Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 24 Kummerċjali Applikazzjoni tal-mobile għall-iskema ta' skont mingħand MAPFRE Middlesea MAPFRE Middlesea nediet verżjoni diġitali tal-iskema tal-lealtà tagħha, Insure & Save. L-Applikazzjoni MAPFRE+ ser tiffaċilità l-użu ta' din is-sistema, billi tippermetti lill-klijenti jkollhom l-informazzjoni dejjem magħhom. L-applikazzjoni diġitali ser tkun mnedija uffiċjalment nhar is-Sibt 11 ta' Frar ġewwa l-Plaza f 'tas-Sliema bejn l-10am u 1pm. L-applikazzjoni ser tkun qed tibgħat notifika dwar skontijiet minn ħwienet fil-viċinanzi, li jippermettulhom li jfittxu skontijiet permezz tal-lokalità, jew l-isem tal-ħanut. Ser tkun qed tinfurmahom ukoll meta jkunu miżjudin skontijiet u offerti ġodda u tagħti informazzjoni dwar il-ħanut. Il-Klijenti jistgħu mbagħad jużaw l-iskont tagħhom b'mod sempliċi. L-Offerti jaqgħu taħt disa' kategoriji prinċipali: Pubs u Ristoranti, Akkomodazzjoni, Prodotti tad-Dar u l-Ġnien, Elettroniċi, Health & Beauty, Servizzi, Leisure & Entertainment u servizzi għall- motoċiklisti. Fl-2014, il-kumpanija nediet dan il-programm għall-klijenti tagħha, u tathom aċċess għal sa 30% minn numru ta' ħwienet. Minn dakinhar, iktar minn 200 ħanut ingħaqdu mal-iskema, li hija ferm popolari fost il-klijenti. L-ewwel ħames mitt persuna li tniżżel l-app se jkunu mogħtija € 10 li jistgħu jonfqu mill- Kumpless Plaza Shopping, f 'tas- Sliema. L-applikazzjoni tista' titniżżel b'xejn fuq Google Play u App Store. Video li jispjega kif tintuża l-applikazzjoni jinstab fuq Youtube Channel ta'MAPFRE Middlesea u fuq Facebook: https://youtu.be/ Sb7pLWIjBI4 "Din l-applikazzjoni innovativa tagħtina l-opportunità li nibnu relazzjoni mal-klijenti tagħna. Irridu li nżommu kommunikazzjoni konsistenti billi ntuhom aħbarijiet tajba dwar offerti ġodda b'mod regolari," qalet Ana Zammit Munro, Kap tal-Marketing ta' MAPFRE Middlesea. Għal aktar tagħrif żur www. middlesea.com Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta biex tmexxi Negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar il-Kummerċ tal- Assigurazzjoni. Multigas tħabbar ir-rebbieħa tat-teżijiet dwar l-ambjent Multigas Limited ta' Ħal Kirkop sponsorjat kompetizzjoni marbuta ma' teżijiet dwar l-ambjent bit-tema 'Jibbenefikaw/Jipproteġu l-Ambjent' ('Benefitting / Protecting the Environment'). Dan għamlitu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-90 anniversarju tagħha fil- manifattura u s-servizzi tal-gass industrijali. Il-kompetizzjoni, li saret b' kollaborazzjoni mal-Istitut għat-Tibdil fil-Klima u Żvilupp Sostenibbli fl-Università ta' Malta, attirat 14-il parteċipant. L-għan ewlieni tal-Istitut hu li jwettaq riċerka inter-dixxiplinarja li tappoġġja u tinfluwenza deċizjonijiet ta' politika prattika dwar l-ambjent u l-loġistika soċjali. Permezz tal-għażla tas-suġġetti rispettivi tagħhom, it-tliet teżijiet rebbieħa wrew kif dawn it-teżijiet jistgħu jkunu applikati b'mod prattiku fi tliet oqsma ewlenin, iżda differenti. L-ewwel premju ntrebaħ minn Sara Hazzard għat- teżi tagħha bl-isem "Inwaqqfu d-drawwa – id-drawwa tal-użu tal-vettura flimkien man-norma personali: implikazzjonijiet għal Malta", (Interrupting Habit – Car- Use Habit and Personal Norm combined: Implications for Malta). Deborah Mifsud kisbet it-tieni post bit-teżi tagħha "Ir-rwol tat- trasport pubbliku biex jindirizza l-mobiltà sostenibbli għall- popolazzjoni anzjana f'Malta (The Role of Public Transport in addressing Sustainable Mobility for the Elderly Population in Malta), filwaqt li t-teżi ta' Johann Attard imsemmija "Valutazzjoni tas-sistemi tal-informatika dwar parteċipazzjoni fuq bażi ġeografika fl-inizjattiva ecoGozo" (Assessing Participatory Geographic Information Systems for