Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Intervista 12 'Ikollna mat-tliet għalliema fil-ġimgħa I l-karriera ta' għalliem, spiss tiġi deskritta bħala vokazzjoni u mhux sempliċiment bħala xogħol. Minkejja dan, - aħħar ġimgħat, il-union li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema, f 'diversi okkażjonijijiet sostniet li l-professjoni ta' għalliem m'għadhiex waħda attraenti, b'"kundizzjonijiet tax-xogħol medjokri." F'diversi stqarrijiet -aħħar ġimgħat, l-MUT li tirrappreżenta lill-edukaturi, qalet li l-professjoni tal-għalliema taaċja kriżi, u sabiex tiem dan aħjar, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- President tal-Malta Union of Teachers, Kevin Bonello. 'Hawn tfal li jiġu biss għax inkella jingħataw ċitazzjoni' Qabel xejn, il-President tal-MUT kien mitlub sabiex jispjega aħjar dak li ntqal fl-istarrija tal-istess union il- ġimgħa li għaddiet, li qalet kif hemm nuqqas kbir ta' għalliema minħabba diversi raġunijiet, primarjament, 'kundizzjonijiet tax-xogħol medjokri'. "Meta ngħidu kundizzjonijiet medjokri, qed nippruvaw niġbru f 'kelma waħda, diversi aspetti, għaliex is-sitwazzjoni hi waħda kkumplikata. Bonello elenka numru ta' problemi li qal li qed jaffaċċjaw dawn l-għalliema, "jekk nieħdu l-mod ta' kif jiġi mfassal is- sillabu, l-mod ta' kif l-għalliem mistenni li jgħallem, bl-għalliema jkollhom ftit li xejn kontroll ta' dak li jgħallmu u kif jgħallmuh." Żied jgħid ukoll li l-sistema edukattiva, mhix taqdi l-bżonnijiet tal-maġġoranza tal-istudenti, "fis- sens li din taqdi biss lil madwar 35% tagħhom li huma iktar orjentati lejn il-lat akkademiku, u dawk li iktar huma interessati fl-applikat u l-vokazzjonali, m'aħniex nilħquhom." Sforz ta' din is-sistema, ikompli jgħid Bonello, qed ikun hemm numru ta' effetti fosthom li t-tfal qed imorru l-iskola ta' bilfors, sabiex ma jingħatawx multa. "Għandek ħafna tfal, li mhu jinteressahom xejn minn dak li jiġri l-iskola u qed jiġu ta' bilfors għaliex inkella, jingħataw iċ-ċitazzjonijiet. Anke dik wieħed jista' jiddibatti jekk kinitx xi ħaġa għaqlija li tiddaħħal," jinsisti Bonello. "Vera li l-istudenti qed imorru l-iskola, imma t-tfal li ma jridux jafu bi skola, qed jiġu għax bilfors, qed jinterrompu u jdejqu lil kulħadd, u qed jagħmlu minn kollox biex jitkeċċew u jiġu sospiżi." 'Qed nippretendu li l-għalliema jagħmlu l-mirakli' Il-President tal-MUT kompla jitkellem dwar il-problemi li jaffaċjaw l-istudenti meta jkunu ilhom neqsin mill-iskola minħabba li kienu jfallu, u saħansitra jsostni li kien hemm studenti li fallew snin sħaħ minħabba li ma kien hemm l-ebda riperkussjoni marbuta mal-attendenza. "Meta dawn l-istudenti mbagħad jidħlu lura l-iskola biex ma jaqilgħux iktar multi," jgħid Bonello, "u jidħlu fis-sena tagħhom skont l-età minkejja li jkunu tilfu s-snin, ovvjament ma jkunux jistgħu jlaħħqu mas-sena li jkunu fiha. U dan għaliex m'għadhiex teżisti s-sistema li student jirrepeti sena jekk ma jgħaddix mill-eżamijiet. "Allura x'jiġri? Indaħħluhom fis-sena tagħhom, nippretendu li l-għalliema jagħmlu l-mirakli. Li jiġri mbagħad hu li jinqalgħu l-problemi, u l-kaos, l-MUT tagħti d-direttivi, u hemmhekk forsi jinħoloq xi programm, bħalma kien inħoloq fil-Ħamrun xi snin ilu." 