Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Intervista 13 struttura... wassal għal żieda fil-kirjiet n-numru kbir ta' Maltin li minkejja li jaqilgħu aktar mill-paġa minima, bil-paġa tagħhom ta' madwar €1,000 fix-xahar ma jifilħux jikru appartament li jiswa bejn €600 sa €800 fix-xahar. Dwar dan, Xerri qal li minkejja s-sitwazzjoni iebsa ta' dawn in-nies li issa waqgħu taħt faxxa aktar viċin tal-povertà, ma nistgħux nistennew li dawn in-nies se jinqalgħu minn din is-sitwazzjoni sempliċiment permezz ta' kontroll fuq il-kirjiet. Xerri qal li skont hu, il-problema ta' dawn in-nies hija li filwaqt li l-prezz tal-kirjiet qiegħed jiżdied, il-pagi tagħhom baqgħu fejn kienu, u għaldaqstant l-intervent biex dawn in-nies jinqalgħu mill-faxxa tal- povertà li f 'daqqa waħda waqgħu fiha, irid ikun wieħed ħolistiku permezz ta' żieda fil-pagi biex jirrifletti l-inflazzjoni li esperjenzaw fil-prezz tal-kirjiet. "Dan huwa spjegat ukoll fir-rapport li ħarġet il-Caritas," qal Xerri, "li ġie bbażat biss fuq persuni kunsidrati bħala każi soċjali, u li juri riżultati aktar xokkanti kieku jżid ukoll din il-faxxa ta' nies b'paġi baxxi." Hemm bżonn jinħoloq qafas li jirregola r-relazzjoni bejn sidien u inkwilini "Il-Gvern x'inhu jagħmel biex ikabbar il-provvista ta' social housing?" staqsa Xerri. Huwa qal li l-intervent irid ikun wieħed ħolistiku u strutturat, fejn mhux biss jiġu kontrollati l-kirjiet, iżda billi jinħoloq qafas li fih ir-relazzjoni bejn is-sid u l-inkwilin tkun irregolata fir-rigward tat-tul tal-kirja u l-persentaġġ li din tista' togħla tul perjodu ta' snin. Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tal-prezzijiet li rduppjaw fl- aħħar sena, Xerri saħaq li sfortunatament għal ħafna, dawn il-prezzijiet issa qatt ma jistgħu jonqsu u kwalunkwe kontroll li jinħoloq minn issa se jservi biss biex dawn ma jibqgħux jiżdiedu aktar mingħajr kontroll. Is-suq għadu m'addattax biex jissupplixxi djar żgħar skont id-domanda li hawn għalihom L-ILLUM staqsiet lil Xerri dwar opinjoni li ta l-ġimgħa li għaddiet fuq din l-istess gazzetta, Sandro Chetcuti mill- Assoċjazjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA), li qal li min-naħa tal- iżviluppaturi, ikun jagħmel aktar sens jekk jingħataw permess biex jibnu aktar appartamenti żgħar b'kamra tas-sodda waħda minflok uħud kbar bi tliet kmamar, li jispiċċaw jinkrew bejn xi erba' persuni barranin, filwaqt li Malti waħdu ma jiflaħx jikrihom. Xerri qal li minbarra din l-użanza tal-barranin li jaqsmu appartament ma' nies oħra, stħarriġ li ħareġ il-Bank Ċentrali ta' Malta, żvela li bejn l-2010 u l-2013 kellek djar li dejjem qegħdin jiċkienu, mhux biss minħabba l-kontribut tal- barranin li qed jiġu jaħdmu Malta, iżda anke minħabba bdil fl-istil ta' ħajja tal-Maltin, familji iżgħar u żieda fin-numru ta' nies single u separati. "Però, minkejja dan," sostna Xerri, "is-suq għadu m'addattax biżżejjed biex jissupplixxi n-numru neċessarju ta' postijiet żgħar daqs kemm hawn domanda għalihom." Malta m'għandniex kultura tal-kiri "Aħna f 'Malta m'għandniex kultura tal-kera; mhi l-ħolma ta' ebda Malti li jqatta' ħajtu jikri. Il-Malti jrid ikun proprjetarju ta' daru." Xerri qal dan hekk kif spjega wkoll li sa ftit taż-żmien ilu, minbarra li ħadd ma ried ikun inkwilin, ħadd ma ried ikun sid ta' dar bi skop li tinkera minħabba li kienx hemm profitt għas-sidien. Sa qabel l-2010, kien hawn domanda żgħira għall-proprjetà tal-kiri, u ġara li kif f 'daqqa waħda żdiedet id-domanda, kull min kellu proprjetà battala, beda jaħseb dwar metodi kif jagħmel profitt mill-kiri tagħha. Biż-żmien, din id-domanda se twassal ukoll biex djar kbar, jew jinqasmu jew jitwaqqgħu biex jagħmlu post għal appartamenti żgħar b'kamra tas-sodda waħda. "Żieda fil-kirjiet, fiha effett benefiku wkoll," qal Xerri, hekk kif spjega li minħabba li issa s-sid qiegħed jinvesti fil-proprjetà, qed jitjieb l-ammont ta' postijiet fuq is-suq." Dwar id-djar antiki u vojta li mhumiex fuq is-suq, Xerri jemmen li soluzzjoni importanti, minbarra li jiġi regolarizzat is-suq hija li bħalma sar fil-Ġermanja, jingħataw inċentivi tajbin lis-sidien mill-Gvern u mill-banek biex jiżviluppaw il-proprjetà tagħhom u joħorġuha fuq is-suq tal-kiri. "L-aqwa mod biex jitbaxxew il-prezzijiet huwa li tiżdied il- provvista ta' postijiet disponibbli, allura l-aħjar inċentivi offruti biex jirriġeneraw il-proprjetà, se jġibu biss riżultati pożittivi u titjib fil- prezzijiet," tenna Xerri. Huwa temm jgħid li f 'Malta nistgħu nibdew naraw riżultati pożittivi biss meta jiġu implimentati tliet interventi prinċipali, li huma: • Li jiġi regolarizzat is-suq, li ma jfissirx iffriżar tal-prezzijiet tal- kirjiet, iżda ħolqien ta' linji gwida dwar tul tal-kirja u l-ammont li bih din tista' tiżdied b'mod legali u ġust tul perjodu ta' żmien. • Li jkun hawn sussidju min-naħa tal-Gvern għal dawk li xorta għandhom bżonn l-għajnuna, tkun kif tkun is-sitwazzjoni tal- kirja, għax għal xi raġuni jew oħra xorta mhux sa jlaħħqu mal- ispiża. • U fl-aħħar, li tiżdied il-provvista ta' proprjetà disponibbli fuq is- suq sabiex tibbilanċja l-livelli ta' domanda u disponibbiltà. Ara wkoll opinjoni fuq paġna 19 Is-suq għadu m'addattax biex jissupplixxi djar żgħar skont id- domanda li hawn għalihom Fih ir-relazzjoni bejn is-sid u l-inkwilin tkun irregolata r- rigward tat- tul tal-kirja u l-persentaġġ li din tista' togħla " " " " Kurt Xerri, avukat u riċerkatur fil-qasam tal- 'housing'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017