Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum gwerer u qawmien mill-mewt li serviet bħala pjazza f 'Venezja fejn kien qiegħed jiġi ċelebrat il-karnival. Risen 13-il sena wara l-ewwel żjara tiegħu f 'Malta għall-film 'The Count of Monte Cristo', fl-2014 id-Direttur Kevin Reynolds reġa' għażel pajjiżna biex ikun l-isfond għall-film Bibbliku l-ġdid li kien se jidderieġi, bl-isem ta' 'Risen'. Reynolds għażel Malta għax emmen li tista' toffri ambjent u dehra simili ta' Ġerusalemm fiż-żmien il-passjoni ta' Ġesu. Għax-xeni tal-tisliba, Reynolds għażel dehra differenti fejn flok fuq għolja, is-'set' sar fil-foss tal-fortizza Manoel, imdawwar bi blat għoli li taw effett differenti minn dak li mdorrija għalih l-udjenza f 'films Bibbliċi. Post f 'Malta li jintagħaraf aktar mill-foss tal-fortizza Manoel użat ukoll f ''Risen' kien il-'Heritage Trail' tax-Xemxija, li Reynolds dehrlu li jidher perfett għall-qawmien mill-mewt ta' Ġesà minn qabar imħaffer fil-blat, b'siġra taż- żebbuġ kbira quddiemu. Għal 'Risen', minbarra numru kbir ta' xeni miġbuda ġewwa l-fortizzi Manoel u Ricasoli, ħafna Maltin setgħu jagħrfu l-irdum tal-Imtaħleb f 'xena li suppost seħħet fil-Galilija meta Ġesà tkellem mal- Appostli wara li qam mill-mewt. Munich Immorru lura fis-snin, b'film ieħor li għalih, Malta intużat biex tirrappreżenta numru differenti ta' pajjiżi oħra fid-dinja. Fl-2004, wara li kien diġà f 'pajjiżna għal Troy ftit tas-snin qabel, l-attur Eric Bana ġie lura, din id-darba jinterpreta rwol prinċipali fil-film 'Munich', dirett minn ħadd ħlief Steven Spielberg. 'Munich' kien ibbażat fuq avvenimenti vera li ġraw fis-snin 70, u postijiet f 'Malta servew flok Tel Aviv, Ruma, il-Lebanon u Ċipru. Xena prinċipali tal-film, inġibdet fix-xatt ta' Tas-Sliema, fejn dan ġie trasformat f 'Tel Aviv, hekk kif tnejn mill-atturi prinċipali, Eric Bana u Geoffrey Rush dehru jippassiġġaw jiftiehmu fuq il-missjoni li hija l-qofol tal-Istorja kollha tal-film. Partijiet differenti minn Bugibba ntużaw kemm biex jirrappreżentaw kafeterija f 'Iżrael, kif ukoll għal waħda mill-ikbar xena ta' azzjoni tal-film, fejn lukanda fi Triq il-Pjunieri f 'Buġibba ntużat minflok waħda f 'Ċipru u waqt lejl ta' ġbid tax- xeni, in-nies ta' Buġibba raw azzjoni bla waqfien, sparar u splużjonijiet liema bħalhom. Kif kienu Malta, Spielberg iddeċieda wkoll li bħala loġistika, il-produzzjoni ma jaqblilhiex titla' Ruma biex tiġbed ix-xeni li fl-istorja seħħew verament Ruma, u għaldaqstant, il-pjazza ta' San Pawl fir-Rabat, serviet perfettament bħala sfond biex jirrappreżenta parti minn Ruma. Għal post ieħor li suppost kellu jkun Ruma, xena oħra minn 'Munich' inġibdet fi pjazza Reġina, l-Belt Valletta. Postijiet oħra li ntużaw għal 'Munich' kienu lukanda żgħira fil-Belt Valletta, u l-baċir ta' Bormla, għal xena ta' sparatura kbira li suppost kienet qiegħda sseħħ f 'Beirut. 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi Riċentament, fl-2015, id-Direttur popolari tal-films tal-azzjoni Michael Bay, għażel lil Malta biex jiġbed parti sostanzjali mill-film tiegħu '13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi', li kien jitratta dwar storja vera ta' rivoluzzjoni u attakk fuq l-ambaxxata Amerikana f 'Benghazi fil-Libja. Malta ntgħażlet bħala lokazzjoni minħabba l-klima, il- ġebla Maltija u ċertu arkitettura u l-fatt li fil-Libja vera, fi żmien il-ġbid tal-film kien għadu għaddej ħafna nkwiet li kien ikun theddida għas-sigurtà u l-andament tal-ġbid. Bejn il-Mosta u Ta' Qali, inbena set kbir li fih inġibdu parti kbira tax-xeni t'azzjoni li suppost seħħew f 'Benghażi. Apparti li kien set mibdni biex jixbaħ il-Benghazi tal- llum, l-udjenza Maltija setgħet tagħraf Ta' Qali u l-Mosta fl-isfond. Għal xeni li suppost graw f 'toroq fil-Libja, intużat ukoll Triq l-Ilvant fil-Belt Valletta, li kull min ra l-film għaraf mill-famuż pont li hemm f 'din it-triq, li tajjeb jingħad li dan kważi ntuża f 'kull film li nġibded f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin. Għal xeni oħrajn ta' azzjoni waqt '13 Hours', toroq prinċipali fil-Gżira u f 'Raħal Ġdid ġew magħluqa u użati. Minkejja sinjali tat-traffiku, tabelli u kartelluni li ġew mibdula għall-Għarbi biex il-post jidher aktar qisu l-Libja, il-Maltin li raw dan il-film, kollha għarfu t-toroq fil-Gżira u l-Knisja ta' Raħal Ġdid. Avolja ma tantx jidher li Malta, ħafna xeni oħrajn minn '13 Hours' inġibdu f 'set mibdni Kordin, fir-triq ta' ħdejn il-grawnd u l-ħabs l-antik. Assasin's Creed U nispiċċaw bl-aktar film riċenti li ħareġ fis-swali taċ-ċinema minn dawk li nġibdu Malta. Fl-2015 ukoll, ftit ġimgħat biss wara li spiċċat il- produzzjoni ta' '13 Hours', bdew il-preparamenti biex jinġibdu xeni minn 'Assasin's Creed', il-film ibbażat fuq logħba diġitali. Ix-xeni li nġibdu f 'Malta, kellhom jirrapreżentaw Spanja fiż-żmien tal-Inkwiżizzjoni tas-seklu 15. Għaldaqstant, il-Belt Valletta kienet perfetta bħala Belt biex tirrapreżenta dik l-epoka. Minkejja użu qawwi ta' grafika diġitali, partijiet mill-Belt Valletta, speċjalment fi Triq l-Ilvant u Triq il-Merkanti xorta setgħu jintagħrfu. Ix-xeni miġbudin fil-Belt, kienu aktar iffukati fuq il-bjut u l-kampnari milli fit-toroq, hekk kif il-karattri tal-Assassini għamlu numru ta' manuvri akrobatiċi u qbiż minn fuq bejt għall-ieħor tul it-toroq tal-Belt. Minbarra l-Belt, għal 'Assasin's Creed' intużat ukoll il-fortizza Manoel u l-Fortizza Ricasoli, fejn fihom inbnew diversi sets li ntużaw għal xeni li fl- istorja kienu qed iseħħu f 'Belt Spanjola fis-seklu 15. Gladiator Troy Risen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017