Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Sports 35 tajjeb milli ħsibna. Mal-Belġju kellna żewg partiti tajbin, fejn tlifna bi skors rispettabli. Fil-partita li lgħabna barra minn darna, tlifna bl-iskor ta' 2-0 fejn qlajna l-ewwel gowl fit-78 minuta u konna anke b'10 plejers, biex l-aħħar gowl qlajnieh fl-aħħar battuti. Intant, fil- partita f 'Malta, tlifna bl-skor ta' 3-2, fejn kien hemm inċident żgħir iżda pjuttost kontroversjali. Konna 2-0 minn taħt imbagħad irnexxielna niġu 2-2 u fl-aħħar ftit tal-logħba, il-Belgju kellhom korner. Aħna konna ilna tliet minuti nippruvaw indaħħlu plejer, iżda r-referi ma ħallinhiex biex imbagħad mill-korner, qlajna dak li kien il-gowl tat-telfa. Kien inċident fejn anke l-kowċ tal-Belġju tana raġun. Kien hemm esperjenza diffiċli bħal dik tat-telfa kbira kontra r-Repubblika Ċeka. Sfortunatament, dik it-telfa ġiet kawża tal-mument preokkupanti li konna għaddejjin minnu. Il-lecture ta' qabel il-logħba niftakar li kemm dħalt u ħriġt. Il-futbol jintlagħab bil-moħħ u ħadd ma kellu moħħ, għaliex kulħadd beda jiġi mistoqsi fuq dak li kien inqala'. Kienet esperjenza tad-dwejjaq li ma nixtieqx nerġa' ngħaddi minnha. Kif tħares lejn dan il-grupp il-gdid ta' plejers li għandek bħalissa? Lgħabna partita ta' ħbiberija kontra Ċipru, fejn ġejna draw ta' 2-2. Ċipru kienu diġà lagħbu mal-Greċja qabilna u aħna kienet l-ewwel partita. Fl- istess waqt kien hemm plejers li kienu għadhom mat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena u ma ħadthomx miegħi għaliex kellhom il-kompetizzjoni tagħhom. Kemm inti f 'kuntatt ma' Pietro Ghedin? Ma' Pietro Ghedin inkun f 'kuntatt ta' spiss, għaliex naraw il-logħbiet u nitkellmu fuq il-plejers flimkien. Huwa ta' unur għalina li jtella' plejers miż- żgħar bħalma tella' per eżempju lil Sam Magri. Jien l-importanti, li jekk plejer ikun ħa jitla' mal-kbar, jilgħab u mhux jibqa' bilqiegħda, għaliex hekk ma jkunx qed jilgħab la magħna u lanqas mal-kbar. Sadanittant, jien ma' Ghedin ħdimt anke bħala plejer u assistent u tgħallimt ħafna mingħandu. Għalih, kliem ta' tifħir biss għandi. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala kowċ ta' Rabat Ajax? Wara li ma kinux baqgħu jilagħbu fuq il-grawnd tar-ramel, jien iddeċidejt li mmur nikkowċja lir-Rabat Ajax. Ħadthom meta kienu fit-Tieni Diviżjoni u hemmhekk tlajna mal- ewwel fl-Ewwel Diviżjoni. Il-klabb kien issapportjani u kien qalli x'kien l-objettiv. Prattikament bqajna bl- istess tim u żidna xi plejers barranin. Fl-ewwel rawnd rajna li kellna punti biżżejjed biex insalvaw u mbagħad minn hemm 'l hemm, ġibna punti kemm jista' jkun u eventwalment tlajna fil-Premier permezz tat-tieni post. Fl- ewwel sena Premier konna salvajna u wara mort naħdem mal-MFA. Niftakar li tlajt nagħmel anke l-kors biex inġib il-Liċenzja Pro tal-kowċing ġewwa Coverciano fl-Italja, fejn miegħi kien hemm persuni bħal Maurizio Ganz, Alessandro Nesta u Massimo Carrera, u bħala tutur prinċipali kellna lil Renzo Ulivieri. Tħoss in-nuqqas tal-ħajja ta' klabb? Meta ħadt l-inkarigu ta' kowċ tat-tim nazzjonali taż-żgħar, kienet xi ħaġa tajba iżda mbagħad meta waqaf it- training u ma bqajniex niltaqgħu, ma tantx għoġbitni. Għall-inqas għandi l-grupp ta' taħt is-17-il sena f 'idejja issa, fejn qed ikolli iżjed training u qiegħed nieħu gost. Il-kummenti li għadda Andrè Schembri wara l-partita kontra l-Ingilterra, kif tħares lejhom? Kulħadd isemmi l-istorja tal-Iżlanda. Wieħed iżda ma jridx jinsa, li apparti li nvestew ħafna, jaraw kif ħa jibagħtu lil kull plejer żagħżugħ jilgħab barra mill- pajjiż. Hemm ħafna fatturi ta' żvantaġġ li tkun toqgħod hemm bħalma huwa t-temp per eżempju. Għall-kuntrarju tagħhom, aħna ma nistgħux niċħdu l-fatt li f 'pajjiżna ngħixu tajjeb. X'inhu l-messaġġ finali tiegħek lejn iż-żgħażagħ li jridu jilagħbu l-futbol? Jekk tħobb tilgħab il-logħba tal- futbol, issib ħin b'xi mod jew ieħor. Illum il-ġurnata għad hawn plejers li huma dedikati u jekk ma tkunx dedikat għal dak li qed tagħmel, il- grawnd jikxef mal-ewwel. fl-istorja tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Twieled ġewwa Toronto, il-Kanada, t-8 ta' Frar tal-1967 u ġie Malta ta' tliet snin Huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena li riċentament temm il-Grupp ta' Kwalikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej b'rekord ta' 11-il punt Kien jilgħab ma' Rabat Ajax fejn iktar tard ikkowċja wkoll lil dan it-tim Kien plejer indispensabbli tat-tim nazzjonali Malti. SILVIO VELLA Ritratti: Domenic Aqulina / MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017