Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- weightlifting? Jiena bdejt oriġinarjament fil-cross- fit li hu taħlita ta' ħafna sports bħall- ġinnastika, endurance, weightlifting. Però l-kowċ tiegħi Roderick Attard induna li kont ħafna aħjar fil- weightlifting u ħajjarni biex nibda dan l-isport. Meta ppruvajt il-weight lifting ħadt gost ħafna. Meta kkompetejt fl-ewwel kompetizzjoni tiegħi f 'Malta ġejt fl-aħħar post fil-kategorija femminili. Għalija li tiġi l-aħħar mhux tajjeb għax jien kompetittiva ħafna, imma minkejja dan ir-riżultat kienet esperjenza li ħadt gost ħafna biha. Lill-kowċ għedtlu li xtaqt nieħu l-weightlifting bis-serjetà u ddeċidejt li nieqaf mill-cross-fit u nibda weightlifting. Id-deċiżjoni ħadtha flimkien mal-kowċ u hu qabel miegħi u inkuraġġieni biex nibdew din l-esperjenza flimkien. Meta ngħid nibdewha t-tnejn flimkien qed infisser li kemm għalija u kemm għalih kienet xi ħaġa differenti għax hu kien kowċ tal-cross-fit u mhux tal-weightlifting biss. Bdejna nitgħallmu l-affarijiet flimkien u kbirna fl-isport flimkien. Wara l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħi, li kienet fil- logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2016, bdejt nieħu l-isport tal-weight lifting ħafna aktar bis-serjetà. Kulma kont ili nittrenja għal din il-kompetizzjoni kienu erba' xhur. X'kienet ir-riċetta għal dan l-avvanz? Xogħol intensiv kuljum. Ħadt riskju kbir li ħalla l-frott għaliex dak iż-żmien kont għadni kif spiċċajt mill-Università. Is-sigriet nemmen li huwa dan. Li għamilt din id-deċiżjoni li nittrenjah bħala full timer. Il-weight lifting sar stil ta' ħajja u għamiltu ħajti. Qtajt ix- xorb alkoħoliku, il-ħruġ, is-safar... Sar xogħli. Hija importanti mmens li ssib in-nies warajk f 'deċiżjonijiet bħal dawn. Ħafna. Dejjem ngħidha din. Li kieku ma sibtx tim sħiħ warajja li jissapportjani, kieku ħajti kienet tkun ħafna iktar diffiċli u ma kinitx tkun possibbli. Il-ġenituri, meta ħadt id- deċiżjoni li nibda l-weight lifting fuq bażi full time, ma qatgħulix qalbi, u ssapportjawni f 'din id-deċiżjoni iebsa. Hawn min jgħid li l-weightlifting mhux addattat għan-nisa minħabba s-saħħa li jirrikjedi? Taqbel? Naħseb li din hija mentalità pjuttost antika issa. Ma ntihomx tort li jaħsbuha hekk għax forsi trabbew b'din il-mentalità u għadhom mhux jirrealizzaw kemm in-nisa jistgħu jkunu b'saħħithom ukoll. Isibuha diffiċli biex jemmnuha din il-ħaġa. Kif tibda ssegwi l-isport tibda tinduna li n-nisa verament mela jistgħu jkunu b'saħħithom u għandhom potenzjal. U ngħiduha kif inhi, din il-mentalità hija ħafna aktar mifruxa f 'ġenerazzjonijiet antiki milli l-ġenerazzjonijiet tal-lum għax illum dan il-ħsieb qed jitnaqqas ħafna. Hawn dil-mentalità ħażina li jittimbraw mara li tagħmel sport li jirrikjedi din it-tip ta' saħħa bħala tomboy. Dan mhuwiex il-każ. Huwa sport li jirrikjedi ħafna saħħa u sport li taħsbu li jagħmlek aktar 'raġel'. Imma meta naħseb fuq il-weightlifters nisa li hawn Malta