Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Intervista 13 'Cardona m'għandux bżonn iħallas biex imur ma' mara' Miriam Dalli ...tiddeskrivi l-'Urugan Cardona-Galizia' bħala 'storm in a teacup' I t-tieni persuna li intervistat il-gazzetta ILLUM hija Rosianne Cutajar. Qormija bħal Clyde. Hija Sindku bħalma kien Clyde. Imma Laburista, mhux bħal Clyde. Nibdew mill-ewwel mill- kwistjoni tal-proporzjonalità. Ma tħossx Cutajar li l-azzjoni tal- Ministru Chris Cardona kienet sproporzjonata? Li Cardona seta' fetaħ libell u waqaf hemm u mhux talab għal sekwestru ta' €47,000 li frankament, fost settur tal- popolazzjoni, għamel martri minn Daphne Caruana Galizia filwaqt li qajjem tħassib dwar libertajiet bażiċi? "Nibda billi nfakkrek li dak li għamel Chris Cardona huwa permessibbli bil-liġi. Issa jekk hemm bżonn ta' reviżjoni tal-Press Act, kif fil-fatt ħabbar li se jsir il-Gvern, dik hija kwistjoni oħra," sostniet Cutajar ma' din il-gazzetta. 'Tidrisa lil min jabbuża mil- libertà...' Tippunta l-kanuni mill-ewwel lejn Caruana Galizia u tisħaq li għaliha, din mhix la ġurnalista u lanqas blogger. "Issa Cardona ma qamx filgħodu u ddeċieda li jibda proċessi ta' sekwestru," saħqet Cutajar, "din qalet affarijet serji, affarijiet serjissimi anzi. L-għan wara l-istorja ta' Caruana Galizia kien l-assasinju fuq il-karattru." Bħal ħafna mill-attivisti Laburisti u dawk li ma tantx iniżżlu lil Caruana Galizia, Cutajar tiġġustifika l-azzjonijiet ta' Cardona billi tgħid li meta talab ordni ta' sekwestru, "għamel sew għax ta tidrisa lil min jinħeba wara l-libertà tal-espressjoni biex jattakka lin-nies bil-ħajja privata tagħhom." 'Daphne gossiper mhux ġurnalista...' Cardona għażel li ma jagħmilx sekwestru fuq il-media tal-PN, imma mbagħad għamel sekwestru fuq Caruana Galizia għax 'Daphne mhux ġurnalista'. Dan mhux preċedent ikrah? Minn mindu huwa Ministru li jiddeċiedi min huwa ġurnalist? Cutajar tibda bi qbil miegħi. "Hekk hu, mhux il-Ministru jiddieċiedi min huwa ġurnalist. Imma f 'dan il- każ Cardona ħass li l-akkużi kienu serji u rrikkorra għal mandat ta' sekwestru." Is-sindku ta' Ħal Qormi taċċertana li Cardona mhux waħdu li jaħseb li Caruana Galizia mhux ġurnalista. "Anke jien, anzi naħseb li Caruana Galizia qed tagħmel disservizz kbir lill-ġurnalisti." Nistaqsiha: Imma għalik min huwa ġurnalist? U għalfejn DCG mhux ġurnalista? "L-għan tagħha huwa biss li tagħmel ħoss b'dak li tikteb, anke jekk ma jkunx veru. Daphne gossiper mhux ġurnalista, titkellem u tikteb fuq il-ħajja sesswali ta' xi ħadd, per eżempju. Il-ġurnalist, min-naħa l-oħra, jiskrutinja u għandna bżonnu f 'demokrazija." 'Ma nemminx li Cardona mar f 'burdell' Infakkar lil Cutajar li ħafna jistennew li politiku, imma speċjalment Ministru, jeħtieġ ikollu atteġġjament aktar ristrett u kkontrollat. Infakkarha li jekk l-allegazzjoni hija minnha, Cardona seta' ġie rikattat minn prostituta daqs tazza ilma. Ma tħossx li Ministru, hu min hu, ta' liema partit hu, qed jersaq wisq lejn in-nar, meta jew jekk imur f 'postijiet bħal dawn? "L-ewwel nett jien ma nemminx li mar f 'burdell,"tisħaq Cutajar, li għar-rimarka tal-ILLUM tgħid li, "le ma naħsibx li jiena waħda mill-ftit li nemmen hekk. Lil Chris nafu, u ma naħsibx li għandu bżonn iħallas biex ikollu x'jaqsam ma' mara," tirrimarka darba, darbtejn b'nofs daħqa Cutajar. 