Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Il-festa ta' Kupidu...jew jeħtieġ jirranġa l-mira? Il-festa ta' Kupidu...jew Il-festa ta' Kupidu...jew FTIT wara l-festa ta' San Pawl, il-kalendarju jimmarka l-festa tal- maħbubin, u fost il-ġenn ta' dawk li nsew li ġejja din il-festa, issibhom f 'paniku jippruvaw jaraw x'ħarġa jew ikla se jorganizzaw u x'rigal se jixtru lill-maħbub jew maħbuba tagħhom. Issib ukoll lil dawk li jkunu ilhom ġimgħat jekk mhux xhur jippjanaw din il-ġurnata sal-inqas dettall, u bejn xi picnic jew ikla romantika, kaxxa ċikkulatini, teddy bears u bukketti ta' ward aħmar, jirringrazzjaw lil Kupidu tal-mira stupenda li kellu meta laqat lilhom u lil maħbub/a tagħhom bil- vleġġa tal-imħabba. Min-naħa l-oħra, ssib lil dawk li sena wara l-oħra jillatikaw ma' Kupidu li hemm bżonn li jiffoka l-mira tiegħu aħjar, biex forsi wara ħafna, jirnexxielu jolqothom bil-vleġġa tiegħu tal- imħabba. Il-gazzetta ILLUM marret fit-toroq tan-Naxxar tistaqsi lil diversi persuni x'għandhom ippjanat għal dan il-jum ta' ċelebrazzjoni ta' mħabba u xi jfisser għalihom dan il-jum. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Nicky Mifsud Bonnici – San Pawl tat-Tarġa: "Għalissa m'għandi l-ebda pjanijiet għal Jum San Valentinu. Jien persuna li nemmen li jekk irrid nuri lil persuna li nħobbha, se nagħmel dan kuljum, u mhux nistenna li tasal xi ġurnata speċjali." Joseph Delia – Naxxar: "Dakinhar, naqbad u ngħid lill- mara, imxi mmorru nieklu xi mkien. Aħna ma nagħmlux għar- rigali. La tagħtini hi u lanqas nagħtiha jien." Tim Alden – Naxxar: "It-tfajla tiegħi tgħix il-Messiku allura s-sitwazzjoni hi daqsxejn diffiċli, però xorta waħda nixtieq nibgħat xi fjuri u teddy bear. Min-naħa l-oħra nixtieq li nirċievi xi ħaġa wkoll. Għalkemm it- tfajla tinsab 'il bogħod, ma tantx tagħmel differenza din il-ġurnata " Marc Zammit Lupi – Swieqi: "M'għandi l-ebda pjanijiet għal San Valentinu. Naħseb li hija sempliċiment ġurnata kummerċjali li ġġiegħel lin-nies jonfqu l-flus, partikolarment għall- irġiel." George Camilleri – Għargħur: "Nemmen li l-importanti hija l-imħabba, forsi tmur tiekol u tqatta' iktar ħin mal-familja mis-soltu. Bħala rigali, ma tantx tagħmel differenza din il-ġurnata, għax dejjem nagħtu lil xulxin" Eileen Azzopardi – Mellieħa: "Se nkunu qed immorru nieklu xi mkien romantiku jien u r-raġel, u nkun qed nistennieha. Għalija, Jum San Valentinu hija ġurnata speċjali, imma nemmen ukoll li kull ġurnata għandha tkun speċjali." Lloyd Dingli – Ħal Tarxien: "S'issa m'għandi l-ebda pjanijiet għall- ġurnata, imma naħseb li jinqala' xi ħaġa sa dakinhar." Edith Muscat – Naxxar: "Għandi ma nafx x'se nagħmel din is-sena, imma ma nagħtux rigali f 'din il-ġurnata. Għalija din hi ġurnata normali, bħall-oħrajn. Xejn ġdid fiha." Marthese u John Farrugia – Tas-Sliema : : "Aħna diġà bdejna niċċelebraw Jum San Valentinu għax il-ġimgħa li għaddiet qattajna tmiem il-ġimgħa niċċelebraw. Nhar it-Tlieta nkomplu niċċelebraw, u bħala rigali, dejjem nixtru xi ħaġa lil xulxin, forsi xi pjanta, għax dawk jogħġbuni. Hija ġurnata sabiħa li importanti li wieħed jiċċelebra l-imħabba. Aħna ilna 45 sena miżżewġin, u dejjem iċċelebrajnieh. Inħobbu niċċelebraw kollox, kemm jum San Valentinu, Birthdays, Anniversarji."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017