Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

M atul kwalunkwe sena, jinħargu mijiet, jekk m'hux eluf ta' mandati. Imma żgur illi l-ebda mandat ma qajjem daqshekk għagha daqs l-erba' mandati ta' sekwestru kawtelatorji illi nħargu din il-ġimgħa fil- konfront tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia. L-anqas meta l-Air Malta talbet l-ħrug tal- mandat t'inibizzjoni kontra l-pilots tagħha sabiex ma johorgux bi strajk, miżura bla preċedent fl-istorja tar- relazzjonijiet industrijali ta'pajjiżna ma ntqal daqshekk diskors. Tajjeb illi nispjegaw ftit x'ġara eżatt. Fil-liġi tal- proċedura ċivili tagħna, nsibu bosta strumenti sabiex jipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadin. Jekk xi ħadd jibda jiżviluppa l-għalqa ta' ħdejn il-propjetà tiegħek u qed tibża' illi ser jagħmillek il-ħsara, inti tista' titlob il- qorti sabiex din il-persuna tinżamm milli twettaq ħsara. Dan isir billi jintalab il-ħrug ta' mandat t'inibizzjoni sabiex min ikun ser iwettaq il-ħsara, jinżamm milli jkompli bix-xogħolijiet illi jkun ser iwettaq. Dan it-tip ta' mandat jissejjaħ kawtelatorju, jiġifieri huwa mandat intiż sabiex jippreserva d-drittijiet tal-persuna sakemm il- qorti tiddeċiedi min tassew għandu raġun. F'kelma waħda, bil-ħruġ tal-mandat, ser jiġi ppreservat l-istatus quo. Jekk il-qorti tilqa' t-talba għall-ħrug ta' mandat t' inibizzjoni, il-persuna illi tkun talbet il-ħrug tal- mandat hija obbligata illi tippreżenta kawża fi żmien għoxrin jum. Imbaghad il- qorti tiddeċiedi min tassew għandu ragun u min għandu xi dritt illi għandu jiġi protett. Hemm bosta tipi ta' mandati illi għandhom skopijiet differenti. Jekk xi ħadd irid iżomm illi t-tifel tiegħu jittieħed f 'pajjiż ieħor, jista' jitlob il-ħrug ta' mandat t'inibizzjoni għal tali skop. Anke jekk xi ħadd għandu jiehu xebgha flus mingħand xi ħadd, jista' jitlob il-ħrug ta' mandat t'inibizzjoni sabiex vapur ma jitħalliex jitlaq minn Malta jew sabiex min għandu propjetà, ma jitħalliex ibiegħha. B'hekk, il-kreditur jiġi protett billi sakemm tinqata' l-kawża, ikun hemm assi disponibbli biex jagħmlu tajjeb għall- pretensjoni tal-kreditur. Min jirbaħ kawża jkun irid jirnexxielu anke jiehu dak illi jkun rebah. Ftit tiswa sentenza illi ma tistax tiġi ezegwita (ħlief għal raġunijiet ta' taxxa). Jeżistu mandati oħra sabiex jipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadin. Fost dawn il-mandati hemm dawk ta' sekwestru u ta' qbid. Meta wieħed ikollu jieħu mingħand xi ħadd, jista' jitlob il-ħruġ ta' mandat ta' qbid fuq il-propjetà tad- debitur sabiex terza persuna żżomm f 'idejha l-assi tad- debitur biex jagħmel tajjeb għat-talba tal-kreditur. Jista jitlob ukoll illi min għandu jagħti l-flus lil dik il-persuna jżomm l-ammont mitlub u jiddepożitah il-qorti sakemm tinqata' l-kawża. Dan hu l-mandat ta' sekwestru. Jekk it-talba ssir meta l-kawża tkun għadha ma nqatgħetx, il-mandat jissejjaħ sekwestru kawtelatorju mentri jekk jintalab wara illi tinqata' s-sentenza jew wara illi l-kreditur ikun akkwista xi titolu eżekuttiv ieħor, jissejjaħ mandat ta' sekwestru eżekuttiv. Meta l-kreditur