Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Aktar kontrolli għas-sigurtà f 'San Pawl il-Baħar FIDDAWL ta' żieda fil-każi ta' kriminalità u vandaliżmu fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar qed tikber ferm il-kwistjoni marbuta mal-atteġġjament ta' ċertu barranin, li jew joqogħdu fil-lokalità, jew jiġu għal xi żmien f 'dawn in-naħiet, tant li spiss qed ikun hemm kitbiet ta' natura iebsa, fil-konfront tal-istess barranin, kemm minn Maltin, kif ukoll minn barranin oħra. Tajjeb li wieħed jinnota li ż-żona ta' San Pawl il-Baħar, tinkorpora fiha Buġibba, l-Qawra, San Pawl il-Baħar, ix- Xemxija, kif ukoll Burmarrad u l-Wardija, li bejniethom għandhom madwar 60,000 resident. Filwaqt li żoni bħall- Wardija u Burmarrad humu relativament kwieti, il- konċentrazzjoni ta' lmenti u ksur ta' liġi minn Buġibba u l-Qawra żdiedu b'mod konsiderevoli. Dwar dan, saret ukoll mistoqsija fil-Parlament fejn id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea saqsa lill-Ministru Carmelo Abela dwar x'kontrolli partikolari qed isiru fiż-żona mill-Pulizija b'għajnuna lil dawk tad-distrett, li diġà huma mgħobbija żżejjed bix-xogħol normali tagħhom, biex jiġi assigurat li dawk li joqogħdu f 'dawn l-inħawi huma fil-fatt regolari bil-preżenza tagħhom f 'pajjiżna? Galea saqsa wkoll dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet mill-Pulizija, minħabba dawn il-problemi ta' kunflitt soċjali u razzjali li qed jinħolqu f 'din il-lokalità. Il-Ministru Abela spjega li waqt li hu minnu li l-Pulizija tad-Distrett jagħmlu minn kollox biex waqt ir-ronda tagħhom jikkontrollaw dak kollu li hu relatat ma' kull ksur ta' liġi, fil-każ ta' kontrolli fuq persuni barranin, dawn isiru wkoll minn uffiċjali tat- Taqsima tal-Immigrazzjoni. Abela fakkar ukoll li anke sezzjonijiet oħra li jkunu fuq ronda fl-inħawi indikati ukoll jieħdu azzjoni jekk u meta jiġi skopert ksur ta' liġijiet fl-inħawi indikati. Huwa żied jgħid li t-taqsimiet konċernati fi ħdan il-Korp qed jiġu mitluba biex dawn iż-żoni jiġu mħarsa u spezzjonati aktar frekwenti bil-għan li min hu responsabbli ta' xi ksur ta' liġi, jiġi investigat u proċessat skond in-normi f 'każijiet bħal dawn. B'referenza partikolari għall-każ riċenti tal-graffiti bil-lingwa Serba li saru Bugibba, u dwar jekk hux qed issir investigazzjoni dwar il-persuni ħatja ta' dan l-att ta' vandaliżmu, il-Ministru Abela qal li l-Pulizija qed tinvestiga min seta' għamel dawn il- graffiti. Madankollu, sal-lum għadhom ma saru ebda arresti ta' persuni li huma suspettati li għamlu dawn l-istess graffiti u għalhekk ma ttieħdu passi kontra ħadd. 200 gramma kokaina f 'kapsuli misjubin f 'karozza f 'San Pawl il-Baħar Żewġt irġiel wieħed ta' 48 sena u ieħor ta' 39 sena arrestati wara sejba tad-droga JIEM t'osservazzjoni mill- membri tal-iskwadra ta' kontra d-Droga, tard ilbieraħ wara nofsinhar wasslu għall-arrest ta' żewġt irġiel Maltin, wieħed ta' 48 sena, residenti San Pawl il-Baħar u raġel ieħor ta' 39 sena residenti s-Swieqi. Wara tfittxija ġewwa vettura li kienu fiha ż-żewġt irġiel f 'Buġibba, nstabu u ġew elevati madwar 200 gramma, allegatament kokaina, ippakjata f 'kapsoli. Minn tfittxijiet ulterjuri ġewwa r-residenza tar-raġel ta' 48 sena, ġiet elevata arma tan- nar bil-munizzjon. Iż-żewġ irġiel qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-investigazzjonijiet li għadhom għadejjin. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017