Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Sports 35 Sergio Soldano, kliem ta' tifħir biss nista' ngħid fuqu. Għamilna madwar sentejn u nofs flimkien. Kuljum flimkien tista' tgħid. Nitilgħu kuljum Ta' Qali nittrenjaw u saħansitra kien jiġi għalina l-iskola. Sergio Soldano kien il-kowċ li tana l-breakthrough. Għenna f 'kull aspett tal-futbol u tagħna ċans li nesprimu l-futbol tagħna. Sergio Soldano huwa kowċ li għenni ħafna u biddilli moħħi minn tifel għal teenager. Allura tani ċertu responsabbiltajiet ukoll. Il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali Malti. Żgur li l-mira tiegħek hi li tilgħab taħt Pietro Ghedin issa. Il-ħolma tiegħi hi li xi darba nilgħab mat-tim nazzjonali Malti tal- kbar. Inkompli mat-tim tal-Ħamrun u li forsi nwasslu lura fil-għoli u li mmur nilgħab barra mill-pajjiż. Kien hemm xnigħat li stajt tiċċaqlaq. Però Jake Grech se jibqa' ma' Ħamrun Spartans fil-futur? Għandi kuntratt ma' Ħamrun Spartans sal-aħħar tal-istaġun. M'għandix problemi. Jekk tiġik opportunità li tmur barra minn Malta, titlaq? Ovvjament. Mija fil-mija. Bil- kuntratt m'għandix problemi. Jien mort barra minn Malta. Kont mort nilgħab ma' Spezia wara li ntemmew il-kampjonati Ewropej ta' taħt is-17- il sena li kienu saru f 'Malta. Kemm domt hemmhekk? Domt ġimagħtejn. Riedu jiffirmawni però l-kuntratt ma kienx tajjeb u allura ma ffirmajtx. Kemm jgħinek il-kumitat ta' Ħamrun immexxi mill-president, Gaetano Debattista? Dal-aħħar snin għamlu xogħol siewi ħafna. Konna għadna ġejjin minn tranżizzjoni kbira, korruzzjoni. Nemmen li qed jagħmel xogħol tajjeb. Jalla nkomplu sejrin hekk. X'sagrifiċċju u commitments jinvolvi dan it-tip ta' sport, speċjalment għal żagħżugħ bħalek li tilgħab il-futbol? Sagrifiċċju kbir. Jekk se tilgħab il-Ħadd għandek tista' tgħid weekend ġewwa. Normalment ġieli jkollok tliet logħbiet fix-xahar. Waħda l-Ħadd u l-oħra s-Sibt. Il-commitments huma kbar. Tista' toħroġ però ġismek trid tieħu ħsiebu. Hemm il-moħħ u hemm it-talent. Hawn ħafna plejers li għandhom it-talent, però l-attitudni tkun differenti. Fil-futbol, hija l-attitudni li tagħmlek plejer tajjeb u twasslek minn post sa post. Trid tieħu ħsieb il-fiżikalità tiegħek. Training kuljum. Tagħmel sagrifiċċju. Taħdem. Se jkun hemm ġranet li jkun hemm affarijiet tajbin u affarijiet ħżiena. Ma tridx taqta' qalbek u tkompli taħdem. Nemmen li fl-aħħar mill-aħħar jekk taħdem takkwista l-premju. X'inhu l-messaġġ tiegħek għal żgħażagħ bħalek biex jagħmlu karriera ta' suċċess u l-futbol kif jgħinek fil-ħajja? Il-futbol ibiegħdek mill-vizzji u minn ċerta ħażen. Però l-messaġġ tiegħi huwa wieħed. Trid taħdem u tibqa' taħdem u ma taqtax qalbek. Jista' jkun hemm perjodi diffiċli, inġustizzji u affarijiet oħra. Jekk tagħti l-mija fil-mija f 'kull training session u f 'kull logħba, tieħu ħsieb il-karriera tiegħek nemmen li kull wieħed għandu jagħmilha. Hawn talent. Bħala captain tat-tim ta' Ħamrun Spartans x'taħseb li huma t-tragwardi għal Ħamrun Spartans matul dan l-istaġun? It-tragwardi huma li nsalvaw kemm jista' jkun malajr u nagħtu staġun ieħor lis-sapporters tagħna fl-ogħla diviżjoni. It-tragward ewlieni bħalissa huwa dak li nistabbilixxu lilna nfusna fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. X'inhu l-messaġġ għas-sapporters ta' Ħamrun Spartans? Is-sapporters ta' Ħamrun Spartans kienu hemm fi żmien diffiċli, fi żminijiet fejn konna f 'diviżjoni inferjuri. Jiena kont parti minn dan iż-żmien diffiċli għax wara li lgħabt kontra l-Olanda, l-Ingilterra, it- Turkija, spiċċajt nilgħab fit-Tieni Diviżjoni. Jidher li hemm pjanijiet sbieħ għall-futur. Inħeġġiġhom jibqgħu dejjem warajna u nemmen li jekk jibqgħu dejjem warajna kif dejjem kienu, għandna nibqgħu mexjin 'il quddiem. fil-futbol Malti Twieled t-18 ta' Novembru, 1997 f 'Tal-Pietà Huwa l-plejer tal-mument l-futbol Malti Għalkemm għad għandu biss 19-il sena diġà jġorr il-faxxa ta' captain ta' Ħamrun Spartans Ta' 15-il sena lagħab ma' Ħamrun Spartans -Ewwel Diviżjoni Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Spezia -Italja JAKE GRECH Ritratti: James Bianchi