Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 | illum Thursday TVM 20:50 'Għawdex għall-Għawdxin' sodi, it-talbiet 'biex tinqeda' se tasal iktar malajr. Il-fatt li f 'Għawdex jeżisti dan il-patrunaġġ joħroġ biċ-ċar ukoll fi stħarriġ ieħor li kien ippubblikat ukoll fuq il-gazzetta oħt tagħna, MaltaToday. Meta mistoqsijin kemm huwa importanti li tkun taf lill-politiku biex issib xogħol f 'Għawdex, 51% ta' dawk bejn it-18 u 34 sena qalu li huwa 'importanti' jew 'importanti ħafna'. 53.5% ta' dawk li għandhom bejn 35 u 54 jaħsbuha l-istess. Naturalment, dan is-sens ta' 'lil min taf, mhux x'taf ' jaqta' qalb bosta li forsi jixtiequ li javvanzaw. Il-patrunaġġ u n-nepotiżmu, bħas- sikrana, jeqred l-inizjattiva u l-ambizzjoni. Xogħol illum, xejn xogħol għada Parti kbira mis-suċċess ekonomiku Għawdxi huwa t-turiżmu, u l-fatt li fl-aħħar sentejn il-qasmiet bejn il-gżejjer baqgħu jiżdiedu. Għawdex esperjenza rekords ta' qasmiet f 'numru ta' long weekends , speċjalment f 'Santa Marija. Dan kollu hu pożittiv għax iżid il-flus fl-idejn, jiġġenera aktar negozju u l-lukandiera/sidien ta' proprjetà jaraw profitti akbar. Imma min-natura tiegħu, it-turiżmu huwa staġjonali u terġa' u tgħid f 'Għawdex, li jiddependi l-aktar mit-turist Malti, huwa aktar staġjonali minn Malta. Dan ifisser li l-impjiegi li għad fadal f 'dan il-qasam u li għadhom ma ttieħdux minn persuni barranin, huma staġjonali ħafna u jiddependu minn bosta fatturi. Dan apparti l-fatt li bħal f 'Malta, dan is-settur speċjalment fejn jirrigwarda impjiegi bħall-waiters, ma tantx iħallas. Huwa għalhekk li l-istaġjonalità u l-volatilità flimkien mal-pagi ġeneralment baxxi f 'dan, inaqqsu mis-sens ta' sigurtà fl-impjieg. Jista' jkun li sezzjoni ta' dawk li semmew ix-xogħol bħala problema kienu qed jirreferu għall-fatt li l-impjieg tagħhom fil-qasam tal-ospitalità qed jagħtihom sodisfazzjon għal ftit xhur imma qed jonqos milli jagħti s-sigurtà ta' dħul kontinwu u xieraq. Immigrazzjoni u traffiku...mhux problema Żewġ fatturi interessanti huwa li l-Għawdxin ma tantx urew li kienu inkwetati wisq fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u lanqas fuq it-traffiku, żewġ kwistjonijiet li f 'Malta jitilgħu fil-quċċata tal-aktar affarijiet li jdejqu lin-nies. Għax naturalment li gżira ma jkollhiex ħafna prospetti ta' impjiegi, għalkemm negattiva minnha nnifisha, tista' tkun pożittiva wkoll. Inqas nies sejrin għax-xogħol u inqas tfal sejrin l-iskola ifisser inqas traffiku. Inqas impjiegi u inqas prospetti ifisser li inqas immigranti lesti jaqsmu l-fliegu. L-immigrazzjoni ssemmiet biss minn 2.6% u t-traffiku minn 1.3% ta' dawk li pparteċipaw. Ironikament imma kważi 18% tal-Għawdxin, skont dan l-istħarriġ, iħossu li n-nuqqas ta' mina jew pont hija problema. Ta' min ifakkar li pont jew mina, jekk qatt isiru, jagħmlu minn Għawdex estenjoni ta' Malta. Jiġifieri waħda mill-konsegwenzi ta' mina jew pont jista' ikun iktar traffiku u aktar immigranti. Il-pont, jekk isir, mhux se jsir għall-Għawdxin biss, se jsir għal kulħadd u għalhekk kulħadd jista' jitla' u jinżel minn u lejn Għawdex. ...u ż-żgħażagħ fejn se joħorġu? Ħafna donnhom jinsew li meta tattira x-xogħol, qed tattira lin-nies u meta tattira lin-nies, jeħtieġ tattira wkoll dak it-tip ta' negozju u stil ta' ħajja li jkunu qed ifittxu dawk in-nies. Jiġifieri tajjeb li jkollok, biex nagħtu eżempji, operat tal-igaming. Biżżejjed insemmu żewġ fatturi. L-ewwel u qabel kollox, l-età medja tal-ħaddiema f 'dan is-settur hija ġeneralment baxxa, jiġifieri qed nitkellmu dwar età ta' bejn 25 u 35 sena. It-tieni, il-paga għolja li dawn ikunu qed jirċievu fl-aħħar tax-xahar. Issa hija ovvja li l-popolazzjoni ta' persuni f 'din l-età bl-introjtu li għandhom se jfittxu postijiet fejn jiddevertu: klabbs, diskoteki u anke bars li joperaw kuljum, imma speċjalment fil-weekend. Ix-xena tad-divertiment Għawdxija, anke jekk tkun tajba f 'xi waqtiet, ma tħabbathiex ma' Paceville u l-madwar. Min jimpjega nies f 'dan is-settur jaf li f 'Għawdex, il-maġġoranza tal- ħaddiema mhux se jsibu l-iżvog li jkunu qed ifittxu, biex jonfqu minn dak li jkunu qed jaqilgħu. Dan mhux deterrent li ma jistax ikun megħlub, imma deterrent bla bżonn. It-turiżmu f 'Għawdex iġib ix-xogħol, imma xogħol għal ftit żmien u li ma tantx iħallas