Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Floriana ...................... 4 Mosta ......................... 0 FLORIANA xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta' Mosta bl-iskor konvinċenti ta' 4-0. Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara biss tmien minuti meta xutt ta' Maurizio Vella ġie mdawwar f 'corner mill-goalkeeper ta' Mosta, Yenz Cini. Mosta qalgħu daqqa ta' ħarta fit-23 minuta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Njongo Priso permezz ta' karta ħamra diretta. Il-Greens approfittaw mal-ewwel mill-fatt li bdew jilagħbu bi plejer iktar hekk kif erba' minuti biss wara, huma rnexxielhom jiftħu l-iskor meta Mario Fontanella għadda tajjeb lejn Ignacio Varela li mill-viċin irtokka l-ballun għal ġewwa. Huma komplew jattakkaw u fl-34 minuta, xutt minn tarf il-kaxxa ta' Maurizio Vella għadda ftit barra mil-lasti ta' Yenz Cini. Fit-42 minuta reġa' kien l-attakkant Taljan imwieled il-Ġermanja, Maurizo Vella, li mpenja lil Yenz Cini, bil-goalkeeper tal- Blues isalva tajjeb. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana, komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-50 minuta rebħu penalti meta Yenz Cini Ii wara li tkeċċa Njongo Priso, ħa l-faxxa ta' captain, waqqa' lil Mario Fontanella fil-kaxxa biex mill-11-il metru nkariga ruħu l-attakkant Arġentin Sebastian Nayar li ma żbaljax hekk kif tefa' l-ballun naħa u lill-goalkeeper in-naħa l-oħra. Fis-56 minuta, il-Greens setgħu faċilment għamluhom tlieta meta wara li rċieva l-ballun minn cross invitanti ta' Mario Fontanella, Ignacio Varela ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi milqugħa b'mod spettakolari minn Yenz Cini, biex mir-rebound l-attakkant Arġentin, ra t-tentattiv tiegħu jintemm għoli. Floriana skorjaw it-tielet gowl fis-66 minuta permezz ta' xutt sabiħ mid-distanza ta' Maurizio Vella. Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' gowl fil- 85 minuta meta s-sostitut Ryan Camenzuli kkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka. Floriana - Haber (Grech 46'), Pepe, Ruiz, S. Pisani, Cl. Borg, Varela, Nayar (Camenzuli 58'), Vella, J. Pisani, Cini (Scicluna 46'), Fontanella Mosta - Cini, Chinatu Onwudinjo, Rodriguez Ekani, Fenech, Toth, Miranda, Priso, Ahoure (Brincat 62'), Mifsud Triganza (Gatt 75'), Oseghale, Frendo (Grech 71') Referi - Trustin Farrugia Cann minn Cristian Antony Muscat Ħamrun S .................0 Balzan .....................1 BALZAN ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq Ħamrun Spartans. Kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta Manolito Micallef għadda tajjeb lejn il-captain Jake Grech li iżda ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra. Balzan fetħu l-iskor fit- 23 minuta meta Alfred Effiong xeħet pass perfett lejn Alan Da Silva Souza li x-xutt mill-ewwel tiegħu ma ta l-ebda ċans lill- goalkeeper ta' Ħamrun Spartans, David Cassar. Balzan komplew jattakkaw u man-nofsiegħa logħob tentattiv minn freekick dirett ta' Bojan Kaljevic intemm ftit għoli. Minuta biss wara, Alan Da Silva Souza dejjem għal Balzan kellu xutt mid-distanza jintemm barra. L-Ispartans ħarġu tajjeb fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-46 minuta, is-sostitut Saturday Nanapere xeħet cross perfett lejn id-debuttant Franċiż Mathieu Manset li b'mod akrobatiku, tefa' għoli. Balzan irrispondew fit-48 minuta meta Alfred Effiong avvanza tajjeb fil-kaxxa u kellu xutt fil- baxx newtralizzat minn Christian Cassar. Ħamrun Spartans kważi ġabu l-iskor indaqs fit- 52 minuta meta freekick tas-solitu Jake Grech ħabat mal-wieqfa qabel intemm barra. Mas-siegħa logħob, Balzan spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-captain Dylan Grima wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit- tielet waħda jirċeviha wara fawl li wettaq fuq Saturday Nanapere. Mad-90 minuta, Balzan tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tieni gowl meta Paul Fenech għadda tajjeb lejn Milos Lepovic fil-kaxxa, iżda x-xutt ta' dan tal-aħħar għadda barra mil-lasti difiżi minn David Cassar. Ħamrun S. - Cassar, Micallef, L. Grech (Nanapere 46'), Dos Anjos, Vergara Rodriguez, Giusti (Arab Eddin 63'), Micallef, Misan, Sciberras (Paiber 78'), J. Grech, Manset Balzan - Janjusevic, Giglio De Oliveira, Kalkjevic (Lepovic 88'), Arab, Grima, Fenech, Da Silva Souza (Brincat 66'), Nafti (Micallef 17'), Serrano Valero, Fenech, Effiong Referi - Matthew Degabriele MAURIZIO VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja wieħed mit-tliet gowls ta' Floriana, li kien l-ewwel wieħed għalih matul dan l-istaġun. Ingħaqad ma' Floriana matul is-sajf li għadda. PAUL FENECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti Twieled fl-20 ta' Diċembru 1986 f 'Tal-Pietà Rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena Huwa prodott ta' Naxxar Lions u qabel Balzan lagħab ma' Birkirkara u ma' Msida St Joseph Faċli għal Floriana kontra Mosta Victor Lucky Oseghale segwit minn Maurizio Vella Alan Da Silva Souza segwit mill-captain ta' Ħamrun Spartans, Jake Grech Ritratt: Dominic Borg Ritratt: www.orianafc.org Balzan jiksbu rebħa minima fuq Ħamrun Spartans Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017