Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Minn Brussell 10 IXXAHAR ta' Jannar, barra li hu l-ewwel xahar tas- sena did-darba kien ukoll l-ewwel xahar tal-presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew. Kien xahar li fil-Parlament Ewropew telgħu l-ministri u segretarji Parlamentari Maltin jippreżentaw il- prijoritajiet tagħhom quddiem it-22 kumitat li hemm fil-Parlament. Wieħed jistħajjilhom speċi ta' proponimenti tas-sena l-ġdida bid-differenza li dawn suppost iwasslu sa nofs sena. Il-prijoritajiet ġew milqugħa tajjeb mill- Parlament Ewropew u l-ministri jidhru li kienu preparati sew biex iwasslu dawn il-prijoritajiet jew kif qed insejħilhom jien, proponimenti. Iżda wara li d-deputat mexxej jew it-tieni l-aktar anzjan fil-kabinett, Louis Grech u l-iżgħar wieħed, Ian Borg niżżlu s-siparju meta flimkien għaqqdu l-prijoritajiet kollha flimkien u ppreżentawhom fl-aħħar kumitat, Malta trid tgħaddi għall-fatti. Wara l-aħħar laqgħat tagħhom, tkellimna magħhom dwar din l-esperjenza tal-ewwel xahar tal-presidenza, x'rispons kellhom mill-Parlament u fejn jemmnu li Malta f 'din il-presidenza tista' tagħmel id-differenza. 'Min xtaq li jesporta l-politika Maltija fl- Ewropa ma rnexxilux' – Ian Borg Staqsejna lill-iżgħar membru fil-Kabinett Malti dwar l-Oppożizzjoni Maltija biex jgħidilna eżatt jekk hux qed tiġi involuta f 'din il- Presidenza u jekk hux qed jistenna li din timxi aktar id f 'id mal-gvern f 'avveniment hekk kbir li fl-aħħar mill- aħħar kienet hi li ġġieldet biex il-pajjiż jidħol membru sħiħ fl-Ewropa. "Ilna tliet snin naħdmu fuq il-presidenza bħala gvern, u nista' ngħid li fil-magħluq mingħajr ħafna daqq ta' trombi kellna laqgħat mal-Opożizzjoni. Għandek uħud li ġenwinament jixtiequ li l-presidenza tkun suċċess għal Malta kollha, u oħrajn bl- għemil tagħhom jixħtu dubju fuq kemm jixtiequ jaraw li l-gvern Laburista fit-tmun tal-Presidenza, jikseb riżultati. Jien nibqa' ottimist. "Fil-preżentazzjonijiet tagħna fil-Parlament Ewropew, intlagħbet il- logħba politika minn dawk li riedu jilagħbuha, u naħseb li l-Parlament Ewropew baqa' lura milli jingaġġa ruħu mal-politika partiġġjana u domestika f 'dawn il-kumitati. U dan kien ta' diżappunt għal min xtaq li jesporta l-politika Maltija fil-Parlament Ewropew għax ma rnexxilux. Issa nittama li issa baqgħalna ħames xhur fil-presidenza biex naħdmu id f 'id. Għandna nkunu kburin li għandna din l-opportunità." "Il-fatt li tidħol fl-Unjoni Ewropea, int se jkollok tieħu l-Presidenza Ewropea għal sitt xhur. Aħna kien imissna issa wara 13-il sena. Il-partit Nazzjonalista ħadem qatigħ biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Ironikament, jien ma stajtx nivvota la favur u lanqas kontra għax dak iż-żmien ma kellix l-età tal-vot għad, u naħseb li ħadd ma jista' jneħħi l-mertu lill-Partit Nazzjonalista u lis-soċjetà ċivili tax-xogħol li ħadmu dakinhar meta dħalna fl-Unjoni Ewropea. Iżda ovvjament ma jfissirx għax int m'għadekx fit-tmun għax hekk iddeċieda l-poplu, ma tagħtix sehmek sabiex il-presidenza tkun suċċess. Rajna f 'okkażżjonijiet oħra fejn il-kap tal-Oppożizzjoni jikkritika lill-Kummissjoni Ewropea għax m'għamlitx waħda kif riedha hu. Kieku kellu mertu legali fis-sustanza, kien ikollu dritt, iżda mhux tissupervja għax id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinitx kif xtaqt int. Fl-aħħar mill-aħħar, il-Partit Popolari Ewropew (PPE) illum imexxi t-tliet istituzzjonijiet Ewropej. U d-deċiżjonijiet li jittieħdu purament abbażi tal-mertu u ma joqogħdux jaraw f 'Malta min qed jgħid xiex. Issa li timmina dan biex tipprova takkwista xi punt partiġġjan, jistgħu jibdew itappnu attività bħal din fl-Unjoni Ewropea." Dwar dak li ġara fl-ewwel fażi, jiġifieri fil-preżentazzjoni tal-prijoritajiet, Borg qal, "issa lestejna l-ewwel fażi tal-presidenza li fihom ħareġ biċ-ċar li l-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea hi aktar interessata kif il- Gvern Malti fil-presidenza tal-kunsill, se jaħdem biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod dirett bil-ħidma tagħna l-politiċi milli nhedew u nesportaw il-politika tat- tilwim li għandna fuq livell domestiku. Hemmhekk kellu diżappunt min ipprova jfixkel il-ħidma tal-presidenza Maltija. Allura issa nħarsu 'l quddiem għal dawn ix-xhur li ġejjin, ningħaqdu bħala poplu u bħala rappreżentanti politiċi biex nagħmlu ċert li mill-ewwel opportunità, Malta