ikun jaf kemm għandu jieħu, il- mandat joħroġ fuq l-ammont pretiż. Imma jista' jkollok każ meta min jitlob il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru jibbaża t-talba tiegħu fuq dak illi jippretendi illi għandu jieħu. Biex nagħtu eżempju, wieħed isoffri ġrieħi gravi f 'inċident tat-traffiku, isoffri diżabilità ta' ċertu entità u jiftaħ kawża. Kif wieħed jippreżenta kawża għal-likwidazzjoni u ħlas tad- danni, jista' ukoll jippreżenta mandat ta' sekwestru sabiex jikkawtela l-ħlas tad-danni illi jkun qed jippretendi. Peress illi d-danni jkunu għadhom m'hux magħrufa, l-ammont tal-mandat hu fid-diskrezzjoni ta' min jitlob il-ħruġ tiegħu basta jikkonfermah bil-ġurament. Naħseb illi l-qarrejja dlonk jirrealizzaw illi din is-sistema tista' tagħti lok għall-abbużi. Fil-preżent, wieħed jista' jaqbad u jitlob il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru kawtelatorju fl-ammont li jrid billi sempliċiment jieħu ġurament. Madankollu, il-liġi tipprovdi bosta salvagwardji kontra l-abbużi illi sfortunatament m'hux dejjem jiġu osservati. Fl- ewwel lok, min jitlob il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru kawtelatorju suppost illi qabel ma jitlob il-ħruġ ta' tali mandat, ikun talab lid- debitur tiegħu illi jħallas l-ammont pretiż fi żmien ħmistax qabel ma talab il-ħruġ tal-mandat. Jekk l-ammont tal-mandat ma jkunx likwidat, min jitlob il-ħruġ tal-mandat irid jitlob illi jingħata sigurtà adekwata għall-ammont pretiż. Jekk min jitlob il-ħruġ ta' mandat kawtelatorju, ma jkunx talab il-ħlas jew il-garanzija kif titlob il- liġi, jista' jiġi kkundannat mill-qorti jħallas penali ta' bejn € 1,164.69 (Lm 500) u € 6,988.12 (Lm 3,000). L-istess penali tapplika jekk min talab il-ħruġ tal- mandat ma jsegwix il-ħruġ tal-mandat b'kawża jew jekk ikun evidenti illi min sarlu l-mandat ikollu mezzi biżżejjed sabiex jagħmel tajjeb għat-talba ta' min ħareġ il-mandat. Jekk wieħed qed jippretendi li għandu jitħallas mill-Malta Football Association, ħalli nsemmi xi ħadd li m'hux kontroversjali, m'għandhux għalfejn jagħmel mandati kawtelatorji għax għandu moħħu mistrieħ illi jekk jirbaħ il-kawża, huwa ser jirnexxielu jieħu dak illi jkun rebaħ. Għaldaqstant, il-liġi tipprova toħloq bilanċ bejn id-drittijiet tal- kredituri u tad-debituri. Mandati kawtelatorji huma meħtieġa sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-kredituri imma m'għandhomx jintużaw b'mod abużiv sabiex jintimidaw lid- debitur jew jipparallizawh ekonomikament. Fil-fatt, xi snin ilu, il-liġi ġiet emendata sabiex sekwestri ma jolqtux faċilitajiet ta' overdraft jew self għad-dar ta' min għandu jagħti. Il-kreditur dejjem irid jifli jekk il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru huwiex verament meħtieġ jew le : jekk id-debitur huwa midjun bil-kbir, allura r-risposa hija fl-affermattiv. Jekk illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Mandati kawtelatorji huma meħtieġa sabiex jipproteġu d-drittijiet tal- kredituri imma m'għandhomx jintużaw b'mod abużiv Opinjoni 18 Min ikisser, iħallas JOE ELLIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017