Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Naturali. Il-papà tiegħi kien jilgħab il-futbol. Kont ninżel miegħu training u ovvjament sirt inħobb il-futbol. Kif kompla jgħinek il-papà tiegħek, Marco Grech fil-futbol? Ovvjament għeni. Fdani bl- esperjenza tiegħu, dik ta' 22 sena jilgħab il-futbol. L-esperjenza hija vasta. Għeni ħafna. Ikkowċjani wkoll u stajt nitla' f 'livell aħjar. X'responsabbiltà tħoss li ġġorr il- faxxa ta' captain ta' Ħamrun illum? Responsabbiltà kbira. Klabb kbir bi storja kbira. Sapport. Faċilitajiet. Erba' darbiet champions ta' Malta. Ir-responsabbiltà hija kbira. Trid tmexxi l-klabb ovvjament kuljum... training u l-attivitajiet kollha possibbli. Nippruvaw inwasslu l-klabb lura fejn jixraqlu fis-snin tal-glorja. Jekk ikollok tgħaddi l-kummenti tiegħek fuq dan l-istaġun sa issa, xi jkunu l-kummenti tiegħek? Dan hu l-ewwel staġun fil-Premier wara nuqqas ta' tlieta jew erba' snin jekk mhux sejjer żball. L-għanijiet tagħna huma li kemm jista' jkun malajr insalvaw u nagħtu garanzija ta' staġun ieħor lis-sapporters tagħna. Jidher li qegħdin fit-triq it-tajba, però rridu nkomplu hekk. Sejrin tajjeb u jekk inkomplu hemm m'għandniex ikollna problemi. Jidher li hemm aspettativi kbar fuq dan l-investiment Taljan li ġej. X'tikkummenta? Il-klabb tal-Ħamrun jixraqlu dan it-tip ta' investiment u dawn it-tip ta' ambizzjonijiet. Jalla jkun ta' suċċess u nkomplu nimxu 'l quddiem. Kont taħt it-tmexxija tal-kowċ Steve D'Amato. Issa hemm Jacques Scerri. Ħassejtha t-tranżizzjoni bħala plejer u l-Ħamrun ħassewha bħala tim? Huma żewġ kowċis tajbin. Aħna konna professjonali u kapaċi taħdem mat-tnejn li huma. Dawk mhumiex deċiżjonijiet tagħna imma deċiżjonijiet tal-kumitat. Ifhimni, huma żewġ kowċis tajbin kif għedtlek. Nirringrazzja lil Steve D'Amato tax-xogħol li jagħmel u nawgura lil Jacques Scerri li nkomplu naħdmu kif qegħdin naħdmu. Ħa mmur lura għat- tournament ta' Malta tal-under 17. Dak x'kien ifisser? Hemmhekk donnok għamilt il-breakthrough tiegħek mat-tim nazzjonali. Fuq livell ta' tim nazzjonali, ili hemm minn meta kelli ħmistax-il sena, mill-bidu nett. Kien tournament li jiswa ħafna. Għamilna sentejn nittrenjaw u kellna diversi logħob. Kien xahar diffiċli. Però kienu tliet logħbiet iebsin kontra timijiet ta' livell għoli. Kelli tournament tajjeb ħafna hemmhekk. Ħdimt ħafna għalihom u hemmhekk ta' ħmistax- il sena għamilt il- breakthrough mat-tim tal-kbar, mal-Ħamrun mal-ewwel diviżjoni. Ħmistax kellek hemmhekk? Kelli ħmistax-il sena meta l-istaġun ta' qabel lgħabt mal-Ħamrun fl-Ewwel Diviżjoni. X'emozzjoni ħassejt ta' 15-il sena? Jekk m'iniex sejjer żball kont l-iżgħar plejer li qatt ilbist il-flokk tal-Ħamrun. Veru li fl-Ewwel Diviżjoni u mhux mal-kbar. Ovvjament tħoss emozzjoni sabiħa. Il-klabb tal-Ħamrun hu klabb kbir. Konna għadna ġejjin minn relegazzjoni diffiċli mill-Premier. Kelli daqsxejn entużjażmu. Però kont looking forward li niddebutta mal-klabb ta' tfuliti. Ħa nsemmilek il-gowl kontra l-Hibernians dak l-istaġun. Iddeskrivi dak il-gowl. Kien l-isbaħ gowl li qatt skurjajt? Dik