Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Sports 30 ARSENAL ġewwa darhom fl-Emirates Stadium kisbu rebħa ta' 2-0 kontra Hull City, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Alexis Sanchez fl-34 u fid-90 minuta bit-tieni gowl għalihom jasal minn penalty. Tajjeb ngħidu li t-Tigers temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Sam Clucas fid-90 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Manchester United kisbu rebħa identika ta' 2-0 ġewwa darhom f 'Old Trafford kontra Watford biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Juan Mata u minn Anthony Martial fit-32 u fis-60 minuta rispettivament. Southampton barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Sunderland bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Shane Long, awto-gowl tal-plejer ta' Sunderland Jason Denayer u doppjetta ta' Manolo Gabbiadini. West Ham United u WBA temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Sofiane Feghouli fit-63 minuta u minn Manuel Lanzini fis-86 minuta. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal WBA waslu minn Macer Chadlu u Gareth McAuley fis-6 u fid- 90 minuta rispettivament. Stoke City ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 konrra Crystal Palace, bil- gowl uniku għalihom fil- logħba jasal minn Joe Allen fis-67 minuta. Intant, Middlesbrough u Everton temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 11 ta' Frar Arsenal vs Hull City 2-0 Manchester United vs Watford 2-0 Middlesbrough vs Everton 0-0 Stoke City vs Crystal Palace 1-0 Sunderland vs Southampton 0-4 West Ham United vs WBA 2-2 FIXTURES Il-Ħadd 12 ta' Frar 14:30 Burnley vs Chelsea 17:00 Swansea C. vs Leicester C. It-Tnejn 13 ta' Frar 21:00 AFC Bourn. vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 12 ta' Frar 12:30 Crotone vs Roma 15:00 Inter vs Empoli 15:00 Palermo vs Atalanta 15:00 Sassuolo vs ChievoVerona 15:00 Torino vs Pescara 15:00 Sampdoria vs Bologna 20:45 Cagliari vs Juventus It-Tnejn 13 ta' Frar 20:45 Lazio vs AC Milan Futur mill-isbaħ għal Nicole Attard Glivau fl-atletika minn Cristian Antony Muscat NICOLE Attard Glivau, illum għandha 17-il sena u ilha għal dawn l-aħħar tmien snin fl-atletika. Ta' età żgħira kienet tieħu sehem fil-kompetizjonijiet tal- MAAA u kienet tkun dejjem mar-rebbieħa. Intgħażlet għal diversi kompetizzjonijet internazzjonali fejn saħansitra ġabet unuri sbieħ, fosthom medalja tad-deheb fit-tiġrija ta' 300m ġewwa Brno fil-European Kids Athletics Games, medalja tad-deheb fl-400m u medalja oħra tal-bronż fir-relay fil-kompetizzjoni tal-FISEC Games. Illum hija msieħba ma' Rush Athletic Club u ilu jittrenjaha l-kowċ Rachid Chouhal għal dawn l-aħħar sentejn. Fl- 2015 kienet intgħażlet biex marret Samoa għall-Youth Commonwealth Games fejn ħadet sehem fit-tellieqa tal-200m u 400m, fejn ikkwalifikat għas-semifinali tal-200m. Is-sena 2016 kienet waħda mill-aħjar tagħha fejn fl-età ta' 16-il sena kienet l-iżgħar atleta li kkwalifikat għall- kompetizzjoni kbira taċ- Championships of Small States of Europe (CSSE) li saru f 'Malta. Hija daħlet għat-tellieqa tal-400m fejn għamlet Personal Best, kif ukoll għamlet Swedish relay fejn it-tim Malti ġie fir-raba' post. Kienet magħżula wkoll għall-FISEC Games ġewwa Franza però l-MAAA għażilha biex tmur tieħu sehem f 'kompetizzjoni aktar prestiġjuża ġewwa Tbilisi, f 'Georgia għall-ewwel kompetizzjoni li saret tal- European Athletics Youth Championships, fejn ħadet sehem fil-200m. Nicole hija tfajla determinata ħafna u tittrenja kuljum għalkemm tattendi t-tieni sena fil- Junior College u dis-sena qiegħda tħejji ruħha għall-eżamijiet tal-A levels. Ix-xogħol tagħha ħalla l-frott meta dis-sena għat-tielet darba reġgħet rebhet l-unur tal-aqwa atleta għas-sena 2016 fil-kategorija intermediate. Saħansitra wkoll għadu kif tħabbar li Nicole Attard Glivau hija waħda mis-semifinalisti żgħażagħ għall-Malta Sports Awards - l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. F'kummneti li għaddiet lil din il-gazzetta, Nicole kellha kliem ta' tifħir lejn il-kowċ tagħha, l-MAAA u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), kif ukoll ma jistax jonqos lejn il-ġenituri li dejjem ikunu hemm għaliha. Nicole Attard Glivau fl-azzjoni. Rebħiet identiċi għal Arsenal u Manchester United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017