Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 22 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Aquarius se jkun ta' iktar responsabbiltà fil-madwar tiegħek. Kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-karriera tiegħek, wisq iktar jekk int għandek relazzjoni. Din ir-responsabbiltà trid tkun li tagħraf il-valur ta' dawn is-sitwazzjonijiet li huma vijabbli fil-ħajja tiegħek. Huma dawn li lilek jagħtuk is-saħħa sabiex tkompli tavvanza fil-ħajja. Għalhekk, huwa mument li tagħraf dan kollu b'iktar responsabbiltà. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li ż-żodijaku għadda mill-faċi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Pisces se jkun ta' iktar għarfien tal-potenzjal li int għandek, u dan sabiex issarrfu aktar fit-tkabbir, f'opportunitajiet li resqin lejk. Għalkemm int taħseb li l-pożizzjoni tiegħek hi waħda stabbilita, però, dan ma jfissirx li għandha tibqa' dik li hi. Huwa għalhekk li l-opportunitajiet se jibqgħu jersqu lejk sabiex il- potenzjal li int għandek tkompli tkabbru, twessgħu u tibqa' tkun iktar motivat fil-ħajja tiegħek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Aries se jkun ta' iktar kalma minn dak il-ġenn ta' paniku li dan l-aħħar kien qiegħed ikollok. Issa se tħossok iktar kalm, kemm int bħala persuna u kemm f'dak li int tagħmel, u dan se jservik sabiex minn issa sakemm tgħaddi din il-fażi, tagħraf aktar il-valur kollu ta' dak li se jkun għaddej madwarek. Aħtaf din l-opportunità unika għax din taf isservik sabiex il-ħajja tiegħek tkun iktar stabbli. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Taurus se jkun wieħed ta' ftit iktar trankwillità li din tista' ssarrafa biex ikun hemm iktar spazju ta' ħin madwarek. Issa se ssib li f'daqqa waħda, għandek ħin sabiex tmur xi passiġġata, jew tibda tmur sal-gym, jew xi forma ta' rilassament li int tħobb tagħmel. Agħraf dan il-mument għax b'dan il-mod, il-ġisem tiegħek se jkun jista' jaħdem iktar aħjar u dan se jkun jirrifletti s-saħħa tiegħek. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Gemini se jkun wieħed ta' sfida għal dak li ġej. Sfida għal proġetti li hemm imfassla għalik. Sfida fl-imħabba, kollox ma' kollox dak li int se tiffaċja fil-ħajja tiegħek, se jkun taħt forma ta' sfida personali, li akkost ta' kollox, int tasal fejn finalment tixtieq tasal. Għalkemm jaf ikun hemm diversi mumenti iebsin, finalment dak li int trid twettaq, se twettqu u għalhekk dan huwa mument ta' sfida. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Cancer, se jkun wieħed ta' tqassim ta' pjan għal dak li ġej madwarek. Dan sabiex dak li riesaq lejk, ikun imqassam b'mod li jkun effettiv, u mingħajr ma jkun hemm xi forma ta' problemi minħabba dak li jista' joħroġ. Għalhekk, huwa ferm importanti li int tqassam sew dak li ġej. L-effett ta' dan it-tqassim, ikun ifisser li int tkattar iktar l-abbiltà tiegħek innifsek u tagħraf aktar kif tmexxi aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Leo se jkun wieħed ta' iktar ħeġġa li dan l-aħħar kien hemm xi ftit ta' nuqqas. Għalhekk, li issa din il-fażi reġa' ġejja madwarek, il-ħeġġa li int se tħoss f 'dak kollu tal-madwar, agħraf kemm tista' tieħu gwadann. Dan ikun ta' importanza speċjalment wara l-pawsa li kont għaddej minnha. Trid iżżomm f 'moħħok li din il-fażi. Għalhekk, agħraf sew dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Virgo, se jkun ta' iktar ħsibijiet dwar dak kollu li jista' jibda jinbidel jew jitranġa fil-ħajja personali ta' Virgo. Dan huwa mument ta' fażi fejn Virgo se jgħaddi minn ħafna ħsibijiet ta' kif jista' jkun hemm ċerta bidla kemm kif jista' jitwettaq aħjar il-ħajja fil-karriera, imma l-aktar ħsieb li se jdur madwar Virgo, se jkun fir-relazzjonijiet tal-imħabba fejn jistħgu jitranġaw ħafna. Għalhekk, aħtaf din il-fażi. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Libra se jkun wieħed ta' tibdil. Tibdil fil-mod kif kont qed taħseb dwar ċertu sitwazzjonijiet personali. Tibdil dwar kif se tibda tippjana għall-aħjar dwar il-ħidma jew karriera u anka jad ikun hemm xi ftit tibdil ukoll dwar id-dieta li int tiekol. Dan kollu, int se tibda tħossu f 'din il-fażi. Għall- ewwel se tkun xi ftit xettiku dwar dan it-tibdil, imma wara li se tara l-effett, tagħraf aktar kemm wasal iż-żmien addattat. