Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum L-Urugan Cardona Galizia Cardona ssekwestralha €46,000...u minn hemm, qam pandemonju sħiħ...min għandu raġun u min għandu tort? Min hu theddida u min hu l-vittma? CHRIS Cardona u Daphne Caruana Galizia. Tnejn min- nies kontroversjali u li ftit tista' ċċaqlaqhom mill-pożizzjoni politika li fiha jinsabu. Qishom iż-żewġ poli f 'estremitajiet assoluti. Żewġ gladjaturi fil- Kolossew, in for the kill, kif jgħidu bl-Ingliż. Kien mistenni li d-dikjarazzjoni uffiċjali ta' gwerra bejn dawn iż-żewġ persuni tqajjem furur kbir u battibekki qawwijin ukoll. Fil-fatt, il-famuż sekwestru li Cardona talab u li kien milqugħ mill-Qorti qajjem diskussjoni madwar il-pajjiż, daqs, jekk mhux iktar mill- famuża 'pastizzi- gate' fil-bidu tal-ġimgħa. Intant tajjeb li qabel ma naraw x'qalu lill-ILLUM diversi persuni dwar din il- kwistjoni (ara paġna 6 u 7) din il-gazzetta tixtieq tfakkar li parti kbira mill-frizzjoni li qamet kienet kawża tal-fatt li hawnhekk għandek żewġ personaġġi li minnhom infushom jattiraw l-istess ammont ta' stmerrija daqs kemm jattiraw ammirazzjoni. Fuq naħa għandek lil Chris Cardona, politiku li jinżel għasel ma' ħafna mill-għeruq tal-Partit Laburista għax kuntrarjament għal ħafna fl- istess partit, lill-avversarju jisfidah. Għandu immaġini ta' politiku 'macho' li ma jibżax u li huwa 'difensur tal-Laburist mgħakkes u minsi mill- partit tiegħu stess'. Huwa l-politiku tal-'mannara', il-politiku tal-'ġustizzja fil-PBS' b'Xarabank suppost fil-mira, il-politiku tat-triq. Cardona jista' jkun qed jeħodlok te għand tat-titotla filgħodu u jkun qed iċekċek it-tazzi mal-borgeżija ta' negozjanti filgħaxija. Għal-Laburisti akkaniti, huwa xi forma ta' eroj li qed jiġġieled 'għadu' u għalhekk kull mannara hija ġustifikata. Għan- Nazzjonalisti akkaniti, huwa r-riinkarnazzjoni ta' Lorry Sant u dak kollu li jirrapreżenta l-agħar tal-agħar tal-Gvernijiet ta' Mintoff, Karmenu u l-'artistokrazija tal- ħaddiema'. Cardona huwa theddida għan-normalità, baxx u bniedem immorali. Min-naħa l-oħra, għandek lil Daphne Caruana Galizia. Għal ħafna Nazzjonalisti Daphne hija l-media tal-Partit ippersonifikat, hija l-mezz tax-xandir li jsegwu, hija l-'aqwa u l-aktar ġurnalista effettiva'. U bħal fil-każ ta' Cardona għal-Laburisti, hawn ukoll, kull mannara hija ġustifikata. Jekk fil-proċess hemm bżonn nivvintaw u nikkalunjaw xi ftit, ma jimpurtax. Caruana Galizia hija meqjusa bħala l-moħħ wara l-ħruġ tal-istorja li kixfet l-iskandlu tal-Panama, qabel ma fil-fatt kienu żvelati l-Panama Papers. Dan taha kredenzjali qawwijin fost bosta, u rrestawra ħafna mill-immaġini tagħha. Illum, Caruana Galizia hija, tajjeb jew ħażin, ħafna iktar b'saħħitha fil-PN milli l-Kap tal-istess partit qatt jista' jkun. Għal-Laburisti akkaniti u moderati u għal numru ristrett ta' Nazzjonalisti, din il-mara hija l-infern u x-xitan riinkarnat. Hija mibgħuda b'passjoni fost ħafna Laburisti u meqjusa bħala persuna bla qalb, il-famuża 'saħħara'. Għal bosta, mhux Laburisti biss, is-sekwestru huwa parti minn 'ġustizzja mistħoqqa' wara lista ta' attakki fuq mard, dehra, tfal u aktar ta' attivisti Laburisti u kritiċi tal-PN. Tant tqajjem kontroversja u emozzjoni fl-estrem pożittiv u negattiv, bħal Cardona, li fil-fatt anke battibekki dwar jekk hux ġurnalista jew le, għaddejjin fl-isfera politika f 'pajjiżna. Jiġifieri, minkejja li huma differenti fl-assolut li jgħixu fih, Cardona u Caruana Galizia huma simili fl-intensità ta' emozzjoni li jqajmu fost l-udjenza li qed tarahom. L-ILLUM tkellmet ma' diversi nies mill-media u mill-qasam tax- xandir, jew li jaħdmu qrib tiegħu, għaqqdet iż-żewġ reazzjonijiet li kellha din l-istorja u staqsiet lill-persuni għal ħsibijiethom. Is-sekwetsru f 'dan il-każ kien ġustifikat, jew le? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Ara paġni 6-7