Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Aħbarijiet Hekk hu! Anne Fenech il-President tal-Eżekuttiv tal-PN hija waħda min-nies li se jkunu protagonisti tal- Karnival ta' Malta din is-sena, u mhux b'sorpriża! Hekk kif kulħadd spiċċa jitkellem dwar dawk l-imberkin pastizzi u l-ħanut tas-Serkin. Huwa mistenni li din is-sena, jerġa' jkun hemm is-satira politika l-Karnival, fattur li kien nieqes għal bosta snin...imma li se jkun preżenti sew f 'dak li jista' jkun l-aħħar karnival qabel l-elezzjoni ġenerali. Ix-xogħol fuq il-pjazza se jibda fi ftit ġranet Wara li ntagħżel il-kuntrattur, il-proġett ta' €3 miljun fuq il-pjazza ta' Raħal Ġdid se jibda fil-jiem li ġejjin u jrid jitlesta fi żmien 15 -il xahar Minn Ruben Anthony Xuereb IXXOGĦOL fuq il-proġett tal-pjazza ta' Raħal Ġdid, li se jbiddilha f 'żona pedonali, mistenni jitkompla fil- ġimgħat li ġejjin hekk kif fl-aħħar intagħżel il-kuntrattur li se jieħu t-tender għax xogħolijiet, wara li l-proċess ta' aġġudikazzjoni għall-aħjar offerta beda f 'Dicembru li għadda. Dan ikkonfermatu l-Ministru Helena Dalli, li ħabbret li issa l-kuntrattur intagħżel u li fil-ġranet li ġejjin, se jibda l-proġett ta' €3 miljun fuq il-pjazza. F'Novembru tal-2016, l-ILLUM kienet tkellmet ma' Silvio Parnis, iċ-chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta u mas-Sindku ta' Raħal Ġdid Dominic Grima, dwar ix-xogħol fuq il-pjazza ta' Raħal Ġdid, li dak iż-żmien kien jidher wieqaf u anke qala' kritika mill-kap tal- Oppożizzjoni fil-Parlament. Parnis kien qal mal-ILLUM li l-proġett klien mistenni li jaqbad ritmu mgħaġġel minn Diċembru u li se jitlesta mhux aktar tard minn sena u tliet xhur wara. Waqt il- konferenza tal-aħbarijiet tal- lum intqal kif il-kuntrattur ingħata sena u tliet xhur biex il-proġett jitlesta, u li ebda kuntrattur ma jrid jaqla' multi minħabba dewmien fix- xogħol. Il-proġett fuq il-pjazza kien imħabbar f 'April tal-2015, bl- iskop li jirriġenera u jsebbaħ il-pjazza u jbiddilha f 'waħda pedonali li titgawda aktar min-nies, b'inqas periklu mit- traffiku li bħalissa jgħaddi minn din il-pjazza. It-tul ta' żmien li ttieħed minn April tal-2015 s'issa kien dovut għall-ewwel fażi, li kienet ir-rilokazzjoni tas-siġar li wara li nqalgħu mill-pjazza, ġew imħawwla b'suċċess f 'Raħal Ġdid stess, madwar il-parkeġġ taċ- ċimiterju. Is-sindku ta' Raħal Ġdid kien qal mal-ILLUM li huwa jemmen li kienet ħaġa sabiħa li dawk is-siġar, li uħud minnhom għandom 'il fuq minn 90 sena, baqgħu Raħal Ġdid. L-aħħar grupp ta' siġar li ġew rilokati, inqalgħu mill- pjazza fl-aħħar tal-2016 u tħawlu fi ġnien il-Mediterran. "Huwa importanti li nifhmu li l-affarijiet kellhom isiru kif suppost," saħqet Helena Dalli, "mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent u wara li jinħarġu l-permessi neċessarji kollha." Dalli temmet tgħid li l-proġett mhux se jkun wieħed faċli minħabba li l-pjazza tinsab viċin tas- sit storiku tal-Ipoġew, li minħabba f 'hekk jillimita l-iskavar li jista' jsir fiż-żona.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017