Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Opinjoni 20 Il-Karnival ta' Donald Trump M hix xi ħaġa li ma kontx tistenna. Il-protesti voċiferi fit- toroq Amerikani kontra l-President il-ġdid tal-Istati Uniti kienu antiċipati. Il-media Amerikana rrappurtat li diġà hemm 40% tal-Amerikani li jridu li Donald Trump ikun 'impeached'. Il-gazzetti u l-mezzi l-oħra tax-xandir imtlew b'karikaturi karnivaleski tal-President. Fis-Sena Ċiniża tas-Serduq, in-New Yorker, rivista rispettata dwar il-politika u l-kultura, ġabet karikatura ta' Trump jiddandan bħala serduq. Il-media soċjali mtliet ukoll memes li jiżżuffjettaw bil-President Amerikan. Forsi l-Amerika qed tieħu dak li ħaqqha. Wara kollox, Joseph de Maistre (1753-1821) kien diġà qal li kull pajjiż għandu l-gvern li ħaqqu. It-theddida ta' Theresa May Theresa May ħabbret li titlaq mit-taħdidiet dwar Brexit jekk il-kapijiet tal-Unjoni Ewropea jippruvaw jikkastigaw lill-Britannja talli trid toħroġ mill-Unjoni. Il-Prim Ministru Ingliża għadha tinsisti li t-triq tar-Renju Unit hi li jsir tassew indipendenti mill-ġdid. May wissiet li l-Britannja tista' tikser ir-relazzjonijiet ma' Brussels jiġri x'jiġri fin-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit. Il-Britannja, skont edituri politċi, qiegħda tħallas flejjes enormi biex issostni l-baġit tal- UE. Min-naħa l-oħra l-UE mhix lesta tħalli lill-Britannja tagħmel arranġamenti a la carte. Min-naħa tal-PM Ingliża, aħjar ma jkunx hemm negozjati mal-UE, milli negozjati li ma jaqblux lill-Britannja. Il-pjan ta' Theresa May dwar Brexit jinkludi tnax –il punt fosthom: 1) in-negozjanti jingħataw garanzija ta' ċertezza fil-proċess dwar il- ħruġ tar-Renju Unit mill-UE; 2) il-liġijiet tal-UE jkunu konvertiti għal-liġijiet Britanniċi; 3) May qed twiegħed ukoll li ssaħħaħ l-unjoni bejn l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq; 4) li żżomm l-ivvjġġar ħieles bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda; 5) li tikkontrolla l-immigrazzjoni; 6) li tiggarantixxi d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej residenti l-Ingliterra; 7) li d-drittijiet tal-ħaddiema jkunu garantiti; 8) li jkun hemm negozju ħieles mas-swieq Ewropej mingħajr mar-Renju Unit jikkontribwixxi flejjes kbar għall-baġit tal-UE; 9) li l-Britannja tkun l-aħjar fix- xjenza u l-innovazzjoni; 10) li tkompli tikkoopera fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu u li l-proċess tal-Brexit iseħħ mingħajr inkwiet u b'mod ordnat. Mummy Britain Il-prinċipju issa ċarissimu: iż- żmien tal-flejjes kbar għal għand l-UE għadda żmienu. Il-PM Theresa May qed tkun ikkritikata li trid negozjati skont it-termini tagħha biss. May tgħid li għandha "moħħ miftuħ dwar kull tip ta' ftehim li jista' jintlaħaq mal-UE." Theresa May qed tkompli tħeġġeġ biex il- membri tal-UE jitgħallmu l-lezzjoni minn Brexit. Mummy Britain trid terġa' tiddomina l-Ewropa bis-suq b'kollox. Id-diabete u l-effetti tagħha Il-mard tad-diabete f 'Malta issa laħaq proporzjonijiet nazzjonali allarmanti. 80% tal-popolazzjoni ibatu minn din il-kondizzjoni li taf tagħmel ħsara kbira fl-għajnejn, fiċ-ċirkolazzjoni u anki twassal għal amputazzjonijiet. Il-problema mhix ta' Malta biss: fi studju ġdid li sar l-Ingilterra b'kollaborazzjoni ma' laboratorju Ċiniż instab li hemm miljuni ta' persuni f 'riskju tal-kundizzjoni. Dawk li tolqothom il-marda (tip 2) fl-età ta' bejn l-erbgħin u l-ħamsa u sittin sena jkunu qed inaqqsu medda ta' disa' snin minn ħajjithom. F'Malta il-korsijiet tal-mediċina (inklużi dawk tal-infermiera) qed jagħfsu dejjem aktar fuq l-għarfien u l-metodi tal-kura. L-istudju fl-Ingilterra b'rabta maċ-Ċina ġie ppubblikat fil-ġurnal JAMA. Il-Karnival fl-Ewropa Ċentrali Hemm kwantità kbira ta' ħaddiema fis-settur mediku u para-mediku lokali li qed jaslu minn kull post tal-Ewropa biex jaħdmu fl-isptarijiet Maltin. Magħhom qed iġibu varjetà għanja ta' drawwiet u tradizzjonijiet. Minn Lecce sa Viareggio, Venezja u nħawi oħra, il-Karnival jieħu post promimenti: Anki ħaddiema Bulgari u oħrajn miċ-ċentru tal-Ewropa ġabu magħhom tradizzjonijiet bħal dawn. Mhux bl-esuberazzjoni ta' Viareggio, San Remo, Venezja u nħawi oħra Mediterranji. Fl- Ungerija, per eżempju, fil-belt ta' Mohács, isir karnival primittiv b'maskri li jnisslu ċerta ansjetà F'Malta teżisti tradizzjoni twila karnivaleska, iżda minn sena għal oħra, il-formola taċ- ċelebrazzjonijiet tinbidel ftit li xejn. Anki t-trasmissjonijiet bit-televixin nazzjonali baqgħu jimxu fuq l-istess skemi. Theresa May qed tkompli tħeġġeġ biex il-membri tal-UE jitgħallmu l-lezzjoni minn Brexit. Mummy Britain trid terġa' tiddomina l-Ewropa bis-suq b'kollox Forsi l-Amerika qed tieħu dak li ħaqqha. Wara kollox, Joseph de Maistre kien diġà qal li kull pajjiż għandu l-gvern li ħaqqu MARIO AZZOPARDI Il-karnival primittiv ta' Mohács fl-Ungerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017