Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Minn Brussell 15 FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA imtappan mill-ispettru tal-PaNama anke beda jaqbeż għal Malta u jeħodha kontra d-deputati Nazzjonalisti. Nasal biex naqbel ma' Evarist Bartolo meta qalli f 'intervista li dawn qed jagħmlu dan mhux biex iwasslu l-messaġġ fl-Ewropa għax dawn mhux jagħtu kashom, iżda biex il-media tirraporta l-każ f 'Malta u jasal eżatt fejn għandu jasal, jiġifieri f 'widnejn il-poplu Malti. Jekk dan hu l-fatt, allura rnexxielhom. Iżda l-Maltin, mhux dawk tal-qalba Nazzjonalista u lanqas dawk Laburisti ħorox, għoġbithom din l-idea li tipprova tpinġi lil Malta bħala pajjiż korrott? Lili m'għoġbitnix, u iva nħoss li tappnet is-suċċess Malti. Għalkemm min-naħa l-oħra, hemm min jgħid li l-Ewropa qiegħda hemm biex tħares l-interess tal-popli tagħha minn governanza miftuħa u trasparenti. Allura jekk hemm min qed jara li din mhux isseħħ, ma kellux dritt jitkellem dwarha fl-Ewropa meta għajnejn l-Ewropa kollha qiegħda fuq gżiritna? Iżda nerġa' nistaqsi, jekk inpinġu li Malta hi daqshekk korrotta f 'fora u fi żmien meta qed jarana u jismgħana kulħadd ma taħsbux li dan jista' jnaffar l-investitur nadif? U jekk jiġri dan, mhux il- poplu kollu se jbati? Gvern mingħajr flus la jista' jgħolli salarji u lanqas benefiċċji soċjali. Sikkina li taqta' miż-żewġ naħat, però personalment kont nippreferi li din is- sikkina tintuża fil-Parlament u fil-fora Maltin, inkella fil-kumitati li huma maħluqa għalhekk (anke fl-Ewropa) milli fil-preżentazzjonijiet tal-prijoritajiet tal-presidenza Maltija. Kont nippreferi li fl-Ewropa nuru li aħna ġens wieħed b'diversità fil-mod kif naħsbuha, imbagħad inkomplu nissaħħnu u nitfgħu t-tajn ma' wiċċ xulxin f 'Malta. Anke jekk nippreferi aktar li nieqfu nwaddbu tajn min-naħa għall-oħra, għax il-politika mhux ibbażata biss mit-tajn iżda wkoll mill-ġid għall-poplu tagħna. Iżda naħseb qed nippretendi wisq, u l-ħolm tiegħi hu wieħed Utopiku. Sadanittant, minn dawn il- paġni xorta rrid ngħid li miż- żewġ naħat sibt koperazzjoni kbira biex inwasslilkom il-messaġġi u l-aħbarijiet ta' matul din il-ġimgħa u se nibqa' nwasslilkom iż-żewġ ilħna u anke l-opinjoni tiegħi li ma tfissirx li hi l-istess opinjoni tad-direzzjoni ta' din il-gazzetta. Jibqa' fatt li din il-ġimgħa, fil-Parlament Ewropew ħassejtni kburi li jien Malti u anke jekk jien ta' statura qasira ħassejtni nimxi b'rasi 'l fuq nħares fuq l-istess livell ta' kull ċittadin Ewropew ieħor. L-aktar siltiet li laqtuni matul il-ġimgħa Owen Bonnici: "Li kelli nagħmel titlu ta' gazzetta għall-preżentazzjonijiet tagħna fil-Parlament Ewropew kont nikteb silta minn diska ta' Elvis Presley, 'A little less conversation...a little more action' Joe Mizzi: "Irridu nnaqqsu l-fatalitajiet mit-toroq kemm jista' jkun billi nżidu l-edukazzjoni u infurzar ta' liġijiet fuq is-sewqan u aktar taħriġ fuq min isuq il-muturi speċjalment iż-żgħażagħ" Istvan Ujhelyi (Ungerija): "Kemm ili fil-Parlament Ewropew, qatt ma rajt ministru tat-turiżmu Ewropew jaħdem u attiv daqs il-Ministru Zammit Lewis" Edward Zammit Lewis: "Aħna ma rridux miljuni ta' turisti miċ-Ċina, iżda turisti li jonfqu" (L-enfasi kienet fuq iċ-Ċina għax is-sena d-dieħla hemm l-EU China Tourism 2018.) Edward Zammit Lewis: "Gwida li taf iċ-Ċiniż u l-Malti, hawn waħda biss f 'Malta" Simon Busuttil: "Jien ġejt hawn għax ridt niltaqa' mal-president tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani" Simon Busuttil: "Panama hi kwistjoni Ewropea, u dak li mhux aċċettabbli għalija fuq livell nazzjonali, mhux aċċettabbli fi Brussell għal ħaddieħor" Simon Busuttil: "Irridu nagħmlu differenza bejn dak li hu ta' ġid għal Malta u dak li hu ta' ġid għal Joseph Muscat, għax it-tnejn m'għadhomx l-istess ħaġa. Joseph Muscat m'għadux Malta" Konrad Mizzi: "L-attakki ġew minn Roberta Metsola u David Casa wara li għamlu pressjoni kbira ma' kullimkien, iżda nista' ngħid li Malta se jkollha suċċess kbir fil-qasam tal-enerġija f 'din il-presidenza" David Casa: "Konrad Mizzi baqa' ma weġibx ħlief bi kliem sabiħ li ma jfisser xejn" Evarist Bartolo: "Qishom ulied in-nanna Venut fi Brussell. Ġibna l-Parlament Malti fi Brussell minflok bil- kontra" Evarist Bartolo: "GħaruKAŻA fi Brussell. Jien Mellieħi u aħna magħrufin għal Għarukaża, parti dar u parti għar. Issa għandna għarukaża fi Brussell" Evarist Bartolo: "Qed ipinġu lil Malta qisha splodiet bomba atomika fuq id-dinja kollha li jisimha Malta" Michael Farrugia: "Il- membri li qed jikkritikawna hawn, qatt ma kkritikaw lill-akbar Gvern korrot fl- amministrazzjoni ta' qabel, u lanqas fetħu ħalqhom dwar l-akkużi li qed jiffaċċjaw l-eks ministri tal-gvern Nazzjonalista" Konrad Mizzi...stennija kbira għal preżentazzjoni tiegħu Joe Mizzi Edward Zammit Lewis Ritratti: Ray Attard