Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 69 73 60 38 13 23 75 51 Empire Pharmacy (Melita Street), 46, Triq Melita, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il- Kappillan Mifsud, Ħamrun Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi St Mark's Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Ganni Vella, Swatar Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il- Barrieri, Msida Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann Edward's Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxx- ar, Balzan Pillbox Pharmacy, 63, Triq il- Bjad, Naxxar Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola Verdala Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla St. Peter Pharmacy, Triq is-Seb- bellika, Żabbar Blossoms Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa Safi Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grigal forza 3 lokalment forza 4 li malajr iżid għal forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 u jdur mill- Grieg it-Tramuntana. BAĦAR Ħafif għal moderat lokalment moderat, li jsir moderat għal qawwi lokalment qawwi L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ċans ta' xi ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jonqos għal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi lokalment qawwi, li jsir ħafif għal moderat lokalment moderat Aħbarijiet 2 Jitkompla t-tindif fil- widien u l-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ ISSEZZJONI tal- Immaniġġjar tal-Widien fi ħdan il-Ministeru għat- Trasport u l-Infrastruttura kompliet għaddejja b'ħidma fil-widien madwar Malta, fejn sa ftit ilu implimentat ukoll xogħlijiet ta' konservazzjoni tal-ħitan tas- sejjieħ. Il-proċess ta' kif jintagħżel wied għat-tindif isir skont it- talbiet li jidħlu mill-pubbliku, mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Ministeru u l-entitajiet governattivi. Minn dawn it-talbiet, is-Sezzjoni tal- Immaniġġjar tal-Widien, li taqa' taħt il-kappa tal- Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, tara liema widien huma meqjusa bħala l-aktar urġenti u b'hekk jingħataw prijorità. Kif jiġi determinat liema wied se jibda x-xogħol fuqu, isiru laqgħat mal-partijiet interessati li jagħmlu użu mill-art fosthom bdiewa u Kunsilli Lokali. Isiru wkoll spezzjonijiet tal-wied biex jiġu determinati l-bżonnijiet ewlenin tiegħu. Matul dan il-proċess jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt ambjentali waqt ix- xogħlijiet, tant li jsiru studji xjentifiċi u strutturali biex l-impatt ikun minn tal-inqas. Intant, fl-aħħar xhur tas- sena li għaddiet, tlestew xogħlijiet, fost oħrajn, f 'Wied Ġnejna, l-Imġarr, f 'Wied Qannotta, Burmarrad, f 'Wied Liemu, ir-Rabat, f 'Wied Sant'Antnin, Marsaskala, f 'Wied iċ-Ċawsli, Ħal Qormi, f 'Wied Ħarq Ħamiem, Pembroke u f 'Wied Għomor, Swieqi. Il-ħidma kienet tikkonsisti fit-tneħħija ta' materjal li nġema' u li kien qed jikkawża għargħar fl-għelieqi. Saru interventi wkoll biex jitneħħew siġar mhux indiġeni u invażivi li kienu qed joħonqu l-widien, bħar-riġnu u l-qasba l-kbira, fost oħrajn. Wara t-tneħħija ta' dan it-tip ta' materjal, saret ir-rijabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ, f 'Wied Ġnejna u f 'Wied Ħarq Ħamiem. Il-ħitan tas-sejjieħ, minbarra li jagħtu dehra estetika lill-postijiet li bihom ikunu mdawra, kif jidher f 'Wied Ġnejna, l-Imġarr u f 'Wied Ħarq Ħamiem, Pembroke, (ritratti) għandhom funzjonijiet oħra. Primarjament dawn jintużaw biex jifirdu t-toroq mill-għelieqi, biex jintagħżlu l-għelieqi minn xulxin u biex itarrġu l-għoljiet fil-kampanja. Wieħed isibhom ukoll fil- widien, fejn għandhom irwol importanti ħafna. Fost affarijiet oħra, il-ħitan tas-sejjieħ għandhom funzjoni li jżommu l-ħamrija tal- għelieqi milli tintilef mal-korsa tal-ilma. Jgħinu wkoll biex titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' materjal fil-widien li jtellef il- perkolazzjoni tal-ilma li jista' jikkawża għargħar. Fatt interessanti ta' min wieħed ikun jaf huwa, li meta tagħmel ix-xita, ħafna ilmijiet iġorru l-ħamrija ġol-ħitan tas-sejjieħ u b'hekk ix-xquq ta' bejn il-ġebel tas-sejjieħ, iservi bħala abitat u kenn għal numru ta' pjanti, ħaxix u ħlejjaq żgħar indiġeni. Barra minn hekk, il-ħitan tas-sejjieħ jagħmlu parti integrali mill-pajsaġġ kulturali tal-gżejjer Maltin. Il-bini partikolari ta' dawn il-ħitan jirrikjedi sengħa kbira. Dan jinbena billi titqiegħed ġebla tax-xagħri fuq ġebla oħra tal- istess tip, mingħajr tajn u/jew materjal ieħor. Il-ġebel ikun ta' daqs differenti, kemm kbir kif ukoll żgħir. Tradizzjonalment, l-għodda li tintuża għall-bini ta' dawn il-ħitan hi l-imterqa u ftit spag jew injam. Il-ħitan tas-sejjieħ joffri reżistenza qawwija għal xi elementi naturali, ma jaqax malajr anki jekk ikun espost għar-riħ qawwi ħafna. Iżda l-effett tax-xita hu differenti. Meta jinbena fil-widien, speċjalment fit-tafli, il-ħitan jinbnew b'toqob imsejħa 'weep holes' fejn iħallu l-ilma tax-xita joħroġ minnu. Dawn it-toqob ma jħallux l-ilma tax- xita jagħfas iżżejjed fuq il-ħajt. Ix-xogħol ta' restawr u bini ta' dawn il-ħitan iseħħ b'metodoloġija tradizzjonali fejn ma jintuża l-ebda tajn jew materjal ieħor. Fejn huwa possibbli, jintuża ġebel tax-xagħri tal-post iżda ħafna drabi, fejn dan ikun nieqes, jintuża ġebel minn postijiet antiki li jkunu twaqqgħu. Dawn ix- xogħlijiet isiru dejjem skont il-kundizzjonijiet mitluba fil-permessi maħruġa mill- awtoritajiet tal-ipjannar u l-ambjent. Ħitan tas-sejjieħ restawrati f 'Wied Ġnejna fl-Imġarr, u f 'Wied Ħarq Ħamiem f 'Pembroke

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017