Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Intervista 13 il-liġi li l-ebda gvern ma bidel' fl-elezzjoni tal-1996, in- Nazzjonalisti dejjem kienu jqisu lil-Laburisti ħamalli u injoranti. Li tan-Nofsinhar huma ħamalli tingħad. Il-problema dejjem kienet ta' aħna u huma u dan fi gżira daqs naqra. F'popolazzjoni ta' 400,000 persuna kif tista' tara d-differenza bejn in-naħa t'isfel u ta' fuq. Iżda l-mentalità ta' huma u aħna ilha ħafna fost ċertu nies u sfortunatament naraha l-aktar fil- partit nazzjonalista. Għax bil-paroli faċli tgħid li int qrib tiegħi iżda jekk trid turi kemm int qrib tiegħi trid turiha bil-fatti. Għalkemm il- Partit Nazzjonalista jipprova jagħti l-impressjoni li hu qrib in-nies u li ma teżistix din id-distinzjoni, l-idea t'aħna u huma għadha hemmhekk. Biżżejjed tidħol fil-facebook u tara ċertu kliem li jingħad u minn min. Mhux l-ewwel darba li ġejna mgħajrin injoranti jew stupidi. " Miriam Dalli qalet li hi ma tħarisx lejn in-nazzjonalisti b'xi mod differenti "Jien inħares lejn kulħadd l-istess għax għalija l-ewwel u qabel kollox aħna nies umani, aħna Maltin, poplu żgħir u jekk mhux se nkunu kapaċi niġbdu ħabel wieħed u jekk qegħdin fuq dgħajsa u ma nimxux fl-istess direzzjoni għandna problema serja. Fl-istess waqt ma rridx nagħti l-impressjoni li n-Nazzjonalisti huma kollha l-istess, għax għandi ħbieb Nazzjonalisti li ma jarawx lil-Laburisti bħala ħamalli. Iżda nemmen li jeżistu ċertu gruppi predominanti fil-Partit Nazzjonalista li jħossuhom aktar superjuri mil-laburisti li għalihom hu ġens inferjuri u riċentament dan il-grupp qed jgħolli rasu sew fil-PN." Il-poplu Malti donnu li qed jitbiegħed mill-politika fejn it-tnejn li huma jgħajru lil xulxin bil- korruzzjoni u dan qed jgħin biex il- poplu qed iħares lejn il-politiċi kollha bħala korrotti, "Idejjaqni dan il-fatt għax qed jagħti mpressjoni li kulmin hu Involut fil-politika hu korrott. Il- politika m'għandhiex tkun ta' ġlieda ta' min hu l-aktar maħmuġ, suppost għandha tkun trasparenti u nimxu b'subgħajna dritt. Miriam Dalli qalet li hi tixtieq tara sistema matul il-pajjiż kollu ta' governanza aħjar, aktar trasparenza aktar kontabilita. "U din mhux biss għal klassi politika biss, iżda għandha tidħol parti mill-kultura tagħna." Mitluba tikkumenta jekk il-gvern ta' Muscat għandux ikollu governanza aħjar Dalli wieġbet mingħajr tlaqliq, "il-pajjiż kollu għandu bżonn governanza aħjar u hemm bżonn mentalità ta' kontabilità." Mitluba tikkumenta jekk tasalx biex tagħmel l-istess bħal membri parlamentari Ewropej Nazzjonalisti kieku l-partit tagħha jkun fl- oppożizzjoni, jiġifieri li tikkritika lil Malta fil-fora internazzjonali, Dalli qalet li l-laburisti qatt m'għamluha fl-Unjoni Ewropea, "il-predeċessuri tiegħi anke meta kien hemm bżonn għajnuna għal membri nazzjonalisti f 'xi istituzzjonijiet Ewropej dejjem għennihom. Din id-darba dan mhux qed isir u din iddejjaqni ħafna." Dalli temmet din l-intervista billi qalet li tinsab kuntenta li tinsab għal sena oħra innominata għal Membru Parlamentari tas-sena fl-ambjent, "mhux se taqa d-dinja jekk ma neħodhiex iżda nieħu gost li niġi apprezzata għax-xogħol li nagħti." Il-membru parlamentari Ewropew Laburista hi magħrufa fl-ambjent Parlamentari ta' kemm tqatta' sigħat fil-Parlament li wara 12-il siegħa tibqa' sejra taħdem mid-dar ukoll. Meta nistoqsija x'timmissja minn Malta qaltilna, "il-baħar u x-xemx. Għax anke jekk ikun hawn ix-xemx fi Brussell hi xemx kiesħa." Qed terġa' tgħolli rasha l-predominanza klassista l-PN ta' huma u aħna li jqisuna ħamalli u inferjuri minnhom " " Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017