kienet l-ewwel logħba ta' dan l-istaġun u kienet l-ewwel logħba tiegħi fil-kampjonat Premier. Allavolja kont ili nilgħab erba' snin mat-tim tal-kbar, kienet l-ewwel logħba fil-Premier. Kien gowl sabiħ u kienet logħba b'ċirkustanzi diffiċli fejn lgħabna kontra l-Ħibs u rbaħnielhom 3-1, u lgħabna bla barranin u kellna ċertu diffikultajiet. Kien gowl importanti ħafna li ta sinjal li l-Ħamrun se jerġgħu lura lejn il- kampjonat Premier. Gowl sabiħ. Jalla jkolli aktar. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Nemmen li l-kampjonat kif qiegħed huwa tajjeb. U ma' 11-il plejer barrani fil-grawnd? Bi 11-il plejer barrani se jonqos iċ-ċans li tilgħab. Però skont x'inhuma l-barranin. Jekk ikunu barranin ta' livell li tista' titgħallem minnhom fit-taħriġ u fil-logħob, ovvjament tista' tgħin, però jonqos iċ-ċans li tilgħab. Però jien nemmen li mhux il- kwantità imma l-kwalità tal- plejers barranin li jiġu. Problema fil-futbol Malti għalija hija dik tal-betting. Taħseb li din tista' qatt tissolva? Mhux affarijiet li nidħol fihom jien. Jalla jkun hawn soluzzjoni għal dawn l-affarijiet. Bħalissa qed tilgħab mal-under 21 ta' Malta u qiegħed ukoll il-captain tat- tim. X'tikkummenta fuq dak is-suċċess kbir li ksibtu u r-rekord li għamiltu? Naħseb li kien suċċess kbir. Kien hemm plejers tal-1994 li kellhom ħafna esperjenza. Naħseb l-aħħar logħbiet tagħna jekk kien hemm 22 li kienu jiġu msejħa, naħseb kienu 22 li verament lagħbu. L-esperjenza tgħin għax tkun qed tilgħab f 'livell għoli. Il-grupp ta' plejers imwielda fl- 1995 kien grupp fantastiku. Lgħabna l-logħbiet tagħna u ksibna riżultati ferm pożittivi kif kulħadd jista' jara. Grazzi lill-istaff tekniku, il-kowċ Silvio Vella, Noel Turner, lil kulħadd. Ma bżajniex nilagħbu. Kont fortunat li ħdimt għaliha u ġejt imsejjaħ fl-aħħar logħbiet. Huwa riżultat storiku. Bil-11-il punt li ksibna u bil-livell tat-timijiet li kien hemm, nemmen li ħdax-il punt hu riżultat tajjeb ħafna. Kemm jgħinek il-kowċ Silvio Vella? Għeni ħafna. Għandu l-esperjenza. Lagħab fl-ogħla livelli tal-kampjonat Malti u man-nazzjonali. Pariri siewja jista' jagħti dejjem. Hemm qabża kbira mill-età ta' taħt id-dsatax-il sena sa wieħed u għoxrin sena. Għenna psikoloġikament. Konna ħafna li għamilna din il-qabża. Għenna ħafna. Ksibna riżultati tajbin miegħu. Ħa mmurlek għall-kowċ Sergio Soldano. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq dan il-kowċ? Il-Plejer tal-mument fil-futbol Cristian Antony Muscat "Jekk tagħti l-mija fil-mija f 'kull training session u f 'kull logħba tieħu ħsieb il-karriera tiegħek, nemmen li kull wieħed għandu jagħmilha" "Is-sapporters ta' Ħamrun Spartans kienu hemm fi żmien diffiċli, fi żminijiet fejn konna f 'diviżjoni inferjuri. Jidher li hemm pjanijiet sbieħ għall-futur, u nemmen li għandna nibqgħu mexjin 'il quddiem" Jake Grech - Il-plejer tal-mument l-futbol Malti u li għalkemm għad għandu biss 19-il sena, diġà jġorr il-faxxa ta' captain ta' tim bi storja glorjuża l-futbol Malti, ta' Ħamrun Spartans

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017