Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 540 • 19 ta' Frar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Pierre Brincat Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 4 Pastażata oħra fil-Lands 'Ir-Reġistratur mhu se jkollu ebda dritt jindħal fil-kontenut' Minn Veronica Lynn Mizzi "IRREĠISTRATUR, bl-istess mod bħal dak li hemm illum, mhu se jkollu ebda dritt jindaħal fil-kontenut ta' gazzetti, servizzi tax- xandir u siti elettroniċi li jirreġistraw u li jkollhom kontenut ta' aħbarijiet, politiku jew ġrajjiet kurrenti." Dan sostnieh mal-ILLUM il- Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici meta kien mistoqsi biex jiċċara x'inhu l-irwol u x'inhuma l-poteri li se jkollu r-Reġistratur tal-Media propost fl-att dwar il-Media u l-Malafama. Bonnici żied jgħid li dan, "se jkun biss reġistrazzjoni u mhux xi forma ta' liċenzja." Minn Albert Gauci Cunningham WARA l-istorja fuq l-ILLUM ta' Edgar Farrugia li tħalla jistenna 16-il sena minħabba 'żball' mid-Dipartiment tal-Artijiet, din il-gazzetta għandha f 'idejha dokumenti kif ukoll sentenza tal-Qorti Ċivili li jiżvelaw każ iktar xokkanti ta' familja li spiċċat f 'nofs qassata oħra mħawra fid-Dipartiment tal-Artijiet (Lands). Il-familja in kwistjoni, li tkellmet mal-ILLUM, ilha tistenna iktar minn 40 sena biex tieħu kumpens għal tliet biċċiet art fin-naħa t'isfel tal-pajjiż. Parti minn din l-art ġiet esproprijata fl-1974 u kien biss fl-2014, li beda l-proċess biex id-Dipartiment jasal għal kumpens adegwat. Dan ifisser li l-każ dam 'fil-friża' 40 sena sħaħ li matulhom, issa skont il-Qrati Maltin, sar ksur tad- drittijiet ta' din il-familja, ksur tal-Kostituzzjoni u ksur tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal- Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Tkompli f 'paġni 4 • 40 sena jistennew kumpens ta' art li ħadilhom il-Gvern • Kundanna qawwija mill-Qorti fuq il- Lands u l-Kummissarju tal-Artijiet • Ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tal-Kostituzzjoni Ta' wara Sai bl-istess paga GĦALKEMM il-proċess biex tintagħżel il-persuna li se tieħu post Sai Mizzi bħala 'Mibgħuta Speċjali ta' Malta fiċ-Ċina' għadu għaddej, il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise Mario Galea qal lil din il-gazzetta li l-pakkett ta' benefiċċji u l-perkaċċi li se jkollha l-persuna li se teħdilha postha se jkunu l-istess. Il-pakkett ta' pagi u perkaċċi marbutin ma' dan l-impjieg ilaħħqu l-€160,000 meta wieħed jgħodd paga, allowances, akkomodazzjoni u spejjeż relatati ma' edukazzjoni tal-ulied, fost oħrajn. Mistoqsi minn l-ILLUM għalfejn l-ammont huwa daqstant kbir, Galea jfakkar li Shanghai hija fost l-aktar bliet għalja fid-dinja. Filwaqt li jsostni li hu diffiċli biex tinstab persuna idonea għal dan l-impjieg partikolari, Galea nsista li l-Malta Enterprise hija kuntenta bix-xogħol u l-kuntatti li għamlet Mizzi f 'dawn it-tliet snin u nofs. Tkompli f 'paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017