Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Sports 28 Ritratt: Dominic Borg Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................... 1 Floriana ..................... 2 DOPPJETTA tal-attakkant Taljan, Mario Fontanella, ikkastigat lil Birkirkara hekk kif Floriana kkonvinċew u għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta' 2-1. Il-Greens kellhom bidu mill-aqwa u fetħu l-iskor wara biss tliet minuti meta Ryan Camenzuli xeħet kross fil-kaxxa lejn Mario Fontanella li kien żmarkat u minn quddiem Henry Bonello tefa' l-ballun fix- xibka. Birkirkara rrispondew żewġ minuti biss wara meta minn freekick Miguel Angel Alba indirizza kross fil-kaxxa fid-direzzjoni ta' Christian Bubalovic li d-daqqa ta' ras tiegħu ħarġet l-aħjar ta' Justin Haber li laqa' tajjeb. Fl-40 minuta li kien fadal għal tmiem l-ewwel taqsima, Birkirkara ppruvaw jitfgħu pressjoni fuq Floriana, iżda naqsu milli jipproduċu azzjonijiet denji ta' nota. Min-naħa l-oħra, il-Greens ikkontrollaw tajjeb lill- avversarji tagħhom hekk kif l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta' 1-0 favur it- tim immexxi mill-kowċ Giovanni Tedesco. L-Istripes komplew jippressaw fit-tieni taqsima u kellhom ċans tajjeb li jsibu x-xibka fil-50 minuta meta Edward Herrera kellu xutt mid-distanza jintemm ftit għoli. Fit-52 minuta, Srdan Dimitrov, rebaħ il-pussess tal-ballun għal Birkirkara fil- qalba tad-difiża ta' Floriana, avvanza fil-kaxxa qabel ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi newtralizzat minn Justin Haber. Madankollu, Floriana rduppjaw l-iskor ħames minuti biss wara. Dan meta Steve Pisani għadda pass tajjeb lejn Mario Fontanella, dan dar tajjeb ma' Henry Bonello qabel tefa' l-ballun fix-xibka biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. L-Istripes irrispondew fit- 63 minuta meta Cain Attard irċieva l-ballun fuq il-lemin tal-kaxxa qabel ra x-xutt bid- dawra tiegħu jintemm barra. Il-Greens kellhom ċans tajjeb li jiskorjaw it-tielet gowl fis-77 minuta meta Ryan Camenzuli spara xutt fil-baxx li għadda jħakek mal-lasta. Fit-82 minuta, Justin Haber kien ferm attent biex ċaħħad lil Matthew Guillaumier milli jsib ix-xibka. Dan meta l-attakkant żagħżugħ tal-Istripes kellu xutt mid- distanza milqugħ tajjeb mill-gowlkeeper ta' Floriana. Birkirkara naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud meta Vito Plut irċieva l-ballun fil- kaxxa qabel għeleb lil Justin Haber permezz ta' xutt fil- baxx, biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka propju kontra l-eks tim tiegħu. Birkirkara Bonello, Herrera (Scicluna 60'), Bubalovic (Jovic 59'), Sciberras, Andelkovic, Dimitrov, Plut, Vukanac, Zerafa, Alba, Attard Floriana Haber, Pepe, Ruiz, Pisani, Varela, Nayar (Monticelli 60'), Vella, Pisani, Cini, Fontanella, Camenzuli Referi Malcolm Spiteri MARIO FONTANELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalistipreżenti. Skorja doppjetta personali f 'din il-partita. Dan hu t-tieni staġun tiegħu bil-flokk ta' Floriana. Doppjetta ta' Fontanella tikkastiga lil Birkirkara Il-goalkeeper ta' Birkirkara Henry Bonello itajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, b'Ryan Camenzuli u Mario Fonta- nella jsegwu l-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017