-ħbieb tiegħek, imma jaf ikun iktar f 'relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafn aiktar f 'nervi u kollox bħal qisek tara ġej ħażin. Issa, jekk int tagħraf tilqa' għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir, imma jekk int titkaxkar mal-kurrent, din taf iddum sew madwarek. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti dan. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aquarius hi ta' pożittività għalik hi Virgo. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju add 22 ta' Jannar 2017 | illum 23 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-ewwel 50 li jordnaw dan il- ktieb, jingħataw skont speċjali ta' 20% fuq il-prezz tal-ktieb, skont speċjali ta 25% fuq is-servizzi kollha tiegħi, u skont speċjali ta' 15% fuq servizzi ta' sbuħija Meta Nathan sar jaf li Sabrina kienet waqgħet ħażin ħafna meta kien mingħaliha li hu miet fil-gwerra, Nathan inħasad u ma kienx jaf kif se jwieġeb, però żamm kalm u staqsa, "Imma x'kien sar minn Sabrina?" Għal dan il-kliem, il-mara li ltaqa' magħha reġgħet weġbitu li Sabrina kienet tfixkliet kompletament meta rċeviet l-aħbar li hu kien miet! "Imma li nista' ngħidlek, tini ċans sa għada u nipprova nġibilek xi informazzjoni." Hekk kif sema' hekk, taw in-numru tal-mobile lil xulxin waqt li rringrazzjaha u qabat triqtu lejn id-dar. Lura d-dar, Nathan ma waqafx jaħseb fuq dak li kienet qaltlu dik il-persuna, speċjalment li hu kien miet! Lanqas kienu għaddew għaxar minuti minn x'ħin wasal, u daħal fil-kċina. Malli xegħel id-dawl, fuq il-mejda jsib il-kelma 'M' iffurmata mill-friket u s-skieken li kien hemm fuq il-mejda. F'daqqa waħda, ħass bħal bard kbir idur madwaru, u mill- kuritur li jwasal għall-kamra tas-sodda beda jisma' bħal vuċi rqiqa ssejjaħlu. Kif resaq lejn il-kamra tas-sodda, mal-art induna li kien hemm karta. Kif fetaħha, induna li din kienet stampa ta' post f 'Milan fejn Sabrina kienet tabita. Nathan waqaf jaħseb u jaħseb fil-fond dwar l-ittra 'M' li kien qed isib, u issa li sab din l-istampa. Irrealizza li l-ittra 'M' kienet qed tirreferi għall-'Milan'. Aktar ma beda jgħaddi ħin f 'dik il-lejla, aktar Nathan beda jara li kellu jmur Milan biex ikun jaf eżatt x'ġara minn Sabrina! Biex tkompli tgħaqqad, l-għada, ftit wara l-ħdax, irċieva telefonta mingħand dik il-mara u qaltlu li meta Sabrina rċeviet l-aħbar tal-mewt tiegħu tfixklet kompletament u wara xi żmien, bdiet relazzjoni ma' ħaddieħor, welldet tarbija u ftit wara marru lura l-Italja flimkien. Għal dan, Nathan tħawwas sew imma żamm kawt u ovvjament, kellu jmur Milan. Nathan għaraf li għalhekk ma beda jsib l-ebda informazzjoni f 'Malta. Il-vjaġġ lejn Milan ma kienx vjaġġ faċli imma wara li wasal Ruma, qabat it-tren u telaq lejn Milan. Kif wasal, irrealizza li din kienet se tkun sitwazzjoni verament diffiċili għax hu ma kellu ebda informazzjoni dwar Sabrina. Imkisser u għajjien kif kien, mar fil-ġenb ta' pjazza fejn kien għadu jasal sabiex jiekol xi ħaga. Malli ħareg il-wallet sabiex iħallas, induna li kellu dik l-istampa li kien sab, u wiċċu ħa d-dawl. Mill-ewwel staqsa lis- sid ta' dan il-ħanut fejn seta' jsib dak il-post, u ma kienx diffiċli, għax indikalu li kellu jaqbad il-karozza numru 7M u twasslu eżatt fil-post. F'daqqa waħda, Nathan irealizza li l-ittra 'M' kienet qiegħda tirreferi mhux biss għal Milan, imma wkoll in-numru tal- karozza 7M sabiex twasslu fil-post tal-istampa u bħal qisu issa kollox beda jagħqad. Kif Nathan wasal f 'dan ir-raħal, mal-ewwel beda jsaqsi lin-nies għal Sabrina. Għenu wkoll il- fatt li kien jaf kunjom Sabrina, li kien Esposito, u kien dan li wasslu għand il-familja ta' Sabrina. Malli wassluh lejn dar kbira u ħabbat mal-bieb, tfaċċat mara imdaħħla fiż-żmien. Meta staqsieha għal Sabrina, qaltlu "Min int?" u kien pront wieġeb, "Nathan." Kif semgħet dan l-isem, inħasdet u wara ftit weġbitu li hi kienet il-mamà ta' Sabrina, u Nathan ħassu kuntent li issa żgur kien se jkun jaf fejn kienet Sabrina. Tkompli... L-Ispirtu li jgħaqqad (3)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017