Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet Ritratt: Ruben Anthony Xuereb Ċiklist jiffaċċja xufier fuq il-mobile kull 18-il kilometru Naqsu l-inċidenti u żdied ir-rispett lejn iċ-ċiklisti, imma t-triq għadha twila ferm Minn Veronica Lynn Mizzi SPISS nisimgħu b'kampanji u programmi li jinsistu li hawn wisq karozzi fit-toroq u konsegwentement tniġġiż, u għalhekk, jeħtieġ li nsibu mezzi alternattivi ta' vjaġġar sabiex tittaffa din il-problema. Minkejja li għadu meqjus bħala perikoluż jekk mhux saħansitra ġennata li ssuq rota fit-toroq Maltin, in-numru tal-inċidenti mill-2015 għall-2016 u li kienu jinvolvu ċiklisti naqas b'6.3%. Dawn iċ-ċifri kienu żvelati f 'rapport dwar is-sigurtà nazzjonali tar-roti miġbur mill- Bicycling Advocacy Group (BAG) li janalizza erba' snin ta' statistaika ta' inċidenti relatati maċ-ċikliżmu. Fil-fatt, ir-rapport tefa' dawl fuq is-sitwazzjoni taċ-ċikliżmu f 'pajjiżna u jsemmi kif mill-2014, in-numru ta' inċidenti kompla nieżel u qabad din ix-xejra biex minn ftit iktar minn 60 inċident irrappurtat fl-2014, matul l-2016 kien hemm biss ftit iktar minn 40 inċident. Iktar ċiklisti jfisser iktar sigurtà Il-Bicycling Advocacy Group qal li ġaladarba ma kien hemm l-ebda bidla jew titjib fl-infrastruttura tat-toroq jew introduzzjoni ta' xi liġi li tissalvagwardja s-sigurtà taċ-ċiklisti, din ix-xejra 'l isfel fin-numru ta' inċidenti, waslet minħabba fatturi oħra. Fil-fatt, jattribwixxu dan it-tnaqqis għal żewġ fatturi primarji, essenzjalment, li kien hemm żieda fil- kuxjenza dwar il-perikli tas-sewqan bir-rota minn gruppi lokali bħall-Bicycling Advocacy Group, kif ukoll l-effett magħruf bħala 'Safety in Numbers' b'numru dejjem jikber ta' ċiklisti. Dan l-effett jitkellem dwar il-fatt li hemm inqas ċans li sewwieq jaħbat ma' persuna li tkun miexja jew issuq ir- rota, jekk fil-fatt in-numru ta' dawn ikun qed jiżdied. Għaldaqstant, huwa wkoll interessanti kif jiġi nnutat li kien hemm tnaqqis fin-numru ta' inċidenti li jinvolvu karozzi tal-linja, dan anke jidher mill- esperjenzi diretti tal-istess ċiklisti li tkellmu fir-rapport. BAG, fir-rapport tattribwixxi dan it-titjib għal bidliet fit-taħriġ li x-xufiera tal-linja qed jingħataw, hekk kif dawn, saħansitra ngħataw pariri mingħand BAG stess. Minbarra l-istatistika uffiċjali tal-inċidenti li jinvolvu roti li tinħareġ mingħand il-Pulizija, il-BAG tiġbor informazzjoni mit- triq minn fost iċ-ċiklisti stess ta' x'inhuma l-ikbar problemi jew sitwazzjonijiet li jafu jipperikolawlhom ħajjithom. Fil-fatt, mill-informazzjoni f 'dan l-istess rapport, jidher li l-ikbar problema li rrappurtaw iċ-ċiklisti hi fil-fatt li s-sewwieqa fit-triq ikunu distratti jew ikunu qed jużaw il-mobile, b'każ irrappurtat għal kull 18.6km. Dan xorta huwa tnaqqis anke mis-sena ta' qabel, meta kien jiġi rrappurtat każ kull 15.1km. Minkejja dan, innutaw kif in-numru ta' inċidenti fejn ċiklisti jintlaqtu b'xi bieba tal-karozza żdiedu wkoll. Iżda dan mhux numru kbir daqskemm żdiedu l-inċidenti fejn sewwieqa jaqtgħu t-triq liċ-ċiklisti u jippruvaw joħorġu jew iduru fit-triq quddiem sewwieq ta' rota li jkun għaddej. Dwar il-postijiet fejn l-aktar li jsiru dawn l-inċidenti, ir-rapport jindika li kien hemm żieda qawwija ta' madwar 57% ta' inċidenti f 'toroq prinċipali, waqt li naqsu dawk f 'toroq arterjali. Fl-istess waqt, baqa' stabbli n-numru ta' inċidenti f 'toroq residenzjali b'20% matul l-2016. li jinsistu li hawn wisq karozzi fit-toroq u konsegwentement tniġġiż, u Minkejja li għadu meqjus bħala perikoluż jekk mhux saħansitra ġennata li ssuq rota fit-toroq Maltin, in-numru tal-inċidenti mill-2015 għall-2016 u li kienu jinvolvu ċiklisti naqas b'6.3%. Dawn iċ-ċifri kienu żvelati f 'rapport dwar is-sigurtà Advocacy Group (BAG) li janalizza erba' snin ta' statistaika ta' inċidenti relatati maċ-ċikliżmu. Fil-fatt, ir-rapport tefa' dawl fuq is-sitwazzjoni taċ-ċikliżmu f 'pajjiżna u jsemmi kif iktar minn 60 Tnaqqis ta' 6.3% -inċidenti li jinvolvu ċiklisti Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena Ċiniża, jew il-Festival tar-rebbiegħa, l-Belt Valletta, li lbieraħ immarkaw il-bidu tas-sena tas-serduk. Parata madwar it-toroq tal-Belt Valletta mill-atleti u że ena Ċiniżi u x-Shaolin Monks, li wara taw eżebizzjoni mill-isbaħ t-Teatru Rjal