Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Minn Brussell 14 QATTAJT ġimgħa sħiħa fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Fejn din il- ġimgħa l-Parlament kien 'tagħna lkoll'. Iddominat minn Malta. Minn kull kuridur li tgħaddi tara armati ta' Maltin qishom suldati mexjin mal-ministru tagħhom. Ħaddiema mis- segretarjat, mill-Ministeru u Segretarjati Permanenti kollha wara l-ministru tagħhom, jaraw li kollox imur tajjeb. Barra dawn, kien hemm ukoll il- ħaddiema ta' Dar Malta li wieħed seta' jagħrafhom jew mix-xalla partikolari disinjata b'mod mill-isbaħ fuq l-attaches u l-policy officers femminili u l-ingravata l-ħamra fuq dawk maskili. Kollha taħt il-ħarsien jew aħjar il- gwida ta' Cyrus Engerer. Dawn il-ħaddiema ta' Dar Malta kienu l-moħħ wara kull preżentazzjoni ta' kull ministru bix-xogħol u ħidma li għamlu fl-aħħar xhur. Dan barra l-MPE Maltin, is-sitta li huma li kont issibhom iduru minn xi kumitat għall-ieħor skont l-aġenda tagħhom. B'dawk Laburisti biex jagħtu daqqa t'id lill-ministri Soċjalisti Maltin, u dawk Nazzjonalisti biex jagħtuhom xi daqqa ta' mannara 'l isfel. Anke ġurnalisti Maltin telgħu Brussell skont l-okkażjoni fejn jidher li l-aktar li interessathom kienet is-seduta dwar l-enerġija mmexxija minn Konrad Mizzi li għaliha tfaċċaw ġurnalisti aktar mis-soltu. Innutajna wkoll li fl-istess ġurnata, tfaċċa wkoll il- kap tal-Oppożizzjoni li 'inzerta' li fil-ġurnata li kellu l-preżentazzjoni Konrad Mizzi, ġie jieħu ritratt tal- okkażżjoni ma' Manfred Weber il-kap tal-PPE u meta intervistajtu qalli wkoll li ġie jiltaqa ma' Tajani, il-president il-ġdid tal-Parlament Ewropew. Għalkemm skantajt kif imbagħad għall-istess seduta dwar l-enerġija ma kien hemm ebda membru tal-PPE preżenti ħlief dawk Maltin u kienet l-inqas konferenza li kien hemm attendenza għaliha. Kif tistgħu taraw, Parlament mimli bil-Maltin. F'kull sala jiddiskutu l-prijoritajiet tal-presidenza ta' Malta, bl-ILLUM tipprova tkunu preżenti f 'dawn il-kumitati. Ħassejtni kburi iva meta tisma' membri minn diversi partiti Ewropej u minn kull pajjiż Ewropew ifaħħru lil Malta. Kburi meta jsemmu diversi affarijiet żgħar li huma nnutaw f 'Malta bħal Kon Katidral ta' San Ġwann u anke kien hemm min għoġbuh il-karozzi antiki tal- linja li skont dan qal li huma ta' żmien l-Ingliżi. Kburi meta tisma' lil kull Ministru Malti ppreparat sa snienu fuq is-suġġett partikolari tiegħu fejn kollha ntlaqgħu b'applaws minn dawk preżenti. Kull ministru jew segretarju parlamentari li tkellem, kollha bdew bl-istess introduzzjoni, bl-istorja ta' 60 sena Ewropea u li l-Presidenza Maltija se tagħmel minn kollox biex tinvolvi u taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew. Għax Malta għandha Prim Ministru li beda fil-Parlament Ewropew, il-Viċi Prim Ministru Louis Grech u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni. Xi ħaġa li ntlaqgħet ferm tajjeb mill-membri parlamentari. Għax hawn tgħallimt li l-Parlament Ewropew xejn ma jħares sabiħ lejn il-Kunsill tal-Ewropa, bl-Ingliż jgħidu 'there is no love lost between them'. Insomma l-Maltin kienu preparati u wieġbu għal kull mistoqsija li saritilhom u kellhom suċċess kbir. IŻDA...kien hemm xi ħaġa li tappnet dan is-suċċess, il-PaNama fejn