Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 6 Offerti ghall-Esportazzjoni tat-tonn ghas-sena 2017 Esportaturi interessati ghall-esportazzjoni tat- tonn maqbud bis-sunnara ghas- sena 2017, jistghu jigbru formoli tat-tender mill-ufficini msemmija hawn taht. Is- sejha ghall- Offerti taghlaq il-Gimgha 17 ta' Frar 2017 fil-11am Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd "Dar is- Sajjieda" Xatt is- Sajjieda M'Xlokk. Tel 21659391 Ghaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd "Id- Dwana" Xatt is- Sajjieda, M'Xlokk Tel 21653826 Is-sekwestru ħażin. Imma 'Niddistingwu bejn ġurnaliżmu u min ifajjar bl-addoċċ' L-eks editur tal-gazzetta ILLUM Julia Farrugia ammettiet li mill-esperjenza tagħha stess, sekwestru "bħala stat ta' fatt mhux xi ħaġa pjaċevoli, naf għax għaddejt minnha jien ukoll." Mistoqsija allura jekk dan ifissirx li taqbel mal-argument li qed tagħmel Caruana Galizia kontra s-sekwestru fuq nies fil-midja, Farrugia dlonk tirrispondi li wieħed jeħtieġ jagħmel differenza bejn, "ġurnaliżmu u min ifajjar bl-addoċċ." Hija sostniet li meta kienet editur ta' din l-istess gazzetta, kien waslilha filmat ta' dak li kien iċ-Chairman tal- PBS Joe Mizzi, "u jien ma ħriġtux mill-ewwel. Anzi ċempiltlu u spjegajtlu biċċa, biċċa x'kien qed jiġri fil-filmat partikolari u miegħi ammetta li kien xorob. Meta ppubblikajt din l-istorja, rrappurtajt kollox kelma, b'kelma dak li kien qalli. Jiġifieri jien," tkompli tispjega Farrugia "tajtu kull ċans li jitkellem." Hija fakkret kif dwar dak il-każ, ġiet iċċensurata mill-Kummissjoni tal-Etika fix-xandir. "Min-naħa l-oħra f 'dan il-każ, ta' Chris Cardona, mhux biss għad m'hemm ebda prova, talli Caruana Galizia, sa fejn naf jien, ma talbitx kumment mingħandu, biex tieħu l-verżjoni tiegħu tal-istorja." Filwaqt li tgħid li għamlet sentejn sħaħ tkun attakkata minn Caruana Galizia, tisħaq li "jekk hemm bżonn li niddiskutu l-bidliet fil-liġi biex il-ġurnalist ikun protett, mela ejja niddiskutu. Imma la kif inhi l-liġi tippermetti li jsir sekwestru, mela allura Cardona kellu kull dritt li jużah." 'Kif se tikkwantifika l-ħsara li saret lil ħafna nies?' L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Jean Claude Micallef, xandar u preżentatur fuq l-istazzjon tal-PN u għal żmien membru fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Huwa saħaq li "għandek ċerta element ta' ħdura. Ladarba ma jmissx lilek, mhux problema tibqa' għaddej, meta tmiss lilek imbagħad tieqaf." Micallef jgħid li hu jiddefendi d-dritt tal-espressjoni, "imma mhux min jabbuża mill-istess libertà. Mhux min jabbuża minn dik il-libertà għad-detriment tiegħu, ta' dawk ta' madwaru u għad-detriment tal-ġurnalisti kollha," sostna Micallef. "Kif se tikkwantifika l-ħsara li saret fuq ir-reputazzjoni tan-nies?" kompla jistaqsi ma' din il- gazzetta. Għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta dwar jekk f 'dan il-każ qed jiġi attakkat il-messaġġier mhux il-messaġġ, Micallef sostna li huwa importanti li min qed jikteb jissostanzja dak li qed jikteb. "Inkella jekk dak li tikteb, tiktbu bi preġudizzju, bilfors li jintefa' dawl fuq il-messaġġier. Jien nemmen li f 'dan il-każ, Cardona kellu kull dritt jieħu l-azzjoni li ħa." 'Cardona għamel li għamel b'sens ta' vendikazzjoni' Ma' din il-gazzetta, tkellem ukoll il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' Net TV, Fabian Demicoli, li sostna li l-forzi maġġuri wara l-azzjoni ta' Cardona kienu tnejn. "Is-sekwestru sar biex inissel sens ta' biża' u vendikazzjoni." Mal-ILLUM, Demicoli jfakkar li fl-istqarrija ta' Cardona stess ta' nhar l-Erbgħa filgħaxija, il-Ministru qal li kien qed jieħu l-azzjoni tas-sekwestru fil-konfront ta' Caruana Galizia, imma mhux fil-konfront tiegħu bħala Kap ta' Kamra tal-Aħbarijiet li segwiet l-istorja tal-allegata preżenza ta' Cardona f 'burdell il-Ġermanja. "Kontrina Cardona qal li mhux se jagħmel sekwestru, għalkemm aħna investigajna l-istorja in kwistjoni wkoll, imma kontra Caruana Galizia iva, għax skontu dik mhux ġurnalista. Allura," staqsa Demicoli, "min se jagħżel min huwa l-ġurnalist? Min se jagħżel kontra min jista' jsir sekwestru u kontra min, le? Ma naqbel xejn li ssir din id-differenza. Caruana Galizia hija ġurnalista." Dwar il-kritika kontinwa li ssir fil-konfront ta' Caruana Galizia dwar attakki fuq persuni privati u kwistjonijiet privati, Demicoli jgħid li "dejjem nippuntaw subgħajna lejn Caruana Galizia, però naħseb li huwa importanti li nħarsu lejna nfusna u nistaqsu wkoll jekk aħna fis-servizzi u l-istejjer tagħna ġiliex weġġajna nies." 'Meta tipprova toqtol ġurnalist bil-ġuħ tagħmel ħsara lid- demokrazija' Din il-gazzetta għamlet kuntatt ukoll ma' Frank Psaila, preżentatur tal-programm Iswed fuq l-Abjad fuq l-istazzjon tal-PN. Huwa jisħaq li l-kwistjoni kollha tmur lil hinn mill-allegata żjara ta' Cardona f 'burdell. "Jekk ħaddieħor jagħżel it-triq tal-Ministru, il-media f 'pajjiżna se tkun taħt theddida kbira u serja. Meta ġurnalist," kompla jgħid Psaila b'referenza għas- sekwestru, "tipprova toqtlu bil-ġuħ tkun qed tagħmel ħsara kbira li-demokrazija." Psaila kompla jgħid li kull sekwestru li sar kien ħażin, f 'kull okkażjoni u semma l-kwistjoni ta' sekwestri li saru fil-konfront tal-Maltatoday u The Times. "Bir-raġun jilmentaw li dakinhar ftit kien hemm qabeż għalihom." Filwaqt li qal li hija ħasra li l-affarijiet kienu l-istess taħt gvernijiet Nazzjonalisti laqa' l-wegħda ta' Simon Busuttil biex jitneħħa s-sekwestru fuq ġurnalisti u appella biex il-PM Muscat jieħu l-inizjattiva u jidħol f 'diskussjonijiet ma' Busuttil, "u jimplimentaw dawn il- bidliet mingħajr dewmien." Huwa temm jgħid lil din il-gazzetta li "fl-aħħar il-pinna tirbaħ fuq ir-rikatt."