Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Offerti ghall-Esportazzjoni tat-tonn ghas-sena 2017 Esportaturi interessati ghall-esportazzjoni tat- tonn maqbud bis-sunnara ghas- sena 2017, jistghu jigbru formoli tat-tender mill-ufficini msemmija hawn taht. Is- sejha ghall- Offerti taghlaq il-Gimgha 17 ta' Frar 2017 fil-11am Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd "Dar is- Sajjieda" Xatt is- Sajjieda M'Xlokk. Tel 21659391 Ghaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd "Id- Dwana" Xatt is- Sajjieda, M'Xlokk Tel 21653826 Telqa totali tal-aħħar spazju miftuħ f 'Birkirkara Minn Ruben Anthony Xuereb BIRKIRKARA huwa l-aktar post b'densità għolja ta' popolazzjoni f 'Malta u wisq probabbli wieħed mill-aktar b'densità għolja ta' bini wkoll. F'nofs dan ir-raħal kbir, possibbilment wieħed mill- uniċi spazji miftuħa bi ftit ħdura fihom huwa l-ġnien tal-istazzjon, li minbarra li jservi ta' 'pulmun' f 'nofs ir- raħal u joffri spazju miftuh b'bankijiet, għandu wkoll valur storiku. Iżda minflok ma tingħata attenzjoni u kura lil dan il-ġnien, jidher li dan jinsab fi stat ta' abbandun totali. Numru ta' qarrejja tal- ILLUM għamlu kuntatt ma' din il-gazzetta b'ilmenti dwar l-istat ta' dan il-ġnien. L-ILLUM bagħtet lill- fotografu tagħha jinvestiga u jieħu ritratti li juru l-kundizzjoni tal-ġnien. Ir-ritratti, juru riżultat xokkanti ta' abbandun kbir f 'dan il-ġnien li xi darba kien tant sabiħ. Mhux biss il- post jinsab fi stat ta' telqa, bi ċnut imwaqqgħin u bankijiet mhux mantnuti, iżda saħansitra tħalla jaqa' vittma ta' vandaliżmu. Numru ta' arbli tad-dawl ġew imqaċċta b'vendikazzjoni u skont in-nies li tkellmu ma' din il-gazzetta, ilhom żmien li tkissru u qatt ma ssewwew. Vera ħadd ma jaf lejn min jipponta subajh dwar in- nuqqas ta' kura li qiegħda tingħata lil dan il-ġnien, imma huwa tal-mistħija wkoll l-ammont ta' ħmieġ li jiġi mormi minn nies f 'dan il-ġnien. Bħalma juru r-ritratti, il-ħmieġ li jintrema f 'dan il-ġnien, mhux sempliċiment xi karta żgħira li persuna bla rispett tarmi mal-art flok f 'barmil, iżda kollezzjoni kkulurita ta' skart domestiku li jinkludi bramel, twapet, kaxxi u prodotti oħrajn li posthom żġur mhuwiex mal-art ta' ġnien pubbliku. 'Benefiċċju għall-privat... għad-detriment tal-poplu' ILMOVIMENT Graffitti joħroġ bis-saħħa kontra l-għotja tal-art pubblika fejn bħalissa tinsab l-ITS, lill-kuntrattur privat li skont huma se jibbenefika minnha hu biss. Fi stqarrija, il-Moviment Graffitti esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjoni tal-Gvern li art pubblika, li bħalissa qed tintuża mill- Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), tiġi trasferita lil kumpanija privata. Il-Moviment Graffitti qal li, "il-Gvern se jkun qed jagħmel telf ta' mill-inqas €14-il miljun b'dan il-ftehim. Dan għaliex l-ITS se jkollha tiġi rilokata għal Smart City b'nefqa ta' €74 miljun. L-art pubblika f 'San Ġiljan se tiġi trasferita għal €60 miljun biss, minkejja li fl-abbozz tal- Paceville Masterplan kienet ivvalutata madwar €212 miljun." Skont Moviment Graffitti, dan huwa ironiku minħabba l-fatt li l-Gvern se jkun qed iħallas kumpanija privata oħra, SmartCity Malta, għar- rilokazzjoni tal-ITS fuq art li qabel kienet pubblika u issa qiegħda mikrija lill-privat bi ftit flus. Huma sostnew li, "l-ftehim mas-Seabank se jkun ta' benifiċċju biss għal ftit interessi kummerċjali, u għad-detriment tal-bqija." "Din hija l-kontinwazzjoni tal-politika mħaddna taħt amministrazzjonijiet differenti li biha l-art tittieħed mill-pubbliku u titqassam għall-interessi privati," sostna l-Moviment Graffitti li żied jelenka lista twila ta' art li ngħatat lill-privat, bħal Tigne Point, Manoel Island, Portomaso, SmartCity, Żonqor, Dock 1, u ħafna oħrajn. Il-Moviment Graffitti temm jgħid li "t-trasferiment tal-art lis-Seabank joħloq ukoll tħassib fuq livell ambjentali. Dan se jkun żvilupp enormi f 'żona mimlija konġestjoni u se jkun qed isir mingħajr pjan ħolistiku ta' żvilupp, b'impatt negattiv fuq il-komunitajiet tal-madwar u l-kosta." Dehra artistika tal-proġett fis-sit fejn kienet l-ITS f 'San Ġiljan Mhux karta mormija mal-art, iżda kollezjoni varjata ta' skart Ċnut imwaqqgħin u arbli tad-dawl maqlugħin Ritratti: James Bianchi