Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 8 Tkompli minn paġna 1 Is- sorsi differenti li tkellmu magħna, uħud li jaħdmu u jgħixu Marsaxlokk u oħrajn li le, spjegaw kif dawn il-persuni qed jitħaddmu f 'operazzjonijiet ta' sajd l-aktar minn bastimenti kbar (trawlers) f 'operazzjonijiet li jibqgħu għaddejjin prattikament 24 siegħa kuljum. Fil-fatt, is-sorsi tagħna spjegaw kif sajjied żgħir ġeneralment jitfa' mat- 12-il biċċa xbiek kuljum, filwaqt li dawn il-bastimenti li jħaddmu l-barranin biċ-ċiċri, jitfgħu mal-50 biċċa xbiek. Minkejja li l-aktar li qed ikunu impjegati huwa minn sajjieda kbar, numru ta' sajjieda iżgħar ukoll qed iħaddmu numru ta' barranin, li huwa mifhum ukoll li qed jaslu Malta permezz ta' aġenzija, simili għas-sistema ta' aġenziji li kienu qed 'jimportaw' ħaddiema Bulgari biex jaħdmu fil-qasam tal- akkomodazzjoni. Dawk li qed iħaddmu dawn il-Filippini qed jiġġustifikaw l-impjieg ta' dawn il-barranin bħala l-unika soluzzjoni għall- fatt li ftit jew xejn mill-Maltin ma jridu jaħdmu fis-sajd, bil- kundizzjonijiet u ħlas li qed jingħataw. Intant, din il-gazzetta għamlet ukoll kuntatt mas- Segretarjat Parlamentari ta' Roderick Galdes, responsabbli mis-setturi tal-biedja u s-sajd. L-ILLUM staqsietu jekk hux konxju ta' dawn il-prattiċi u jekk hu, x'azzjoni mistenni li jieħu biex dan l-isfruttament ma jibqax għaddej. Galdes irrisponda biss li l-kundizzjonijiet tax- xogħol "ma jaqgħux taht ir-responsabbiltà ta' dan is-Segretarjat għaldaqstant nitolbok tirreferi l-mistoqsijiet tiegħek lill- Ministeru konċernat." Intant, is-sorsi li tkellmu magħna, spjegaw kif apparti l-aspett umanitarju tas- sitwazzjoni, il-fatt li din l-attività mhux qed tiġi injorata, tista' tagħti lok għal problemi relatati mas-sigurtà ta' pajjiżna. Dan hekk kif ħadd ma jaf min hu dieħel u ħiereġ abbord dawn il-bastimenti, fil-port ta' Marsaxlokk. Direttiva tal-UE biex tipproteġi kontra l-abbuż fil- qasam tas-sajd Intant, fit-13 ta' Ottubru li għadda, il-Kunsill Ewropew approva direttiva li tagħti effett legali lil ftehim bejn l-imsieħba soċjali tal-UE (Cogeca, ETF and Europêche) fis-settur tas-sajd marittimu. Il-ftehim tal-imsieħba soċjali jippermetti li l-ħidma tal-International Labour Organization (ILO) fil- Konvenzjoni tal-2017 dwar is-sajd tkun applikata fi ħdan l-UE. L-objettiv tal-ftehim huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol għas-sajjieda u xogħol diċenti abbord bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' stat membru, inkluż barra l-ilmijiet tal-UE. Id-direttiva tkopri rekwiżiti minimi għas-sigħat ta' xogħol u s-sigħat ta' mistrieħ għas-sajjieda fuq il-baħar, kundizzjonijiet tas-servizz, sikurezza okkupazzjonali, protezzjoni għal mard relatat max-xogħol, proċeduri f 'każ ta' korriment jew mewt, kura medika abbord, ħlas tas- sajjieda, akkomodazzjoni u ikel. Din id-direttiva ġġib il-liġi eżistenti tal-UE f 'konformità mad-dispożizzjonijiet ġodda fil-Konvenzjoni tal-ILO. Jidher li din tas-sajd hija waħda mill-bosta prattiċi ta' prekarjat u prattiċi abbużivi f 'diversi oqsma fil-pajjiż, liema sitwazzjonijiet u prattiċi qed jaslu għand il-gazzetta ILLUM. Fost dawn jidher li hemm abbuż rampanti ta' ħaddiema barranin fl-oqsma tat-tindif kif ukoll f 'ċertu fabbriki. It-tielet rapport ta' abbużi u sfruttament tal-ħaddiema mill-ILLUM Fil-fatt, din hija t-tielet storja li qed tippubblika l-ILLUM dwar sfruttament