Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Sports 32 SARU magħrufa l-finalisti għall-edizzjoni ta' din is-sena tal-Isport Malta Awards Għazliet Sportivi Nazzjonali, avveniment organiżżat b'mod konġunt minn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-finalisti tħabbru waqt attività li saret it-Tnejn filgħaxija f 'Dar il- Mediterran għall-konferenzi l-Belt Valletta u li ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żagħżagħ u Sport Chris Agius, iċ- Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil, il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli. Għal sena oħra, il-konkors se jonora sportivi maqsuma f 'seba' kategoriji differenti li se jiġu vvutati mill-ġurnalisti sportivi lokali waqt is-serata finali li se tittella' s-Sibt 25 ta' Frar f 'Dar il-Mediterran. Il-ġurnalisti se jkunu qed jirraprezentaw djar tal- media differenti. Għall-edizzjoni ta' din is-sena ġew ikkonfermati l-unuri tradizzjonali dawk ta' sportiv, sportiva, żagħżugħ, żagħżugħa, tim, kowċ u uffiċjal tas-sena, bis-soliti rikonoxximenti jmorru għand l-atleti ta' Special Olympics Malta, l-aħjar sportiv Għawdxi u l-avveniment tas-sena. Magħhom il-People's Choice Award li jintgħażel b'votazzjoni popolari. Il-finalisti ġew magħżula b'votazzjoni li saret mill- ġurnalisti sportivi membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sports. F'erba' kategoriji hemm sitt finalisti u mhux ħamsa minħabba li kien hemm min ġab l-istess ammont ta' voti. Waqt l-attività tat-Tnejn filgħaxija ġew ippreżentati wkoll ċertifikati ta' parteċipazzjoni lis- semifinalisti kollha tal- IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ta' din is-sena. SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta' 'l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena. Sa mill- ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il- ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali. Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali jsiru nhar is-Sibt 25 ta' Frar 2017 fis-Sala tal-Konferenzi ta' Dar il-Mediterran il- Belt Valletta u s-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 bit-trasmissjoni tibda fit- 8.15pm bi preżentazzjoni ta' Pamela Schembri. Imħabbra l- nalisti tal-IsportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali Il-finalisti kollha tas-seba' kategoriji vvutati mill-ġurnalisti huma: Sportiv tas-Sena Camilleri Stevie – Waterpolo Chetcuti William – Sparar Degiorgio Charles – Tiġrijiet taż-żwiemel Micallef Duncan – Drag Racing Xuereb Nathan – Sparar Sportiva tas-Sena Abela Sue – Ten Pin Bowling Carannante Tiziana – Ten Pin Bowling Pellicano Helene – Tennis Wingfield Charlotte – Atletika Zammit Stevens Yazmin – Weightlifting Uffiċjal tas-Sena Azzopardi Esther – Football Borda Joseph – Rugby Camilleri Terry – Snooker Caruana Jesmond – Weightlifting Sultana Paul – Basketball Zammit John – Ċikliżmu Kowċ tas-Sena Adamoli Angela – Basketball Bugeja Jimmy – Sparar Farrugia Anthony – Waterpolo Holliday Daniel – Rugby Izzo Karl – Waterpolo Vella Silvio – Futbol Żagħżugħ tas-Sena Cassar Kurt – Basketball Galea Luke – Karate Giordimaina Gary – Lotta Magro Matthew – Ten Pin Bowling Plumpton Ben – Waterpolo Sultana Kijan – Squash Żagħżugħa tas-Sena Al Tumi Hannah – Basketball Attard Gliveau Nicole – Atletika Grillo Sana – Ġinnastika Pellicano Helene – Tennis Shultheis Victoria – Ibburdjar Xuereb Sara – Ten Pin Bowling Tim tas-Sena Basketball: Tim Nazzjonali Nisa Football: Tim Nazzjonali Rġiel U/21 Snooker: Tim: Alex Borg & Brian Cini Waterpolo: Tim Nazzjonali Irġiel – 'A' Waterpolo: Tim Nazzjonali Under 19 Minbarra s-seba' kategoriji vvutati mill-ġurnalisti sportivi se jkun hemm ukoll il-People's Choice Awards. Hawnhekk il-pubbliku se jkun jista' jivvota online minn fuq is-sit uffiċjali ta' Sport Malta. Il-ħames finalisti f 'din il-kategorija huma: People's Choice Award Tiziana Carannante – Bowling Willima Chetcuti – Sparar Keith Galea – Triathlon Dennis Thornton – Regatta John Zammit – Ċikliżmu 19-il persuna jtemmu b'suċċess kors ta' referee u judges fl isparar ILLUM ġie fi tmiemu kors ta' jumejn li jiċċertifika lill parteċipanti bħala judges u referees fil kompetizzjonijiet internazzjonali tal Isparar fl erba' dixxiplini: shotgun, trap, double trap u skeet. Il kors sar mill Malta Shooting Sport Federation taħt il patroċinju tal ISSF u bil kollaborazzjoni ta' SportMalta. Kienu 19 il parteċipant, li fosthom hemm żewġ nisa, li temmew b'suċċess dan il kors li qed iservi wkoll ta' preparazzjoni għall Malta World Cup li ser issir fl 2018. Il kors, li sar fil- Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, sar mill Ingliż Barry Dobbs u l Ġermaniż Bodo Gisske li kellhom kliem ta' tifħir għall parteċipanti Maltin. Huma kkumentaw li l parteċipazzjoni tal Maltin mhux biss kienet waħda tajba imma kienu impressjonati bl ammont għoli ta' marki li huma ġabu. Is Segretarju Parlamentari għar Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius preżenta ċ ċertifikati lill parteċipanti. Id-19-il persuna li temmew b'suċċess kors ta' referee u judges isparar imkien ma' Chris Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017