ninduna kemm huma 'girly'. Ilbieraħ, fil-fatt, meta kont qiegħda training ma' mara oħra, tgħidx kemm daħku bina l-kowċ u weight lifter ieħor li jittrenja hemmhekk, meta semgħuna nitkellmu fuq id-dwiefer u x-xagħar li sejrin nagħmlu. Hija vera stramba li jaħsbuna tomboys. Jista' jkun li inti terfa' piż li weightlifter raġel li jikkompeti ma jerfax? Rari ħafna. Hawn irġiel Maltin li forsi jien nerfa' aktar minnhom, però mhux se nerfa' daqs iċ-champions irġiel, ngħidu aħna Rodmar Pulis u Kyle Micallef. Dan bħal f 'kull sport ieħor fosthom fil-futbol u fl-atletika. Qatt m'inti se ssib sprinter mara fl-atletika li se tisprintja aħjar minn raġel. Kemm tawk sapport weightlifters bħal Rodmar Pulis, Kieran Mifsud, u Kyle Micallef? L-aktar li nittrenja ma' Kieran u ma' Kyle għax Rodmar bħalissa mweġġa'. Ma nafux bħala atleta. Però jgħinni ħafna mentalment u veru jifhem lili u lil ħaddieħor. Huwa dak il-konsulent espert u li nafda fih ħafna. Fil-fatt, minnhom it-tlieta, Rodmar hu l-aktar bniedem li nfittex għal sapport mentali. Wara li ħadem ħafna għall-Olimpjadi u sfortunatament kellu l-injury, kien tela' Kyle minfloku. Ara taħseb li kien hemm xi tip ta' għira jew negattività għal Kyle. Anzi ssapportjah ħafna, u ħaġa oħra li nammirah fiha kienet fil-mod ta' kif ħares lejn l-injury b'mod pożittiv. Anki bl-injury, illum għadu qed jikkowċja. Bħala amminstratur imbagħad tagħżel lil Jesmond Caruana? Kif jgħinek? Iva, mingħajr Jesmond Caruana m'aħna xejn. Inqisuh bħala r-ruħ tal- weightlifting. L-isport ma jkunx l-istess mingħajr il-ħidma kontinwa tiegħu. Apparti li jikkowċjana l-ħin kollu, meta jmur id-dar jibqa' għaddej u jidħol b'mod individwali fuq kull weight lifter. Jirriċerka x'kompetizzjonijiet nistgħu nagħmlu, x'riżultati għandna bżonn, x'għandna nagħmlu biex intejbu. Jesmond jaħdem ħafna biex iżommna aġġornati, motivati u jtina miri realistiċi x'nilħqu. Apparti x-xogħol kollu li jagħmel bħala President tal- assoċjazzjoni u bħala kowċ imur oltre minn hekk, imur pass ieħor minn dak li jitlob minnu xogħlu. Bħala riżorsi fejn tittrenjaw, kif jikkumparaw mar-riżorsi li nsibu barra minn Malta? Biex inkun onesta, ma naħsibx li għandna l-aktar riżorsi moderni possibbli. Jiena bdejt nittrenja 'The Pit' ma' Roderick Attard, imma kif kbirt fl- isport, tlaqt nittrenja l-Kottonera mat- tim nazzjonali. Fil-verità, ma naħsibx li għandna l-aktar gym modern u li estetikament jiġbdek, imma wara kollox l-għan tiegħu mhuwiex dan. L-aqwa li għandek gym fejn tista' terfa' l-bars u li hemm apparat addattat. Jiġifieri għalija huwa aktar minn biżżejjed. U hemm nisa li qegħdin jittrenjaw miegħek? Iva, hawn. Bħalissa f 'Malta hawn madwar 30 atleta femminili fil- weightlifting. Però, donnu int biss tisssemma... Forsi għax qatt m'għamilna ħoss biżżejjed. Qatt ma kellna livell li jkun jista' jitla' jikkompeti. Kemm ili li bdejt jien, rajt titjib fil-livell tan-nisa inġenerali. Mhux għax bdejt jien, imma fl-aħħar sena daħlu aktar nisa. Nieħu gost jekk