Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Minn Ruben Anthony Xuereb DIN il-gazzetta hija infurmata minn sorsi qrib tal-Ministeru tal- Edukjazzjoni, li l-petizzjoni biex it-tfal imorru l-iskola kuljum bit-tracksuit minflok bl-uniformi, qed tingħata attenzjoni u li fil-viċin mistennija li jsiru żviluppi dwarha. Il-petizzjoni, li qegħda ddur online, u li għaliha diġà nġabru aktar minn 1,800 firma, saret minn numru ta' ġenituri ta' tfal li jattendu l-iskejjel Primarji tal-Gvern, Privati u tal-Knisja li qegħdin jitolbu sabiex tul ix-xhur tax- xitwa, it-tfal jattendu l-iskola bit-tracksuit tal-iskola minflok bl-uniformi. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' wħud minn dawn il- ġenituri li bdew u li qed imexxu din il-petizzjoni u staqsiethom x'wassal biex ħarġu b'dan is-suġġeriment. Dawn il-ġenituri stqarru ma' din il-gazzetta li l-idea li ssir petizzjoni bdiet meta numru minnhom bdew jitkellmu bejniethom waqt li qed jistennew it-tfal joħorġu mill-iskejjel. L-argument komuni bejniethom kien l-ilmenti li jisimgħu kull filgħodu mingħand it-tfal tagħhom meta jiġu biex jilbsu l-uniformi, b'mod speċjali fix-xitwa, meta jħossu ħafna bard biha. Il-ġenituri kollha nnutaw u qablu li fil-ġurnata waħda tal-ġimgħa li fiha t-tfal jistgħu jmorru l-iskola bit-tracksuit, jilbsu u jmorru l-iskola aktar għal qalbhom, mingħajr tgergir jew inkwiet li se jħossu l-bard fil-klassi. Barra minn hekk, fl- opinjoni tal-ommijiet, il-fatt li t-tfal ikunu qed isofru l-bard, teffetwa l-konċentrazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom fl- istudju Uħud mit-tfal qalu lill- ġenituri tagħhom li meta taħt l-uniformi jilbsu diversi saffi ta' ħwejjeġ oħra sabiex ma jħossux bard, imbagħad iħossuhom ma jistgħux jiċċaqalqu. Madankollu meta jilbsu t-tracksuit, din minnha diġà ssaħħan aktar u taħtha faċilment jintlibes xi saff ieħor ta' ħwejjeġ mingħajr ma jnaqqas il-mobilità lit-tfal. L-użu tat-tracksuit kuljum jista' jinkuraġġixxi aktar attività fiżika għat-tfal Bħalissa t-tfal, qalulna l-ġenituri, jilbsu t-tracksuit biss meta jkollhom lezzjoni tal-eżerċizzju fiżiku (PE), li għal ħafna skejjel tkun darbtejn fil-ġimgħa. Jidher ukoll li xi skejjel iħallu t-tfal jilbsu t-tracksuit waqt l-eżamijiet, appuntu biex ikunu aktar komdi. Il-punt tal-ġenituri huwa li jekk diġà qed jiġi rikonoxxut li bit- tracksuit it-tfal ikunu aktar komdi, u li darbtejn f 'ġimgħa jitħallew jilbsuha...għaliex il-ħaġa m'għandiex issir kuljum? Il-maġġoranza tal-ġenituri li diġà ffirmaw il-petizzjoni jemmnu li jekk it-tfal imorru l-iskola kuljum bit-tracksuit, dan jinkuraġġihom jieħdu aktar sehem f 'attivitajiet sportivi u fiżiċi, kemm bħala lezzjoni uffiċjali, iżda anke waqt il-ħin tar-rikreazzjoni. Għall-bniet, id-dublett tal- uniformi jġib miegħu aktar bard u skumdità matul il-ġurnata Kumment ieħor li spikka fuq il-paġna tal-petizzjoni kien li s-sitwazzjoni għall- bniet hija agħar minn dik tas-subien hekk kif bid- dublett, dawn iħossu aktar bard, avolja jilbsu kalzetti u 'tights' minn taħt. Minbarra l-bard, kumment ieħor dwar il-bniet, speċjalment fl-iskejjel imħallta, huwa li kieku dawn jilbsu l-istess tracksuit bħal sħabhom is-subien, ma jkollhomx il-problemi ta' skumdità u nuqqas ta' flessibilità li jġib miegħu id-dublett. 