Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Sports 35 l-aspirazzjonijiet tiegħek f 'dan l-isport? Filwaqt li ninsab ħerqana ħafna għall-istaġun 2016-2017, li jinkludi l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru ġewwa San Marino f 'Ġunju li ġej u li għalihom jien diġà ksibt l-MQS, il-European U23 Championships ġewwwa l-Polonja, kif ukoll xi impenji internazzjonali oħrajn matul is-sena. L-għanijiet tiegħi fl-atletika huma li nkompli ntejjeb il-ħinijiet personali tiegħi kif ukoll li nikkwalifika biex nirrappreżenta lil pajjizna f 'diversi kompetizzjonijiet prestiġjużi u li nagħmel ġieh għal pajjiżna. Iżda l-għan ewlieni u aħħari tiegħi, huwa dak li nikkwalifika biex nikkompeti fl-iktar Logħob prestiġjuż tad-dinja - il-Logħob Olimpiku, u moħħi huwa ffukat fuq l-edizzjoni li jmiss, dik tal-2020 gewwa Tokjo, fil- Ġappun. Jien ninsab lesta li nagħmel dak kollu possibli sabiex inkompli nagħmel il-ħolm tiegħi realtà u nkompli nagħti raġun lil dawk kollha li jemmnu fija! Hija atleta elite tat-Tim Nazzjonali tal-atletika, ta' 21 sena li tispeċjalizza l-ġiri ta' distanza medja Għandha rekord nazzjonali l-kompetizzjoni tat-800m ta' taħt it-23 sena Ħadet sehem l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar -2013 u -2015, l-Logħob Ewropej -2015 u l-Logħob tal-Mediterran ta' taħt it-23 sena f 'Tuneż -2016 Irnexxielha tagħlaq l-istaġun li għadda b'ħin ta' 2:11:21s ġewwa l-Belġju FRANCESCA BORG Ritratti: James Bianchi "Ninsab lesta li nagħmel dak kollu possibbli sabiex inkompli nagħmel il-ħolm tiegħi realtà u nkompli nagħti raġun lil dawk kollha li jemmnu fija"