Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................. 1 Hibernians ................. 2 HIBERNIANS tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta' St Andrews bl- iskor ta' 2-1. Kienu St Andrews li fetħu l-iskor fis-27 minuta meta Enmy Manuel Pena Beltre għadda tajjeb lejn Aidan Jake Friggieri li ħalla l-ballun għal Ivan Edgardo Paz, li permezz ta' xutt b'saħħtu mix-xellug għeleb lil Andrew Hogg. Fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Hibernians ġabu l-iskor indaqs meta freekick ta' Gilmar da Silva Ribeiro li kien ilu biss minuta fil-ground meta ħa post Mamadou Yallow, il-ballun spiċċa f 'saqajn Jurgen Degabriele li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, St Andrews ħarġu iktar aggressivi u fl-54 minuta xutt pjuttost angulat taI- attakkant Sloven, Ziga Kastrevec, stampa mal- mimduda qabel ma d-difiża ta' Hibernians kklerjat il- ballun 'il bogħod minn kull periklu. Żewġ minuti biss wara kien imiss lil Hibernians li jolqtu l-mimduda meta xutt mid-distanza ta' Jackson Lima biex il-logħba kompliet tisbieħ. Il-Pawlisti komplew jattakkaw u fit- 73 minuta daqqa ta' ras ta' mill-viċin ta' Rodolfo Soares ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper żagħżugħ tas-Saints, Jake Galea. Fid- 89 minuta Hibernians resqu viċin li jsibu x-xibka iżda kellu jkun id-difensur tas- Saints, Karlo Kesinovic li mblokka xutt mill-viċin ta' Clayton Failla. Iżda l-goal tar-rebħa għalihom kellu jasal b'mod drammatiku fil-ħin imzjzud, meta wara li rċieva minn cross mil-lemin ta' Gilmar Da Silva Ribeiro, id-difensur Brażiljan Rodolfo Soares mill-viċin mattar rasu qabel ra l-ballun jintemm fix-xibka. St Andrews Galea, Pena Beltre, Che Bong Won, Johnson, Kesinovic, Camilleri (McKay 74'), Udoh (Nwoko 80'), Belacevic, Kastrevec, Paz, Friggieri (Darmanin 90') Hibernians Hogg, Soares, Boljevic, Lima, Tabone Desira (Moore 79'), Failla, Kristensen (Bezzina 71'), Pereira Da Silva, Degabriele, Jallow (Da Silva Ribeiro 45'), Agius Referi Glen Tonna IVAN EDGARDO PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' St Andrews fil-bidu ta' dan l-istaġun. Skorja l-gowl uniku għal St Andrews f 'din il-logħba. Hibernians jegħlbu lil St Andrews bi tbatija Ritratt: Dominic Borg Ritratt - Joe Borg Dwell għall-ballun bejn Enmy Manuel Pena Beltre u Dejan Boljevic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017