'L-idea li t-tfal jilbsu qmis u ingravata bħala uniformi hija waħda antikwata' Il-ġenituri li tkellmu mal- ILLUM jemmu li aktar ma jgħaddi żmien, f 'soċjetà moderna u b'moħħha aktar miftuh, il-kunċett tat-tfal lebsin uniformi formali bi qmis u ingravata huwa wieħed antikwat u mhux prattiku għall-ħajja mgħaġġla tal-lum. Uħud qajmu wkoll il-punt li l-ispiża għall-uniformi, li t-tfal żgħar joħorġu malajr minnha u jkollhom bżonn oħra ġdida, qiegħda tkun ta' piż fuq ħafna ġenituri. Dawn il-ġenituri jemmnu li jekk xorta bħala parti mill-uniformi jridu jixtru tracksuit, li minħabba l-istil u l-qatgħa tagħha, it-tfal idumu aktar ma' joħorġu minnha, l-ispiża għalihom tkun inqas. "It-tfal tagħna ma jimpurtahomx minn li jidhru puliti bi qmis u ingravata, iżda li jkunu komdi u ma jħossux bard," sostnew il- ġenituri, li stqarrew li anke għalihom l-aktar importanti huwa li jaraw it-tfal komdi u kuntenti u li b'hekk, imorru aħjar fl-iskola. "Aħna nemmnu li hija idea antikwata li biex turi dixxiplina u uniformità trid tkun liebes qmis u ingravata," ikkummentat waħda mill- ommijiet. "Mhumiex il-ħwejjeġ li jiddixxiplinaw it-tfal iżda l-attitudni," żiedet tgħid oħra. Il-ġenituri kollha kemm huma li qed iressqu din il- petizzjoni jemmnu li din il- kwistjoni għandha tinstema' minn fomm it-tfal stess bl-istess mod kif jisimgħuha huma. Il-ġenituri li tkellmu mal-ILLUM temmew jgħidu li jemmnu wkoll li l-uniformità tiġi meta t-tfal ikunu lebsin kollha bl-istess mod, mingħajr il-bżonn li din tkun l-uniformi skomda u antikwata li għandhom bħalissa. Minbarra li aktar komda u sħuna, tracksuit xorta turi uniformità, żiedu jgħidu. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum POSTS OF TRAINEE LAWYER AT THE OFFICE OF THE ATTORNEY GENERAL The Office of the Attorney General Agency is inviting applications for posts in the grade of Trainee Lawyer. The selected candidates will be employed for a fixed term on a full-time basis and will be required to work for a minimum of forty hours per week. Applicants must be in possession of a LL.D. degree. Letters of application, including a detailed CV, should be addressed to: The Administration (JobsPlus Permit 6/2017) Office of the Attorney General, The Palace, St.George's Square Valletta or Email: ag@gov.mt and should be submitted by not later than Tuesday, 31st January 2017 at 1300 hours. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYERS FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Generali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Trainee Lawyer. L-applikanti magħżula jigu impjegati ghal terminu fiss fuq bazi full-time u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegha fil-gimgħa. Kull min japplika għandu jkollu grad ta' Duttur tal-Liġi. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: Amministrazzjoni (JobsPlus 6/2017) Uffiċċju ta'l-Avukat Generali Il-Palazz, Misrah San Gorg Il-Belt, Valletta jew Email: ag@gov.mt Mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 31 ta' Jannar 2017 sas- 1300 ta'wara nofsinhar. Mistennijn żviluppi fuq il-petizzjoni dwar l-uniformijiet Ix-xewqa tat- tfal li jmorru l-iskola kuljum bit-tracksuit fl ok bl-uniformi se tinstema' dalwaqt It-tfal tal-iskola jippreferu jmorru l-iskola bit-tracksuit flok bl-uniformi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017