ta' ħaddiema barranin. Fit-28 ta' Ġunju 2015, din il-gazzetta kienet żvelat kif lukanda partikolari fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż kienet stabbiliet kuntatti ma' aġenziji tax- xogħol fil-Bulgarija, li min- naħa tagħhom, ifornuhom b'ħaddiema, qabel Bulgari imma minn dakinhar, iktar Maċedoni u Serbi, li jitħallsu €3.80 fis-siegħa u li minnha jkunu jridu jgħaddu bejn 10ċ u 20ċ lill-aġenzija li tkun ġabithom. Minkejja investigazzjoni mid- Dipartiment tar-Relazzjonijet Industrijali, din il-gazzetta baqgħet ma semgħet xejn iktar, anke jekk sar kuntatt biex insiru nafu jekk kienx hemm żviluppi. Matul is-sena 2016, l-ILLUM segwiet l-abbuż fi Triq Aldo Moro u kif qed jinġabru u jitħaddmu l-immigranti miġburin mit- triq biex jagħmlu xogħolijiet differenti. Dwar dan, mistenni tittieħed azzjoni minn naħa ta' JobsPlus u l-Gvern fiż-żmien li ġej. Galdes: 'Mhux responsabbiltà tiegħi' Numru mill-ħaddiema Filippini qed jaslu Malta permezz ta' aġenziji Ħwejjeġ minxurin fuq id-dgħajjes fejn qed jgħixu l-ħaddiema Filippini. Tkompli minn paġna 1 L-ILLUM hija infurmata li Attard ilu rrabjat għall- PN minn mindu ħass li l-kandidati l-ġodda qed jingħataw il-ġenb u l-aktar meta kien imħabbar li Marthese Portelli se tikkontesta fuq it-13-il distrett. Huwa mifhum ukoll li Attard ingħata l-ġenb ukoll minn dawk li jridu li Euchar Mizzi jibqa' l-iktar persuna b'saħħitha fi ħdan il-PN, f 'Għawdex. Attard, skont is-sorsi ta' din il-gazzetta, kien ilu jħoss li hu flimkien ma' kandidati oħrajn fosthom Maria Portelli, Joe Ellis u Ryan Mercieca ftit għandhom ċans li jkunu eletti, biż-żewġ siġġijiet żguri għall-PN mistennija jmorru għand Chris Said u Marthese Portelli. Dawk li tkellmu magħna qalu li Attard kien ilu jagħti ħjiel li ma kien kuntent xejn bħala kandidat mal-Partit li minkejja titjib, xorta għadu qed jesperjenza diffikultajiet biex ikabbar sew l-appoġġ f 'Għawdex, li hu meqjus bħala distrett kruċjali. Imma mal-ILLUM, Attard ċaħad li b'xi mod kellu xi diżgwid mal-PN jew li l-Partit kellu reazzjoni negattiva għar-riżenja tiegħu. Fil-fatt huwa sostna magħna li 'bgħatli Simon Busuttil, biex jirringrazzjani u jfaħħarni.' Għal xi raġuni, din ir- riżenja, anke mill-Kunsill Lokali, li issa se jfisser li se ssir elezzjoni każwali fil-lokalità b'maġġoranza Laburista tax-Xagħra, inżammet mistura mill-Partit Nazzjonalista. Attard, qabel ma kien sar kandidat kien anke kanvażer ta' Chris Said. Intant, it-tellieqa bħalissa tibqa' bejn Said u Portelli, f 'każ li l-PN jerġa' jirbaħ żewġ siġġijiet fuq Għawdex. Fil-każ li l-PN jirbaħ it-tielet siġġu, kif jidhru l-affarijiet s'issa, jidher li huwa Ryan Mercieca l-aktar li għandu ċans jirbħu. Mercieca għandu l-appoġġ ta' numru konsiderevoli ta' votanti ta' Giovanna Debono. Dan imma jista' faċilment jinbidel jekk Ċensu Galea jagħmilha uffiċjali li se jkun kandidat fit-13-il distrett, minflok fuq it-12 fejn mistennija tkun kandidata bintu Graziella Galea. L-ILLUM kienet żvelat ukoll matul is-sena l-oħra li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qed jikkunsidra li joħroġ fuq Għawdex. S'issa, iżda jidher li l-PN għadu qed itella' u jniżżel jekk isirx dan u għalhekk id-deċiżjoni se tittieħed aktar qrib l-elezzjoni ġenerali. Il-Partit Nazzjonalista żamm ir-riżenja ta' Attard mistura L-eks Kandidat u eks membru tal-PN Joe Attard Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017