the ecoGozo Initiative), kisbet it-tielet post. Il-premjijiet kienu jikkonsistu f'€1,500 għall-ewwel premju, u €1,250 u €500 għat-tieni u t-tielet post rispettivament. Multigas isservi klijenti fis-setturi industrijali u tas-saħħa b'firxa sħiħa ta' gassijiet atmosferiċi u speċjali, tagħmir u servizzi. Il- faċilita' għandha wkoll impjant krijoġeniku sofistikat u tagħmir relatat mal-immaniġġjar ta' gass li hu xhieda wkoll ta' dak kollu li l-kumpanija tirrappreżenta f'termini ta' konsiderazzjonijiet dwar saħħa u sigurta', konvenjenza għall-klijent u responsabbiltajiet ambjentali. Aktar minn hekk, għandha kollaborazzjoni twila u mill-qrib mal-imsieħba internazzjonali strateġiċi tagħha li ssaħħaħ l-abbiltà ta' Multigas biex tassigura provvista robusta ta' firxa ta' gassijiet essenzjali għal klijenti ewlenin. Il-preżentazzjoni tal-premjijiet saret mid-Direttur ta' Multigas Limited is-sur Mark Miceli Farrugia fil-faċilita' tal-Multigas f'Ħal Kirkop. Għal din l-okkażżjoni kien hemm ukoll preżenti l-Kap Eżekuttiv ta' Multigas l-Inġinier Michael Mifsud, il-Pro-Rettur tal-Università ta' Malta l-Professur Saviour Zammit, u l-Kap tad-Dipartiment tal-Ġeografija fil-Fakultà tal-Arti u d-Direttriċi tal-Istitut għat-Tibdil fil-Klima u Żvilupp Sostenibbli l-Professur Maria Attard, li mexxiet il-kompetizzjoni tat-teżijiet. Is-sur Miceli Farrugia qal li peress li t-teżijiet sottomessi kienu kollha ta' livell għoli, dan għamel il- proċess tal-għażla wieħed pjuttost diffiċli. Is-suġġett magħżul ta' kull teżi indirizza r-rilevanza u l-applikabiltà tal-istudji mwettqa mill-Istitut għat-Tibdil fil-Klima u Żvilupp Sostenibbli. L-Ing. Mifsud qal: "Ħsibna li l-aqwa mod kif niċċelebraw id-90 anniversarju ta' Multigas, ikun li nfakkru lilna nfusna dwar l-importanza li għandha l-protezzjoni tal-ambjent fil-viżjoni strateġika tagħna. Aħna konxji ħafna tal-bżonn li naddottaw kontinwament l-iktar proċessi avvanzati għax dawn jagħmlu l-aqwa użu tal-enerġija, filwaqt li jnaqqsu l-ħela. Il-missjoni tagħna hi li l-ħin kollu nfittxu u niskopru opportunitajiet bħal dawn." "Filwaqt li nsemmu l-fatt li fl-1926, Multigas, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala L. Farrugia & Sons, kienet l-ewwel kumpanija f'Malta li pproduċiet id-dijossidu tal- karbonju, il-kumpanija qed tkompli tħaddan l-innovazzjoni f'armonija mal-ambjent," qal il-Kap Eżekuttiv ta' Multigas. Bħala eżempju, semma' l-istallazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi (PV) fil-faċilità, fejn intużaw strutturi eżistenti bl-inqas impatt viżwali. Il-Professur Zammit radd ħajr lil Multigas għal din l-inizjattiva. Qal li l-Università għandha l-abbiltà li tipproduċi riċerka eċċellenti li hi applikabbli għall-industrija. Il-Professur Attard esprimiet l-apprezzament tal-Università talli tat lill- istudenti kurrenti u dawk li ggradwaw diġà l-opportunità li t-teżi ambjentali rispettiva tagħhom tkun apprezzata u rikonoxxuta mill-industrija. Hi enfasizzat li inizjattivi bħal dawn iservu biex joffru għarfien tal-eċċellenza akkademika tal-istudji ambjentali, joħolqu aktar kuxjenza, u jiġġeneraw ideat li jħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà. Il-promozzjoni Cash is King tal-Burger King tinsab esklussivament fir-restorant tal-Burger King ta' tas-Sliema matul ix-xahar ta' Frar. Kull min jixtri 'meal' mill-Burger King ta' tas-Sliema jingħata biljett biex jimlieh u jitfgħu fil-kaxxa. Kull ġimgħa din titbattal u jittella' biljett. Jekk min jitla' jwieġeb tajjeb jingħata €500 fi flus kontanti. Il-Burger King hu operat f 'Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons. Burger King ta' tas-Sliema jagħtik iċ- ċans li tirbaħ €500 fix-xahar ta' Frar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017