'Bis-sistema tal-kulleġġi, ħloqna ghettos' Rigward l-iskola sekondarja tal- Ħamrun, li spiss sfortunatament tissemma għal raġunijiet mhux daqstant pożittivi, Bonello qal li l-problema hemmhekk hi minħabba ż-żoni li minnhom jiġu l-istudenti. "Il-problema hi li meta nħolqot is- sistema tal-kulleġġi fl-iskejjel tal-istat, hemmhekk ħloqna ghetto," jispjega Bonello u jkompli jgħid li "l-iskola fil-Ħamrun, bħala catchment area qed tiġbor tal-inqas erba' żoni li huma 'depressed areas' meta tħares lejhom mil-lat soċjo ekonomiku. Dan ma jfissirx li t-tfal kollha huma fi stat ħażin, imma b'hekk qed tiġbor u tagħmel ghetto ta' dawn is-sitwazzjonijiet flimkien. Bħalma qed jiġri fil-Ħamrun, hemm problemi wkoll fi skejjel oħra, u meta għandek din il-konċentrazzjoni kollha, issir kważi impossibbli li tkampa." Għaldaqstant, il-kap tal-MUT jgħid li jeħtieġ li tinħoloq sistema fejn l-istudenti ma jinġabrux flimkien skont fejn joqogħdu, iżda iktar minn hekk, jinġabru skont l-interessi tas-suġġetti li jkollhom. Sistema bħal din, jgħid Bonello diġà dehret li l-Ministeru għall- Edukazzjoni qed jikkunsidra bis-serjetà. 'Għad fadal bħaħen li jaħsbu li l-professjoni ta' għalliem hi glorifikata' Bonello jinsisti li l-professjoni ta' għalliem, mhix attraenti minħabba bosta fatturi, u fost l-oħrajn jelenka l-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-rispett minn ċertu tfal lejn l-għalliema, uħud mill-ġenituri huma irresponsabbli, u l-fatt li s-sistema li trid taħdem biha, taf li ma tistax tilħaq lill-istudenti kollha. "Dan kollu qed jagħmel il-professjoni ta' għalliem mhux attraenti," iżid jgħid waqt li jsostni li minkejja dan, "għad fadal dawk il-bħaħen f 'Malta li għadhom jaħsbu li l-għalliem hi xi ħaġa glorifikata għax għandu l-vaganzi tas-sajf, meta fir-realtà, dawn ikunu qed jippreparaw għal-lezzjonijiet, ħafna wara l-ħin tax-xogħol, u anke fis-sajf. Għal dan, din il-gazzetta tirrimarka li kważi l-ebda għalliem ma jagħmel it-tliet xhur tas-sajf, li tagħhom jibqgħu jitħallsu dejjem xogħol. Bonello jgħid li, "aħna nikkalkulaw li kull ħaddiem ikollu 192 siegħa ta' leave li jista' jeħodhom meta jrid. Dan, għalliem ma jistax jagħmlu." Iżid jgħid li minħabba li kull sena jinbidlu l-klassijiet u xi drabi anke l-materjal li jiġi mgħallem, il-preparazzjoni qatt ma tieqaf. "Jekk tikkalkula fir-realtà, il-leave li jkollhom l-għalliema, jekk ikollhom xahar ta' vaganzi, ikollok ħafna, minħabba l-ammont ta' preparazzjoni li jkollhom. 'Mhux qed jiġu attirati l-aqwa nies lejn il-professjoni' Meta kien qed jitkellem dwar il- problema ta' nuqqas ta' għalliema, Kevin Bonello qal kif il-problema hi li "n-numru ta' għalliema li jiggradwaw naqsu, u naqsu sew." Kevin Bonello jkompli jgħid li llum il-ġurnata hemm ħafna iktar oqsma li huma iktar attraenti milli wieħed ikun għalliem, u jsostni li bil-bidla fil-kors tal-għalliema fl-Università, dan se jmur għall-agħar minħabba li ma kienx hemm pjanar ta' żmien tajjeb. "Kif tista' tattira nies lejn il-Masters fl-edukazzjoni