Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum mediċinali jew illegali... li prodotti derivati mill-pjanta tal-kannabis li jkollhom valuri baxxi tal-element imsejjaħ Tetrahydrocannabinol(THC) u valur għoli ta' Cannabidoil, li jiġu mpejpa, vaporizzati jew meħudin bħala żejt derivat mill-pjanta wara ordni ta' tabib, ma jgħoddx bħala ksur tal-liġi. Il-liġi tipproteġi wkoll lil min jagħmel użu mediku tal-kannabis biex jikseb il-prodott minn kultivazzjoni privati approvati jew permezz ta' sistemi oħrajn approvati mill-istat. Id-dibattitu fost il-komunità medika dwar jekk il-kannabis għandhiex titqies bħala mediċina dejjem idur mal-fatt li meta mpejpa, il-kannabis tagħti wkoll sustanzi ħżiena, fosthom uħud li jeffetwaw lill-persuna psikoloġikament, minbarra l-effetti ħżiena fuq il- pulmun ikkawżati mit-tipjip tagħha. Dawk favur l-użu tal-kannabis jiddibattu lura u qegħdin joffru provi xjentifiċi li l-kannabis toffri użu terapewtiku ta' serħan mill- uġigħ, speċjalment ikkawżat minn mard bħal tipi differenti ta' kanċer, glaucoma, sklerosi multipla, u l-parkinsons, fost oħrajn, kif ukoll il-prevenzjoni ta' ċerti tipi ta' kanċer, ikkonsmata fi kwalinkwe forma tagħha. Bl-użu tal-kannabis naqsu l-preskrizzjonijiet ta' ħafna mediċini u 'painkillers' Fi studju li sar mir- riċerkaturi Ashley Bradford u missierha W. David Bradford, mill-Università ta' Georgia, ġie żvelat li fl-istati fejn l-użu tal- kannabis mediċinali huwa legali, il-konsum, l-abbuż u l-'overdose' ta' pilloli u 'painkillers' huwa ħafna inqas minn f 'dawk l-istati li għadhom jipprojbixxuha. Dan, skont ir-rapport, huwa għaliex ħafna nies li m'għandomx il-biża' ta' prosekuzzjoni legali, jagħżlu li jieħdu kannabis mediċinali flok pilloli farmaċewtiċi għat- trattament ta' serħan mill- uġigħ. Minn stħarriġ li jagħmel parti mir-riċerka tal-Bradfords, f 'dawn l-istess stati ma kienx hemm mewt jew overdose waħda relatata mal-użu tal-kannabis, meta mqabbla ma' numru kbir assoċjati mal-pilloli tul is-snin. L-istudju wera li fl-2013 biss, fl-istati fejn hija legali l-kannabis kien hemm tnaqqis ta' 265 dożi ta' antidepressanti, 486 inqas dożi ta' mediċini kontra attakki ta' puplesija, 541 dożi inqas ta' mediċina kontra n-naużea u 562 doża inqas ta' mediċina kontra l-ansjetà, u l-aktar ċifra li spikkat kienet in-nuqqas ta' 1,826 preskrizzjoni ta' 'painkillers'. Ir-riċerkatriċi Ashley Bradford kitbet li, "Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu li ħafna nies qed jużaw b'suċċess il-kannabis bħala mediċina u mhux b'mod rikreattiv". 'L-industrija farmaċewtika tagħmel minn kollox biex il- kannabis tibqa' illegali' Ir-rapport ta' Ashley u W. David Bradford isostni li dan it-tnaqqis fil-preskrizzjonijiet, speċjalment ta' painkillers, iwassal biex numru ta' kumpanji farmaċewtiċi li qed jaraw il-profitti tagħhom jonqsu minħabba l-użu tal-kannabis, u jużaw is- saħħa politika li għandhom biex isaħħu l-projbizzjoni tal-kannabis, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed joħorġu provi li qed tkun aktar benefiċjali u b'inqas effetti kollaterali minn ħafna mediċini kummerċjalment legali. Ir-rapport jikkonkludi bit- teorija li l-kumpaniji farmaċewtiċi qegħdin jaħdmu bis-saħħa sabiex jimmanipulaw il-liġijiet f 'ħafna pajjiżi biex jillegalizzaw biss prodotti derivati mill-kannabis jew kannabis sintetika mmanifatturata minnhom biss, u għaldaqstant ineħħu t-theddida li l-pjanta fl-istat naturali tagħha tista' tħalli fuq il-profitti tagħhom. Dan għaliex din, meta kkumparat mal-prezzijiet għoljin li l-mediċina legalizzata se tkun tiswa'. U d-dibattitu jaf ikun wieħed minn dawk fost l-oħrajn li qatt ma jintlaħaq kompromess dwarhom, għax filwaqt li kif qal Godfrey Farrugia stess, "li l-użu mediċinali tal-kannabis għandu jiġu kkunsidrat għal ħajja aktar komda u dinjituża tal-pazjent", dejjem se jkun hemm iż żewġ estremi li minħabba fihom qatt ma jintlaħaq kompromess siewi... fejn fuq kull naħa hemm liberali estremi li jemmnu li l-kannabis hija kura naturali u rħisa għal ħafna kundizzjonijiet u fuq in-naħa l-oħra hemm l-industriji farmaċewtiċi li akkost ta' kollox mhux se jaċċettaw li l-profitti tagħhom jonqsu minħabba "naqra ħaxixa". Kannabis sintetika, anke f 'forma ta' pilloli tista' tkun disponibbli dalwaqt anke f 'Malta Se tiġi introdotta sistema ta' użu ta' mediċina derivata mill-kannabis Fejn l-użu tal-kannabis mediċinali huwa legali, il-konsum, l-abbuż u l-'overdose' ta' pilloli u 'painkillers' huwa ħafna inqas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017