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Scorpio se jkun wieħed ta' konċentrazzjoni dwar dak li huwa vera utli fil-ħajja ta' madwarek. Dan jaf jikkawża li tagħmel ċertu tibdil, anke dwar il-mod kif int iġġib ruħek, kemm mal-kollegi, kemm mal-ħbieb u kemm fir- relazzjoni ta' mħabba, imma agħraf li tkun modest għall-mod ta' dan it-tibdil, li tadatta lilek għall-aħjar, huwa sinjal pożittiv, imma agħraf tadatta b'ċerta direzzjoni Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Cancer Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-21 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Sagittarius se jkun xi ftit ta' inċertezza dwar dak li int qiegħed l-aktar inċert fil-ħajja ta' madwarek. Għalhekk, int trid tagħraf mill-iktar fis, tkun iktar stabbli f 'kull parti tal-ħajja ta' madwarek għax inkella, din il-fażi se toħloq aktar inċertezza, u dan jaf ikun ta' diffikultà għaż-żmien li ġej. Tħallix il-mewġ ikaxkrek, anzi kun iktar sod u preparat sabiex l-effett ta' dan, ma jseħħx. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta' dik l-imsejħa 'New Moon', l-effett tagħha fuq Capricorn se jkun wieħed ta' kalmezza iktar mis-soltu. Ovvjament, Capricorn huma magħrufin kemm huma persuni xi ftit aggressivi f 'diversi aspetti tal-ħajja, imma din il-fażi se toħloq ġewwa fik ċertu kalmizza li permezz tagħha, int se tagħraf ikollok ċertu aktar kontroll tiegħek innifsek dwar dak li int trid twettaq u dan int aktar ma jgħaddi żmien, se tagħrad kemm kien utli għalik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju Ħadd 05 ta' Frar 2017 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-ewwel 50 li jordnaw dan il- ktieb, jingħataw skont speċjali ta' 20% fuq il-prezz tal-ktieb, skont speċjali ta 25% fuq is-servizzi kollha tiegħi, u skont speċjali ta' 15% fuq servizzi ta' sbuħija Għalkemm kien xettiku ħafna, Nathan aċċetta li nibdew dawn is-sessjonijiet ta' meditazjoni, fejn xi kultant, hu kien ikun mitlub li jkun preżenti. Ovvjament, ix-xettiċiżmu ta' Nathan beda jimblokka l-proċess u, iddeċidejt li ma nkomplix f 'dan il-proċess. Hawnhekk, Nathan ħa fastidju b'dan, imma wara li aċċertani li kien lest li jibda jagħraf aktar dak li nagħmel jien u jemmen li l-ispiritwalità tista' twassal għal riżultat, komplejna u bdejna mexjin aħjar. Kif nibdew is-sessjoni, it- tnejn li aħna konna nħossuna qisna qegħdin f 'kamra tas-silġ daqs kif kienet tinbidel l-arja ta' madwarna, u anka konna nħossu bħal riħ idur madwarna. Dan minbarra xi ftit ta' ħsejjes 'l hemm u 'l hawn li Nathan għall- bidu kien beda jibża' minnhom, imma bi ħsieb ewlieni li nsibu fejn kienet bintu, kien jibqa' kwiet. Ovvjament, dawn huma sitwazzjonijiet li jafu jieħdu ż-żmien, u hekk ġara f 'dan il-każ. Wara kważi 5 ġimgħat ta' meditazzjoni, kien propju fin-'New Moon' ta' Sagittarius li kellna l-ewwel kuntatt ma' Sabrina, u minn hemm 'il quddiem, bdejt ftit ftit nirċievi dak li kien hemm bżonn. Kien ġara li meta r-raġel tagħha ġie lura Malta, kien għadda minn żmien ta' bla xogħol, bla flus u kważi spiċċa jorqod barra flimkien mat-tifla. Biex jgħeleb din is-sitwazzjoni, kien iddeċieda li għal rigal ta' flus, jgħaddi lit-tifla lil familja sinjura. Wara sensiela ta' meditazzjonijiet oħra, sibna kaptu ta' fejn kienet tgħix din il-familja. Wara li jien u Nathan bdejna nistħarrġu s-sitwazzjoni, sibna li verament din il- familja kienet addottat lil din it-tifla. Għalhekk, ħadt lil Nathan għand avukat ħabib tiegħi sabiex jagħtiħ parir ta' x'għandu jagħmel. Nathan għamel kif kien mitlub, imma sfortunatament, din il-familja ma laqgħetx dak li Nathan ippropona. Il-każ kien spiċċa l-Qorti, u Nathan talabni bis-sħiħ sabiex ngħinu bit-talb, sabiex jirbaħ din il-kawża. Wara sentejn tal-każ, il-Qorti kienet laqgħet it-talba li t-tifla terġa' tmur lura għand il-missier propju tagħha, u għal dan, Nathan wera l-apprezzament kbir tiegħu ta' kemm l-ispirtwalità hi verament madwarna, għax kien bis- saħħa tal-kuntatt mal-ispirtu ta' Sabrina li hu reġa' sab lil bintu, u bil-qawwa tat-talb, rebaħha lura. U hekk, bir-raġun ta' kif l-ispirtu ta' Sabrina qgħaqqad lit-tlieta li huma lura flimkien! L-Ispirtu li jgħaqqad Imwassal lilkom minn PaulJon Tmiem ir-rakkont ta'...