Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 10 BĦAL f 'ħafna affarijiet oħra, Malta qed tkun fost l-aktar pajjiżi progressivi fl-Ewropa fl-għotja ta' ċerti drittijiet ċivili, hekk kif aktar tard din is-sena se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li fihom se tiġi introdotta sistema ta' użu kkontrollat ta' mediċina derivata mill-kannabis. L-ILLUM għamlet riċerka dwar ir-raġunijiet li jingħataw għalfejn il- kannabis għandha benefiċċji mediċi u dwar it-teoriji ta' kospirazzjoni dwar l-involviment mill-kumpaniji farmaċewtiċi sabiex il-kannabis tibqa' illegali. L-ewwel ħaġa, tajjeb li jiġi ċċarat mill-bidu li għal dawk kollha li jaħsbu li l-benefiċċji tal-kannabis għall-użu mediċinali tfisser li huwa tajjeb li jitpejjep 'joint', sejrin żball. Huwa xjentifikament pruvat li filwaqt li derivattivi tal-kannabis għandhom benefiċċji mediċinali biex jittaffa l-uġigħ u l-effetti ta' ħafna mard kiefer, il-kannabis fiha 400 kimika fiha, li minnhom 80 biss fihom l-element msejjaħ cannabidoil u li minn dawn it- 80, s'issa 3 biss ġew ippruvati li għandhom effetti terapewtiċi. Min jargumenta li serħan minn ċerti mard jissolva b' 'joint' għandu biss persentaġġ żgħir ta' raġun, u għaldaqstant bħal f 'kollox, hemm bżonn jintlaħaq kompromess li jiddetermina l-legalità ta' tip partikolari ta' kannabis mediċinali. Malta se jkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li jintroduċi sistema kkontrollata ta' użu ta' kannabis mediċinali Għall-bidu tad-dibattitu dwar il-kannabis mediċinali, tajjeb li nibdew minn pajjiżna stess, li aktar tard din is-sena se jkun fost l-ewwel fl-Ewropa li fejn se tiġi introdotta sistema ta' użu kkontrollat ta' mediċina derivata mill-kannabis. L-ILLUM tkellmet mal-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, it-tabib Godfrey Farrugia, li lura fl-2014 meta kien Ministru tas- Saħħa, kien propona 'white paper' biex jiġi legalizzat l-użu temporanju ta' kannabis, mhux impejpa, iżda għall-użu strettament mediċinali. Fl-istess 'white paper' kien ġie wkoll propost li jitnaqqsu l-pieni għal min jinqabad jieħu l-kannabis, iżda jiżdiedu għal min jinqabad imexxiha. Farrugia spjega li filwaqt li s'issa il- preskrizzjoni ta' kannabis sintetika għadha mhux approvata, mill- 2016 daħlet proviżjoni li permezz tagħha, estratt mill-pjanta tal- kannabis, normalment f 'forma ta' żejt, jista' jiġi preskritt lill-pazjenti partikolari fuq rakkomandazzjoni ta' żewġ konsulenti mediċi, li f 'ħafna każi jkunu speċjalisti bħal Onkoloġi jew Newroloġi. "B'din ir- rakkomandazzjoni," spjega Farrugia, "il-bord tad-dipartiment tas-saħħa jista', skont il-każ, japprova x-xiri mill-pazjent ta' mediċina derivata mill-kannabis, li tinxtara minn spiżeriji awtorizzati li jimpurtawha, jew jordnaha minn barra huwa stess". Il-pass li jmiss... Il-pass li jmiss, qal Farrugia se tkun proviżjoni biex il-pazjent ma jkollux bżonn jimporta mediċina minn barra hu stess, bir-riskju li forsi ma jagħżilx l-aħjar tip fuq is-suq. Dan se jkun possibbli wara li l-Gvern jirrikonixxi kumpanija partikolari li tipproduċi l-aħjar tip ta' mediċina magħmula mill-estratt tal-kannabis u din tiġi impurtata Malta u disponibbli għal min tiġih preskritta, bl-istess mod kif fil-ġurnata tal-lum per eżempju, pazjenti jistgħu jixtru pilloli anti- dipressivi minn spiżeriji b'riċetta tat-tabib tagħhom, Dwar it-tip ta' mediċina disponibbli, Farrugia enfasizza li l-estratt tal-kannabis f 'forma ta' mediċina ma joffrix kura għal ebda marda u kundizzjoni, iżda l-element dożat ta' cannabidoil iservi biex itaffi l-uġigħ u t-tbatija ta' min ikollu ċerti tipi ta' kanċer, parkinsons, glaucoma u sklerosi multipla fost mard ieħor. Farrugia jemmen li dawn il-pazjenti għandhom id-dritt għal aċċess għal din il-forma ta' 'painkiller' għal "ħajja aktar komda u dinjituża tal- pazjent". Hawn min isostni li l-kannabis tagħmel il-ġid anke fil-forma naturali tagħha. Il-kontroversja madwar id-dinja dwar il-legalizzar tal-kannabis għal użu mediċinali tieħu xejra ikbar minn hawn Malta, fejn dawk li huma favur l-użu tal- kannabis, isostnu li din għandha benefiċċji mediċinali f 'kull forma tagħha, anke fl-iktar mod naturali li jitpejjep, minkejja t-twissijiet mill-industrija farmaċewtika dwar il-kimiċi ħżiena li jinsabu fiha. Infatti, il-kontribut tal-industriji farmaċewtiċi jiftaħ kontroversja oħra, fejn dawn tal-aħħar jiġu akkużati minn ħafna teoristi tal- kospirazzjoni li l-kannabis għadha tinżamm illegali, anke għal-użu mediċinali, minħabba l-effett li tħalli fuq il-produzzjoni ta' pilloli u mediċini oħra b'ingredejenti kimiċi. Madwar 30 stat fl-Istati Uniti llegalizzaw il- kannabis għal użu mediċinali Fl-1996 l-istat ta' California fl-Istati Uniti, kien l-ewwel wieħed li llegalizza l-użu mediċinali tal- kannabis. Minn dak iż-żmien s'issa 28 stat ieħor fl-Istati Uniti għaddew liġijiet favur l-użu tal-kannabis għal raġunijiet mediċi. Il-liġijiet f 'dawn l-istati jiddettaw Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Kannabis - naturali, mediċinali Dr. Godfrey Farrugia, whip tal-Grupp Parla- mentari Laburista Dożi kkontrollati ta' żejt derivat mill-kannabis iserraħ uġigħ minn numru ta' mard L-estratt tal-kannabis f 'forma ta' mediċina ma joffrix kura għal ebda marda u kundizzjoni, iżda jser vi biex itaffi l-uġigħ u t-tbatija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017