tħalli t-timbru pożittiv tagħha fuq livell Ewropew għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej kollha." Din kienet l-analiżi fil-qasir tal-iżgħar membru tal-Kabinett Malti li wkoll għandu f 'idejh l-organizazzjoni tal-presidenza Ewropea. Kompla jgħid ukoll li kien sodisfatt ħafna bil-livell li wera bħala gvern, u kellu rispons tajjeb għax il- ministri kienu kompetenti fis-suġġetti tagħhom. "Il- preżentazzjonijiet huma importanti iżda naqbel li issa rridu mmorru għall-fatti. Irridu naħdmu ħalli meta tispiċċa l-presidenza, ikollna numru ta' oġġettivi li jkunu ntlaħqu u nkunu nistgħu nirrikonoxxu r-riżultati." Wara li qalilna li diġà lħaqna għan wieħed, li sa Ġunju se jispiċċaw l-ispejjeż tar- 'roaming' li ilha tiġi diskussa snin twal, Ian Borg qal ukoll li problema oħra li trid tiffaċċja l-Presidenza dwar il-Brexit hi x'se jiġri mit-73 siġġu parlamentari li bħalissa huma mimlija minn parlamentari Ingliżi. Aħna se nkomplu niddiskutu dwar din il-kwistjoni, iżda għad irridu nistennew notifika mir-Renju Unit biex jibdew in-negozjati, u wieħed irid jara jekk ir- Renju Unit ikunx għadu membru sal-elezzjonijiet tal-2019 biex imbagħad issir id- deċiżjoni ta' x'se jsir minnhom u kif se jitqassmu dawn is-siġġijiet." 'Lesti naqblu ma' armata Ewropea iżda qatt ma nistgħu nkunu parti minnha'– Louis Grech Waqt il- preżentazzjoni tal- prijoritajiet, Gyorgy Schopflin membru Ungeriż tal-PPE staqsa lill-Ministru Grech jekk Malta hux se tmexxi l-idea li l-Ewropa jkollha armata tagħha mibnija b'suldati minn kull stat. Din il-mistoqsija, Grech ma weġibx għaliha meta kien fis- sedja iżda fil-kummenti mal-ILLUM, tlabnieh jagħtina risposta għaliha. Louis Grech bħal dejjem simpatiku u miftuħ beraħ biex iwieġeb mingħajr wisq aġenda moħbija qalilna hekk, "Hemm membri li jistaqsu jew jagħmlu pressjoni Data: 5 ta' Frar 2017 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ MINN QABEL Miżura 6.1 – Għajnuna biex bdiewa żgħażagħ jistabbilixxu negozju Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Presidenza tal-UE tal-2017 u l-Fondi tal-UE, jixtieq javża li ser tiġi mnehdija sejħa għall-applikazzjonijiet għal għotjiet kif stipulat taħt il-Miżura 6.1 'Għajnuna biex bdiewa żgħażagh jistabbilixxu negozju' taħt il- Programm tal- iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020 għal Malta. Sotto-miżura 6.1 tipprovdi għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ sabiex jidħlu fis-settur agrikolu kif ukoll jinvolvu ruħhom b'impenn u b'mod innovattiv u effiċjenti lejn is-settur agrikolu. Il-Miżura toffri wkoll għajnuna fit-twaqqif (bħala kap ta' azjenda) lill-bdiewa żgħażagħ. Il-Miżura 6.1 tapplika biss għal bdiewa żgħażagħ li ma jkunux għalqu l-wiehed u erbgħin sena (41) fid-data tal- applikazzjoni kif ukoll għal bdiewa li preżentament m'humiex kapijiet t'azjendi agrikoli. Madankollu, l-iskop tal-miżura jeskludi bdiewa żgħażagħ milli jidħlu għal azjendi kbar. It-tnehdija għas-sejħiet flimkien mad-dettalji kollha, ser tinagħta fil-5 t'April u ser tkun disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt. Il-formola ta' Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) ser ikunu disponibbli permezz tal-istess sit elettroniku. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qed tagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni dwar din is-sotto miżura nhar it- Tlieta, 21 ta' Frar fl-4 ta' wara nofsinhar fir-Razzett Esperimentali tax-Xewkija Għawdex u l-Erbgħa , 22 ta' Frar , fl-4 ta' wara nofsinhar fil-Pitkalija , Ta' Qali. Iktar informazzjoni tista' tiġi miksuba mill-website www.eufunds.gov.mt , permezz tal-email fuq rdd.meaim@gov.mt u telefon 2200 1108. L-informazzjoni hija wkoll disponibbli mill-Front Office ta' Malta u Għawdex kif indikat hawn taħt : Malta, mill-Front Office tal-Aġenzija għall-pagamenti Agrikoli u Rurali u mill-Pitkalija, Ta' Qali. limiti ta' H'Attard bejn is-7.30 am u 15.30pm. Għawdex: mir- Razzett Esperimentali tax-Xewkija bejn is-7.30am u 15.30 pm. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Id-deputat mexxej u l-iżgħar fi l-Kabinett iniżżlu s-siparju fuq il-preżentazzjoni tal-prijoritajiet Issa mill-paroli rridu ngħaddu għall-fatti John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt 'Għall-mistoqsija dwar jekk ir-refuġjati għandhomx ikunu 'screened' qabel jidħlu fl-Ewropa, weġibt li l-uniku għażla tagħna hi nsalvawhomx jew le'