Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Opinjoni 16 Skont Cacopardo... I s-Summit biex il- Mexxejja tal-Unjoni Ewropea li seħħ nhar il-Ġimgħa, kien wieħed li ta lill-Ewropa pass 'il quddiem konkret fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Fl-istess waqt, l-Unjoni Ewropea baqgħet magħquda ponn wieħed u d-deċiżjoni kienet waħda li saret b'kunsens u bi qbil. Nemmen li dan il-pass 'il quddiem konkret jipprova l-ħila tal-Prim Ministru Joseph Muscat li taħt il- Presidenza tiegħu, ittieħdu deċiżjoni importanti waqt li nżammet l-unità fost il- mexxejja. S'intendi r-realtà fil-Libja hi dik li hi. Li jfisser li rridu naħdmu iktar, mhux inqas, b'iktar impenn u rieda li nagħmlu d-differenza. Trump Immur fejn immur fl- Ewropa u niltaqa' ma' min niltaqa', il-kliem jaqa' dejjem fuq Donald Trump. Ħafna fl-Ewropa qed iqisu li Trump ma jipprovdix is-serħan il-moħħ li kien jipprovdi Obama jew li setgħet provdiet Clinton. Anke d-deċiżjonijiet li qed jieħu: dak tal-ħajt fil-konfini tal-Messiku u li ma jaċċettax nies ġejjin minn għadd ta' pajjiżi Musulmani, huma deċiżjonijiet li l-mexxejja Ewropej jemmnu li jistunaw mal-valuri ewlenin tagħna. Kif naraha jiena, indipendentement minn x'naħseb dwar dawn id- deċiżjonijiet, fl-aħħar mill- aħħar Trump qed iwettaq dak li qal li se jagħmel. Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet Trump kien wiegħed li jagħmilhom u min ivvotalu probabbilment ivvotalu għax ried li dawn isiru. Għalhekk Trump qed iwettaq dak li wiegħed. Jinteressani iktar li naraw x'se jkun l-effett ta' dawn id- deċiżjonijiet. U hawnhekk nemmen li jidħlu fin-nofs żewġ fatturi importanti. Id-drittijiet L-ewwel fattur huwa dak tad-drittijiet u r-rule of law. Kull Gvern demokratiku fid-dinja, inkluż l-Istati Uniti, irid jaħdem fil-kuntest ta' liġi li hi iktar superjuri għalih u li għandha fiċ-ċentru d-drittijiet tal-bniedem u ċerti prinċipji li huma s-sisien tad- demokraziji. Bħalma meta tkun qed issuq, jeżisti l-handbrake li tista' ttella meta wieħed jitlef il-kontroll, hekk ukoll il-Qrati huma handbrake fuq l-eċċessi ta' kull Gvern. Id-deċiżjonijiet ta' Trump u l-wegħdi li għamel se jkunu test importanti għal din is- sistema interessanti ta' checks and balances li hija r-riżultat ta' snin twal ta' żviluppi u esperjenzi ta' stat. Il-populiżmu Argument li forsi jissemma iktar hu dak tal-popoliżmu, ċoè l-fenomenu ta' politiċi li jwiegħdu li jagħmlu affarijiet li l-esperjenza u l-fehma studjata juru li mhumiex tajbin iżda li huma popolari. Ħa nagħmilha ċara mill- ewwel: jien m'għandi rispett ta' xejn lejn politiċi popolisti li semplicement jgħidu dak li n-nies iridu jisimgħu. Is-Salvini u l-Grilli ta' din id-dinja nemmen li huma irresponsabbli. Nammira politiċi li jmexxu u li jgħidu l-affarijiet kif inhuma. Il-Prim Ministru Malti hu eżempju ċar: taf fejn qiegħed miegħu, jgħid dak li hu l-aħjar għall-poplu u jieħu d-deċiżjonijiet. Il-punt però hu li l-politiċi popolisti jirkbu fuq is- sentiment l-iktar bażilari tal- man in the street. M'iniex qed ngħid li Trump hu politiku popolista per eċċellenza, iżda qiegħed ngħaddi żewġ ħsibijiet dwar deċiżjonijiet popolisti li għadu kemm ħa. L-ewwel ħsieb: x'jiġri jekk deċiżjoni popolista in the long run toħloq iktar diffikultajiet milli ġid jew jiġi dikjarat li hi illegali? Kif se jirreaġixxu n-nies li għażlu ċerti politiċi abbażi tad-dwejjaq li kellhom bl-istatus quo? Hemm żewġ possibbilitajiet: jew li wieħed jibda jistaqsi l-prinċipji bażiċi ta' dak li tagħmel l-Istati Uniti l-pajjiż li hu u jiddubita anke dawk. Inkella wieħed jirrealizza li t-triq inqas popolari imma iktar tajba kienet aħjar. Jien m'għandix dubju li se jseħħ it-tieni xenarju. It-tieni ħsieb: sakemm jiġi realizzat it-tieni xenarju li għadni kemm semmejt, x'se jħossu sezzjonijiet sħaħ ta' popli oħra li probabbilment iridu li jseħħ f 'pajjiżhom dak li ddeċieda Trump fl-Istati Uniti? Nista' nitkellem fuq l-Ewropa. Pajjiżi bħall-Italja, l-Olanda u Franza qed jgħixu realtà ta' mexxejja politiċi fi ħdanhom bħalissa fl- Oppożizzjoni li qed jitkellmu bil-lingwaġġ popolista. Din hi ħaġa delikata ħafna. Kif għidt m'għandix dubju li in the long term, dak li nafu li hu sewwa se jirbaħ. Kruċjali però li fl-intermezz naġixxu bil-mod kif nemmnu aħna li hu l-aħjar. Imma rridu naġixxu, naħdmu u nuru li nistgħu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Għalhekk il-Malta Summit u l-abbiltà tal-Prim Ministru Muscat kienet kruċjali din il-ġimgħa. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI "M'għandi rispett ta' xejn lejn politiċi populisti li sempliċment jgħidu dak li n-nies iridu jisimgħu. Is- Salvini u l-Grilli ta' din id-dinja nemmen li huma irresponsabbli" "Il-ħajt fil- konfini tal- Messiku u li ma jaċċettax nies ġejjin minn għadd ta' pajjiżi Musulmani, huma deċiżjonijiet li l-mexxejja Ewropej jemmnu li jistunaw imma min ivvota għal Trump, probabbilment ivvotalu għax ried li dawn isiru" Pass konkret 'il quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017