Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

mill-banda l-oħra, huwa evidenti illi l-persuna illi suppost għandha tagħti l-flus għandha mezzi biżżejjed u min qed jagħmel il-kawża jista' jserraħ rasu illi ser jiġbor dak illi jista' jkollu jieħu meta tinqata' l-kawża, allura, t-talba għall-ħruġ ta' mandat kawtelatorju tkun vessatorja u abbusiva għal aħħar. Sfortunatament, meta jintalab il-ħruġ ta' mandat, ma jsirx xi eżami approfondit jekk tali mandat għandux jinħareġ jew le. Il-mandati jinħarġu b'mod kważi awtomatiku u hu rari tassew illi mandat ma jinħarieġx. Min ikun ġie milqut b'mandat jista' jitlob il-qorti tirrevokah jekk ma jeżistux raġunijiet tajba sabiex tali mandat jibqa' fis-seħħ jew timponi l-penali li semmejt qabel fuq min talab il-ħruġ tiegħu jew tordna l-ħruġ ta' garanzija għad-danni illi jkun soffra. Kif wieħed jista' jara, il-liġi tipprova dejjem tibbilanċja d-drittijiet tal-partijiet kollha. Wara l-ħruġ tal-mandati fil- konfront ta' Daphne Caruana Galizia, kienu bosta li esprimew l-opinjoni tagħhom fir-rigward. Il-professur Kevin Aquilina ppropona emenda fil-liġi tal-proċedura ċivili sabiex ma jkunux jistgħu jinħarġu mandati kawtelatorji fil-konfront ta' ġurnalisti u ġurnali. Kien hemm min ippropona ukoll illi tali mandati jinħarġu biss fejn l-ammont pretiż jaqbeż € 15,000. Għalkemm diġa m'hux possibili illi jinħarġu mandati kawtelatorji fil- konfront tal-gvern u tal- banek kummerċjali peress illi wieħed jistenna illi ma jkollux problemi sabiex jitħallas minnhom f 'każ ta' sentenza ta' kundanna ta' ħlas, ma naqbielx mal- proposta tal-professur Aquilina għaliex il-liġi għandha tapplika l-istess għal kulħadd. Fl-opinjoni tiegħi, m'hemmx bżonn illi tinbidel il-liġi imma illi tiġi applikata aktar skrupolożament dik preżenti u dan anke mill- ġudikatura. Kemm il-darba tlabt illi min ħareġ mandat jiġi ordnat iħallas penali għaliex ma talabx il-ħlas qabel ma ħareġ il-mandat imma dawn it-talbiet qatt ma ġew aċċettati. Il-qrati normalment jiffavorixxu lil min għandu jieħu imma naħseb illi dawn il-mandati għandhom jinħarġu b'aktar kawtela fejn l-ammont pretiż ikun għadu ma' ġiex likwidat. U jekk il-mandati jinħarġu bla pre-avviż, min joħroġhom għandu jħallas għal dan in- nuqqas tiegħu. Għax m'hux sew illi wieħed jiġi sorpriż b'mandat mingħajr avviż ta' xejn minn qabel. Fil-każ in kwistjoni, wieħed għandu dubji serji kemm kienet verament teżisti l-ħtieġa li jinħarġu dawn il-mandati. Jidher illi qabel ma nħarġu dawn il-mandati, ma saret l-ebda talba lil Daphne Caruana Galizia sabiex tagħmel tajjeb għall-ammont li kienu qed jippretendu l-ministru Cardona u Joe Gerada. Dan in-nuqqas jista' jesponihom għall-ħlas ta' penali. Fit-tieni lok, kemm verament teżisti l-possibilità illi jekk jintrebħu d-danni, dawn ma jitħallsux ? Għaldaqstant, dawn il- mandati jistgħu jiġu revokati jekk jintwera illi m'hemmx verament il-ħtieġa tagħhom. Dana peress illi wieħed irid iżomm f 'moħħu illi għalkemm m'hemmx dubju illi tali mandati setgħu joħorġu, ma jfissierx illi kellhom joħorġu. Fid-dritt teżisti n-nozzjoni ta' abbuż tad-dritt meta wieħed jagħmel użu ħażin tad-dritt li tagħtih il-liġi. Fil-każ in kwistjoni, jidher illi tali abbuż seħħ imma għax ġara hekk, ma jfissierx illi bil-fors għandna nistravolġu kunċetti illi ilhom magħna għal bosta snin. Irridu minflok inħallu s-sistema taħdem sabiex tindirizza l-kwistjoni jekk tali mandati għandhomx jibqgħu fis-seħħ jew le u kif dejjem ngħidu, min ikisser, iħallas. Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Ma saret l-ebda talba lil Daphne Caruana Galizia sabiex tagħmel tajjeb għall- ammont li kienu qed jippretendu l-ministru Cardona u Joe Gerada Opinjoni 19 Dwarna with Mariella Dimech every Tuesday at 21.00 on TVM2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017