Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 8 Tkompli minn paġna 1 Jidher li waqt is-Summit ta' Malta, numru ta' pajjiżi qalu li jekk Tusk ma jigix konfermat, persuna li tista' tgħaqqad lil kważi kulħadd, hija Joseph Muscat. Is-suċċess politiku u l-organizazzjoni tal- laqgħa ta' Malta, flimkien mar-relazzjoni personali tajba li Muscat għandu ma' ħafna mexxejja, u l-wirjiet konvinċenti fuq media internazzjonali, għollew bil-kbir il-kwotazzjonijiet ta' Muscat. Barra minn hekk, bid-diskors tiegħu fil- Parlament Ewropew, jidher li kkonferma appoġġ kbir f ' din l-istituzzjoni. Meta l-istorja dehret l-ewwel darba fil-mezzi tax-xandir barranin, u wara f 'dawk Maltin, ftit kien hemm min ta kasha. Madankollu, issa jirriżulta li l-ispekulazzjoni kienet reali. Madankollu, sa issa l-Ewropej kienu bla suċċess li jħajru lil Muscat, li biex jaċċetta l-kariga jkollu jirriżenja minn Prim Ministru. Jidher li Muscat għamilha ċara man-nies ta' madwaru u mal-barranin li hu beħsiebu jibqa' fejn hu, u jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Jidher li kien hemm minn ta' madwaru li nkwetaw li Muscat seta' xebgħa jnaddaf u jitgħabba bl-iżbalji, veru u maħsuba, ta' wħud mill- Ministri tiegħu u seta' jitħajjar imur lura l-Ewropa, f 'dik li hija effettivament it-tieni l-aktar kariga importanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, tkun problema kbira għall-Partit Laburista li jsib mexxej ġdid sena biss qabel l-elezzjoni. Forsi Muscat għad jiddispjaċih li baqa' Malta jekk l-elezzjoni ma tmurx kif jixtieq. Iżda għal ta' madwaru, u aktar ma jgħaddi ż-żmien, anki għal-Laburisti, huwa ċar li xi darba jew oħra, ikollhom jgħidu saħħa lill- mexxej tagħhom, għax kif jgħid il-Malti, "min hemm se jgħaddi," u tirbħu l-Ewropa. 'Kulħadd jaf x'inhu jiġri imma ħadd ma jrid jitkellem. Omertà assoluta' L-MUT mogħtija direttiva biex ma tkellem lil ħadd dwar il-każ Tkompli minn paġna 1 Dan kollu apparti iktar akkużi u allegazzjonijiet li l-għalliem ta fastidju wkoll lil studenti subien fl-istess skola. Minkejja li x-xhieda tal-allegat kompliċità tal-għalliem huma ħafna, tliet xhur wara, ma kien hemm ebda żvolta fil-każ. Is-sors li tkellem mal-ILLUM sostna li dwar il-każ, resqu fuqu ġenituri ta' waħda mill-allegati vittmi u qalu li ma jafu xejn dwar il-każ. L-istess sors sostna li s'issa, l-unika żvilupp li huwa pubbliku, jew tal-anqas li jafu bih persuni fil-korp huwa li l-allegati vittmi ntbagħtu għall- għajnuna għand psikologu. Dan is-sors sostna ma' din il-gazzetta li l-pulizija taw struzzjonijiet lill-ġenituri tal-vittmi biex ma jitkellmux mal-mezzi tax- xandir, "għax inkella taf tiġik agħar." "Kulħadd jaf x'inhu jiġri," sostna s-sors viċin il-Korp tal-Pulizija ma' din il-gazzetta. Imma hemm omertà sħiħa għax kulħadd jibża'. Ħafna nies la jridu jfuħu u lanqas jintnu, allura jżommu ħalqhom magħluq u jħarsu n-naħa l-oħra. Omertà sħiħa." Kemm is-sit illum.com.mt kif ukoll inewsmalta, it-tnejn irraportaw kif l-għada li ħareġ il-każ fuq il-media, waslu l-għassa tal-Ħamrun rapporti ta' theddid fuq uħud mill-vittmi u anke studenti li kellhom għarfien dwar dak li seħħ fl- iskola. Intant, l-ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-Malta Union of Teachers (MUT) ġiet mogħtija direttiva biex ma titkellimx mal-istudenti jew mal-għalliema dwar il- każ partikolari. L-ILLUM pruvat tagħmel kuntatt mal-Aġent Kap tal- iskola Dorianne Portanier Mifsud, imma minkejja ħafna telefonati u minkejja li konna mitlubin nistennew "sakemm iqabbdukhom," baqa' ma sar ebda kuntatt ma' Portanier Mifsud. L-ILLUM għamlet ukoll kuntatt ma' xi ġenituri ta' vittmi iżda ħadd ma ried jitkellem jew jagħti dettalji dwar il-każ. L-MUT tipposponi azzjoni industrijali fl-iskola li ssejħilha 'ghetto' Intant wara theddida ta' azzjoni industrijali u anke wara li fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda, il- President Kevin Bonello saħaq li din l-iskola saret bħal qisha ghetto, ilbieraħ kien imħabbar li għalissa, l-azzjonijiet se jkunu posposti. Dan seħħ wara laqgħat twal mal-Ministeru tal- Edukazzjoni li wasslu biex jintlaħaq qbil fuq diversi punti, fosthom li ssir strateġija partikolari li tindirizza l-bżonnijiet tat-tfal, li jissaħħaħ it-tim li jmexxi l-iskola, reviżjoni tal-politika dwar id-dixxiplina fl-iskola, iktar għalliema, receptionist b'dmirijiet marbutin ma' monitoraġġ u sigurtà u bidliet mill-qiegħ ta' miżuri korrezzjonali, "li mhuma qed iħallu ebda effett." Mal-ILLUM, Bonello kien qal li, "l-iskola fil-Ħamrun, bħala catchment area qed tiġbor tal-inqas erba' żoni li huma 'depressed areas'.... dan ma jfissirx li t-tfal kollha huma fi stat ħażin, imma b'hekk tkun qed tiġbor u tagħmel ghetto ta' dawn is- sitwazzjonijiet flimkien. Muscat beħsiebu jibqa' fejn hu u jirbaħ l-elezzjoni li jmiss Muscat id-Donald Tusk ta' għada? Il-Liċeo fejn seħħ l-allegat abbuż sesswali fuq ħamest ibniet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017