il-membri parlamentari Nazzjonalisti u xi deputati mill-'ħodor' u anke mill-PPE (anke jekk mhux daqs kemm kien mistenni) fakkru u staqsew mistoqsijiet lil diversi ministri dwar l-iskandlu tal- Panama u anke dwar l-għajta tal-korruzzjoni fuq dan il- Gvern. Kien hemm ministri li dawn il-mistqosijiet u kritika għaddew riħ u injorawhom u oħrajn wieġbu b'mod li huma qegħdin jippreżentaw it-28 pajjiż Ewropew u mhux il-politika lokali. Skantajt li ħadd ma ċaħad it-tajn mitfugħ, iżda qalu biss li l-post adattat għal din id- diskussjoni, hu l-parlament Malti. Dan waqt li kien hemm min qal li hu eżaġerat, bil-ministru Bartolo jgħid li l-PN qed ipinġu lil Malta bħala moħba tal-ħallelin li mhux ġust. Jekk tistaqsuni personalment x'naħseb jien, ngħid li iva dejqitni d-diska tal-korruzzjoni, u minn dak li nnutajt, rajt li ħafna mill- membri barranin ftit jew xejn interessahom mill-politika Maltija u wisq u wisq aktar mill-għajta tal-korruzzjoni. Anzi, kien hemm min qal li f 'pajjiżu hekk hemm ukoll. Naħseb li ħafna mill-istess ħaġa ġġiegħel lin-nies li ma jagħtux kasek u jekk għandek raġun, jista' jiġrilek bħal tal- lupu li jidrawk u meta vera jiġi l-lupu fuqek, ma jinduna ħadd u jħalluh iqattgħek. Għall-bidu kien hemm xi parlamentari li nġarru mal-kurrent u għaddew xi rimarka kontra l-korruzzjoni, iżda fl-aħħar kien hemm min Meta Malta ddominat il-Parlament Ewropew Suċċess kbir mill-ministri Maltin imtappan Pre-Avviz tal- Miżuri MI.4, MI.6, MI.20 and MI.21 għall-Programm Operattiv ta' Malta għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qed tinforma lill-pubbliku li fix-xhur li ġejjin ser jitħabbru numru ta' miżuri fosthom: Miżuri MI.4, MI.6, MI.20 and MI.21 mil- Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 li huma immirati sabiex joffru l-għajnuna għall-taħriġ professjonali, tagħlim tul il-ħajja u l-akkwist ta' ħiliet professjonali ġodda; għajnuna għall-komunitajiet kostali sabiex jiddiversifikaw l-operat tagħhom; għajnuna għas-sajjieda li għandhom l-għan li jinvestu f'tagħmir għall aktar sajd sostenibbli. MI.4 Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d- djalogu soċjali – taħriġ professjonali, networking, djalogu soċjali, għajnuna għall-konjuġi u sħab fil-ħajja ta'sajjieda li jaħdmu għal rashom MI.6 Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul MI.20 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima – investimenti f'tagħmir jew abbord il-bastiment, effiċjenza enerġetika, awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika MI.21 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima – sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari. Sejħiet għall-miżuri MI.4, MI.6, MI.20 u MI.21 għandhom allokazzjoni ta' €1.7miljun f'fondi pubbliċi (UE u MT). L- Awtorita' ta' Ġestjoni tirriserva d-dritt li żżid l- allokazzjoni għall-dawn il-miżuri skont il-ħtiġijiet. Laqgħat ta' informazzjoni ser ikunu organizzati ma' kull miżura li ser tiġi mħabbra fix-xhur li ġejjin. Aktar informazzjoni tista' tiġi mitluba permezz ta' l-email: fpd.meaim@gov.mt jew tel. 2200 1108. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Simon Busuttil mar il-Parlament biex jieħu ritratt ma' Manfred Weber

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017