Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Imma skont fuq min? 'L-attakki fuq nies privati issa għandhom il-barka ta' Simon Busuttil' Ma' din il-gazzetta tkellem ukoll il-Kap tat-Taqsima tal- Aħbarijiet tal-istazzjon ONE. Huwa sostna li "l-iżviluppi fl-aħħar sigħat huma prova, jekk qatt kellna bżonn, kemm Daphne Caruana Galiza u l-Kap tal- Oppożizzjoni, Simon Busuttil, huma ħaġa waħda. Illum dawk il-mijiet ta' ċittadini, ħafna minnhom privati, li kienu attakkati personalment minħabba t-twemmin tagħhom jafu li dan kollu għandu l-barka tal-Partit Nazzjonalista ta' Simon Busuttil." Balzan kompla jgħid li llum dawk li sfaw attakkati bil-mard tagħhom, jafu li dak għandu l-barka tal-Partit Nazzjonalista. "Dawk li meta qrabathom mietu kien hemm min iċċelebra b'kitbeitu jafu li għal Simon Busuttil din hija aċċettabbli, għaliex għalih din hi difiża tal-libertà." Il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-istazzjon tal-Partit Laburista qal li għandha ssir distinzjoni ċara bejn ġurnaliżmu u "l-attakki insensati u ta' mibegħda fuq l-individwi. Attakki insensati, li ġieli nvolvew tfal." Huwa temm jgħid li l-ebda ġurnalist m'għandu ċertifikat jattakka bl-addoċċ bl-iskuża tad-demokrazija. "Il-ġurnaliżmu għandu drittijiet u dmirijiet." 'Ma naqbilx mas-sekwestru imma mhux se nuri solidarjetà ma' DCG' L-eks Editur tal-ILLUM Kurt Sansone, illum ġurnalist ma' The Times of Malta wkoll tkellem dwar il-kwistjoni. Minkejja li jagħmilha ċara li jħoss li sekwestru fuq ġurnalist, f 'każ il-Qorti li jista' jieħu żmien twil, huwa ħażin, huwa jagħmilha ċara wkoll li mhux se jkun qed juri ebda forma ta' solidarjetà ma' Caruana Galizia. Sansone, li għamilha ċara ma' din il-gazzetta li qed jitkellem fil-kapaċità tiegħu personali u mhux f 'isem il-Kamra tal-Aħbarijiet li jaħdem magħha, fakkar li l-kitba ta' Caruana Galizia "ħafna drabi attakkat nies innoċenti li l-unika att kriminali tagħhom kien li huma relatati ma' politiku jew persuna pubblika." L-eks Editur tal-ILLUM ilaqqam ukoll il-kitba ta' Caruana Galizia bħala waħda ta' ipokrezija. "Dak li ġustament tgħid li huwa ħażin fix-xenofobija lejn l-immigranti, qed tipprattikah hi stess kontra l-Laburisti, n-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta u dawk li mhumiex fl-istess klassi soċjali tagħha." Sansone, xorta jgħid li Cardona għandu jirtira l-ordni ta' sekwestru u jitlob lill-Qorti tisma' l-każ b'urġenza. 'Iktar jinkwetani l-faxxiżmu u t-terroriżmu ta' din il-mara' L-Editur Maniġerjali ta' Mediatoday Saviour Balzan qal li dan il-każ huwa bejn Ministru li qed jiġġieled għall-futur politiku tiegħu u "l-ambaxxatriċi tal-ġurnaliżmu taż- żibel (gutter journalism)." Huwa qal li filwaqt li Daphne Caruana Galizia għamlet gwerra kontra l-avversarji politiċi tagħha, dawk li tqis bħala nies li qed jkunu użati mill-PL u kritiċi tal-PL, "meta xi ħadd isemmi l-episodji personali tagħha tinbidel f 'urugan li jeqred dak kollu u kull min jiġi quddiemha. M'hemm xejn ħażin li titkellem dwar l-avventuri sesswali, l-evażjoni tat-taxxa u t-tfal ta' ħaddieħor imma meta xi ħadd jitkellem dwarha, tgħid li hemm xi ħaġa ħażina." Balzan akkuża lil Caruana Galizia li tinsab f 'sinerġija mal-grupp li jdawwar lill- Kap tal-PN Simon Busuttil "li għamilha ċara li qed jagħtuha appoġġ. M'għandu l-ebda rispett lejn ġurnaliżmu veru imma biss lejn propoganda li taqdi l-kampanja tiegħu." L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday jagħmilha ċara wkoll li hu kontra sekwestru u jfakkar li l-gazzetta Maltatoday kienet mhedda bl-istess azzjoni għall- ammont ta' €2 miljuni. 'Fejn kien kulħadd meta l-Mediatoday kienet immultata eluf ta' ewro wara rapport mill-Awtorità tal-Logħob?" Huwa jgħid li daqs kemm jinkwetawh is-sekwestri, jinsab "iktar inkwetat mill-faxxiżmu u t-terroriżmu ta' mara b'karattru mibni fuq il-kattiverija, il-mibgħeda klassista u l-politika tal- apartheid. Il-preżenza ta' bloggers daqstant malizzjużi mhux qed jgħin biex jattora nies diċenti jikkunsidraw alternattivi politiċi...wasal iż-żmien li naraw l-affarijiet għal dak li verament huma." Inga Boissevain's novel at all leading book shops @ €8.99