jaħsbu li huwa possibbli li tista' tasal għax jien urejthom li tista' tasal. Ma tistax tgerger li l-komunità femminili mhix qiegħda tikber u li mhix qiegħda tmur għall- aħjar. Fost l-unuri lokali u internazzjonali li rbaħt, liem l-aktar li tiftakar? L-aħħar waħda li kelli kienet ta' Iżrael, tal-under 23. Irbaħt il-grupp tiegħi u rnexxieli niġi fid-disa' post overall. Ma konniex qed nistennew dan ir-riżultat għax kellha tkun kompetizzjoni biex inġib daqsxejn esperjenza. Kellha tkun kompetizzjoni biex nibda nidra l-big stages, tibda tidra l-kameras u l-attenzjoni li jagħtuk. Litteralment suppost kellha tkun għall-esperjenza biss. Però xħin rajt l-istart list, kont naf bejn wieħed u ieħor l-avversarji kemm jerfgħu u rrealizzajt qabel ma bdejt li stajt nirbaħ il-grupp. U meta rbaħt il-grupp, irnexxieli nikser seba' rekords oħra nazzjonali oħra. Dan kien ifisser li kont ksirt 37 rekord nazzjonali s-sena li għaddiet. Kull kompetizzjoni li kkompetejt fiha ksibt xi ħaġa differenti.L-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha ksirt ħames rekords nazzjonali u hija ħaġa pożittiva meta tqis li kont ili nittrenja biss erba' xhur. Kuntenta ħafna b'dak li ksibt. Imbagħad mort is-Serbja u ġibt il-medalja tal-bronż fl-isnatch. Kien tournament żgħir però ħadd minna ma kien qed jistenna midalja. Fil-fatt jien kont ġa qbadt il-basket biex nitlaq meta kienu qed jgħajtu r-rebbieħa tal-midalji. Fil-Malażja rnexxieli nikkwalifika għal-logħob Mediterranji. Imbagħad kelli l-esperjenza fl-Iżrael. Wara kelli dik fil-Qatar fejn ġejt il- ħames post overall fost grupp ta' weight lifters b'talent. Hija diffiċli li tagħżel minnhom għax kull esperjenza stajt ngħid li mort tajjeb u dejjem għamilt xi ħaġa tajba u aħjar mill-esperjenzi ta' qabel. Snatch hija r-refgħa (lift) li ssir mill-art sa fuq rasek f 'moviment wieħed mingħajr brejk. Il-clean and jerk tinqasam f 'żewġ movimenti. L-ewwel ikun hemm ir-refgħa mill-art sal-ispallejn u wara li twaqqafha, il- weightlifter ikompliha sa fuq rasu. U inti tikkompeti fit-tnejn li huma? Iva, bħala weightlifter irrid nikkompeti fit-tnejn li huma u l-ammont ta' punti li jġib weight lifter huwa propju t-total ta' dawn iż-żewġ tekniki. Ma tistax tikkompeti f 'waħda biss. U l-weightlifting bħala sport tqisu bħala arti? Jiena f 'ħajti pruvajt ħafna sports differenti, però tista' tgħid li l-ġinnastika u l-atletika kienu l-aktar tnejn li kont ħadthom bis-serjetà. Min-naħa l-oħra, il-weightlifting inħoss li hu differenti minn sport ieħor għax jinvolvi ħafna teknika. In-nies meta jaraw il-weight lifting jaħsbu li huwa saħħa biss, però mhux il-każ. Għalija, it-teknika hija importanti daqs L-aqwa weightlifter mara Cristian Antony Muscat "Kif tibda ssegwi l-isport tibda tinduna li n-nisa verament mela jistgħu jkunu b'saħħithom u għandhom potenzjal" Yazmin Zammit Stevens - l-aqwa weightlifter mara f'Malta u li żgur li għandha futur mill-isbaħ f'dan l-isport li kulma jmur qed jikber l-popolarità f'pajjiżna