Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 24 Kummerċjali Offerti speċjali permezz ta' HSBC #OneStepCloser HSBC Malta nieda #OneStepCloser b'offerti speċjali fuq self għad-dar u self personali, kif ukoll iċ- ċans għall-utenti tal-credit cards li jirbħu flushom lura. Filwaqt li qed ikompli jibni fuq #StartsToday tas-sena l-oħra, l-HSBC qed jgħin lil dawk il-klijenti li qed jixtru l-ewwel dar tagħhom billi jipprovdi rata fissa speċjali ta' 2.5% sat-30 ta' Ġunju 2019 fuq home loans sa massimu ta' €300,000. Il-klijenti li jieħdu self personali mhux se jħallsu l-miżati marbuta mal-proċess tal-applikazzjoni, filwaqt li klijenti li jużaw il-credit cards biex iħallsu x-xiri jew kontijiet tagħhom, se jkunu qed jipparteċipaw f 'kompetizzjoni biċ-ċans li jirbħu wieħed mill-10 premjijiet fi flus. Il- massimu ta' kull premju jlaħħaq sa €500. L-offerti marbuta mal-#OneStepCloser se jkunu disponibbli sal-aħħar ta' Frar 2017. Il-Kap tar-Retail Banking and Wealth Management ta' HSBC Malta Daniel Robinson qal: "#OneStepCloser hi maħsuba b'mod speċjali biex tindirizza dawk il-ħtiġijiet individwali tal-klijenti u tgħinhom jersqu aktar qrib li l-ħolma tagħhom sseħħ realtà. Aħna dejjem hawn biex naqdu l-bżonnijiet bankarji tal-klijenti tagħna u #OneStepCloser tiġbor fiha dan is-sentiment li jirrefletti r-rwol tagħna: dak li ngħinu n-nies jiksbu l-miri tagħhom." TALBA GĦAL PROPOSTI Il-Ministeru għal Għawdex huwa interessat li jikri binja ta' madwar 200 metru kwadru f'post ċentrali f'Għawdex. Il-binja identifikata jrid ikollha l-karatteristici prinċipali li ġejjin: - - Ikollha entratura indipendenti fil-livell tat-triq - Tkun faċilment aċċessibbli għal persuni b'diżabilità - Tkun konformi mar-regolamenti tal-bini lokali u l-istandards - Ikollha l-permessi meħtieġa kif mitlub mill-awtoritajiet rispettivi - Ikollha sistema tal-elettriku u tal-ilma u sistema ta' drenaġġ li hija funzjonabli - Irid ikollha kitchenette u restroom. Il-ftehim inizzjali se jkun għal perjodu ta' sena li, fid-diskrezzjoni tal-kerrej u bi ftehim mas-sid, jista' jiġġedded għal perjodu/i ulterjuri. Informazzjoni dettaljata, inkluż pjanta tal-binja fuq skala u pjanta tal-bini, flimkien ma' indikazzjoni tar-rata tal-kera annwali proposta, għandhom ikunu magħluqa f'envelop li jkun immarkat b'mod ċar u ssiġillat u jiġi ddepożitat fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta' nhar l-Erbgħa 8 ta' Frar, 2017. Sottomissjonijiet jiġu ttrattati b'kunfidenzjalità stretta. Il-Ministeru għal Għawdex iżomm id-dritt li jirrifjuta kwalunkwe offerta rigward din it-Talba għal Proposti. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-klijenti li jużaw il-credit cards huma pass eqreb li jirbħu lura sa €500 bil- #OneStepCloser tal-HSBC Agħmel l-eżerċizzju u għin kawża ġusta Open Day illum il-Ħadd 29 ta' Jannar, bil-għan li jinġabru €10,000 għall-Fondazzjoni Inspire Is-sena l-oħra, f 'Malta fetħet faċilità tal-eżerċizzju tal- aqwa kwalità, f 'Fort Cambridge f 'Tas Sliema (viċin ta' The Point). "Meta ftaħna, fi tmiem is-sena l-oħra, ir-reazzjoni tal-pubbliku kienet tassew inkredibbli," spjega Darren Desira, wieħed mill- proprjetarji ta' Fort Fitness. "In- nies kienu tassew impressjonati meta saru jafu li aħna noffru aktar minn 140 magna, track tal-ġiri fuq ġewwa bi tliet meded, varjetà kbira ta' klassijiet ta' eżerċizzju innovattivi għal gruppi, kif ukoll akkademja tal- boxing kemm għal tfal kif ukoll għal adulti. Issa, xaharejn biss wara, naħsbu li wasal iż-żmien li nagħtu lura lis-soċjetà." "Nhar il-Ħadd 29 ta' Jannar, ser ikollna open day. L-għan ta' din l-attività huwa doppju – li nagħtu l-opportunità lill- pubbliku ġenerali sabiex jagħti titwila ċ-ċentru tal-eżerċizzju, u sabiex niġbru l-fondi għal kawża ġusta – il-Fondazzjoni Inspire." "Aħna tassew ferħana li ntagħżilna minn Fort Fitness bħala l-karità tal-għażla tagħhom. Aħna tal-Inspire nemmnu li kulħadd għandu dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni, u nippruvaw ngħinu lil kull min għandu diżabilità biex jikseb dan billi nipprovdu servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta' divertiment lill-individwi u lill- familji tagħhom. Dan ma jkunx possibbli mingħajr l-għajnuna volontarja u avvenimenti bħal din. F'isem it-tfal tagħna, l-adulti tagħna u l-familji tagħhom, aħna nirringrazzjaw lil Fort Fitness u lill-pubbliku ġenerali tal- għajnuna tagħhom lil Inspire," qal Antonello Gauci – CEO tal- Inspire. Matul l-open day, dawn kollha li jattendu ser ikunu jistgħu jgawdu divertiment mingħajr ħlas offrut minn sitt kumpaniji tal-iGaming, li ser jisfidaw lil xulxin f 'diversi attivitajiet fiżiċi. Iċ-ċentru ser ikun miftuħ il-ġurnata kollha, u l-isfida ser tiġi organizzata bejn l-10:00 u nofsinhar. L-għan hu li jinġabru €10,000 għall-Inspire. Kull min iżur l-open day ser jibbenefika wkoll minn diversi offerti u rigali.