issa, jekk dawn ikunu gradwaw f 'oqsma oħra li joffru impjiegi iktar attraenti. Kif se tiġbed żgħażagħ biex jagħmlu l-kors ta' għalliema, wara li jkunu gradwaw per eżempju fix-xjenza jew fl-IT? Tista' timmaġina xi ħadd li jagħmel il-kors ta' għalliem minflok imur jaħdem fl-industrija, li toffrilu kundizzjonijiet tajbin ferm? Kieku għandna kundizzjonijiet li jistgħu jħabbtuha ma' ta' professjonijiet oħra, tkun tista' tifhem dan," ikompli jgħid Bonello, waqt li jgħid li m'hemmx affarijiet li qed jiġbdu lin-nies li jidħlu għall dan il-kors, "anzi żdied b'sena oħra." Il-President tal-MUT jsemmi kif bosta drabi, ħafna persuni partikolarment politikanti, meta jkunu qed jitkellmu dwar l-edukazzjoni, jikkumparaw ma' pajjiżi bħall-Finlandja, "Fejn hemmhekk, l-għalliema huma stmati, u li tkun għalliem hu meqjus bħala 'top job', u saħansitra, in-nies jiġġieldu biex isiru għalliema." Isostni li f 'dawn it-tip ta' pajjiżi, il-kundizzjonijiet huma tajbin immens u allura, ikunu qed jiġu attirati l-aħjar nies għal dan ix-xogħol. "Dan kuntrarju għal dak li jiġri f 'Malta għax għal dawn l-aħħar snin, it-tendenza kienet li nattiraw in-nies bħala t-tieni preferenza tagħhom. Fil-fatt," ikompli jinsisti, "ikollna miżerjament tlieta jew erba' persuni fil-ġimgħa jistaqsuna xi jridu jagħmlu biex jirreżenjaw għax sabu post ieħor li jogħġobhom iktar. Min ikun sejjer barra minn Malta għax sab opportunità aħjar, min sejjer ma' xi aġenzija, min ma' xi Ministeru..." 'L-istrutturi tas-salarju mhux flessibbli' Fejn jidħlu l-pagi tal-għalliema, fl-istqarrija li ppubblikat l-MUT il- ġimgħa li għaddiet, ingħad kif hemm strutturi ta' salarju riġidi u mhux flessibbli. Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi jekk hux qed tiġi proposta żieda fil-pagi tal-għalliema. Għal dan, Kevin Bonello jgħid li minħabba li l-għalliema tal-istat huma impjegati tal-Gvern, dawn jitħallsu permezz tal-iskali tal- Gvern, u biex titjieb il-paga tagħhom, jeħtieġ li jitjiebu l-iskali kollha. "Fejn jidħlu l-iskali taċ-ċivil, aħna qed nipproponu titjib tal-pagi, u mhux biss tal-għalliema. Fejn jidħol il-ftehim settorjali, għandna ħafna proposti li ma jitrattawx biss titjib fil-paga. Ftehim kollettiv ġdid sa Marzu li ġej L-aħħar ftehim kollettiv għall- għalliema li ġie ffirmat, kien sar f 'Awwissu tal-2010. Minkejja li dan ma jiskadiex għaliex huwa ftehim settorjali, meta mistoqsi dwar negozjati għal ftehim kollettiv ġdid, Bonello żvela kif bħalissa, l-union tinsab għaddejja b'diskussjonijiet mal-Gvern sabiex tinnegozja ftehim ġdid. "Bħalissa qed ninnegozjaw ftehim ġdid, u jekk id-diskussjonijiet jibqgħu sejrin b'dan ir-ritmu, nisperaw li sa Marzu, nkunu lesti. Meta mistoqsi x'għandu wieħed jistenna minn dan il-ftehim, Bonello jgħid li l-ewwel nett, "nisimgħu minn dak li jkunu qed jgħidulna n-nies illum@mediatoday.com.mt Għad fadal dawk il-bħaħen f 'Malta li għadhom jaħsbu li l-għalliem hu xi ħaġa glorikata għax għandu l-vaganzi tas-sajf Mela miljuni biex tħallas il-konsulenti, għandek, imma għan-nies li qed jagħmlu x-xogħol m'għandekx? " " " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017