'DCG hija omm il-mibgħeda' Mitluba tiddeskrivi lil Caruana Galizia f 'sentenza, Cutajar wieġbet hekk: "omm il-mibgħeda f 'pajjiżna." Infakkarha li minkejja kull kritika, Caruana Galizia ħarġet l-istorja tal-Panama u l-kont/kumpanija fl- istess pajjiż ta' Konrad Mizzi qabel kull persuna jew midja oħra. Allura kredenzjali ġurnalistiċi għandha, mhux hekk? Cutajar tinsisti. "F'ċerti artikli iva. Imma nieħdu l-kontijiet 'sigrieti' fil-Panama, la semmejthom. Fuq in-Nazzjonalisti li għandhom kontijiet sigrieti qatt ma kitbet u tkellmet. Hemmhekk diġà qed titlef mill-kredibilità. Dak li hu ħażin, huwa ħażin għal kulħadd, mhux sempliċiment ħażin għax tissimpatizza mal-Partit Laburista." Allura ninterrompiha, nistgħu ngħidu li Caruana Galizia hija ġurnalista biased, jew biased ħafna. Imma mhux xorta ġurnalista? "Le. Nibqa' ngħid li mhux ġurnalista. Għax m'għandhiex limiti, bla skrupli, ma tqisx lil min qed tweġġa'. Basta n-nies jitkellmu dwar dak li qed tikteb." Nerġa' ninterrompiha b'rimarka. Mela bil-kejl ta' Rosianne stess, qed tagħmel suċċess kbir bħalissa, għax kulħadd fuqha qed jitkellem. "Sa ċertu punt, iva," tammetti Cutajar. "Bħal Salvu Mallia. Ara kemm nikkritikawh imma qed jilħaq l-għan tiegħu għax in-nies qed jitkellmu dwaru." L-istorja ta' Nuxellina Nistaqsiha jekk il-veduta tagħha mill-aktar negattiva ta' Caruana Galizia, hux frott tal-fatt li hi stess spiċċat fuq dan il-blogg partikolari. Caruana Galizia kienet akkużat lil Cutajar li hija escort jew call girl bl-isem fittizju ta' Nuxellina. Fi ftit kliem mara li ċċemplilha biex tagħmel is-sess magħha. "Sa mill-ewwel ġurnata li sirt sindku, bdiet tikteb fuqi. L-għan kien wieħed ċar, biex tagħmilli l-ħsara u la ġabet quddiem għajnejha lill-ġenituri tiegħi u lanqas li għandi għarus." Imma inti vera, kont escort? "Min jafni jaf li jien la qatt kont noffri servizzi tas-sess, għalkemm għad hemm min jgħajjarni b'hekk. Mhux fuq hekk biss għajritni, għajret lil ommi, qalet li jien tarbija li ma kinitx mixtieqa..." Għax ma ftaħtx libell jekk ħassejt li saret malafama? Cutajar twieġeb: "Għax ma ridtx naħli l-enerġija niġġieled libelli, għalkemm illum li ilni naqra fil- politika naħseb nerġa' nikkunsidra u nibda proċeduri." Allura ma tħossx li Cardona kellu jagħmel l-istess? "Kellu kull dritt. Din mhux l-ewwel darba li gidbet fuqu, anke li jieħu d-droga kienet akkużatu." 'When they go low we go high' Nistaqsiha hekk: Kieku l-blogg ta' Glenn Bedingfield jew gazzetta tal-Partit Laburista jew qribu kellu joħroġ storja li tattakka lil xi ħadd fuq bażi personali, int tikkundannaha? Rosianne twieġeb mingħajr tlaqliq, "iva nikkundanna. Nikkwota lil Michelle Obama meta tgħid, 'When they go low, we go high'. Ma naqgħux fil-baxx bħalhom. Jien m'għandix għalfejn inkun naf x'qed jiġri fil-ħajja privata tal-politiċi." Libertà mhedda...jew prattikata? Il-PN qed jgħid li d-demokrazija fil-pajjiż hija mhedda, li l-libertà tal-espressjoni tinsab taħt attakk. Cutajar x'taħseb? "Qed ngħixu f 'pajjiż demokratiku, kulħadd jgħid dak li jħoss, kulħadd jitkellem u jikkritika, partiti ġodda qed jinħolqu u l-Gvern qed jgħaddi diversi liġijiet li jipproteġu d-demokrazija. Jiena jiskantani Simon Busuttil. Jitkellem dwar il-libertà tal- espressjoni, imbagħad lil Franco Debono, Jesmond Mugliette u Jeffrey Pullicino Orlando mhux talli ma tahomx libertà tal-espressjoni, talli l-PN prova jagħlqilhom ħalqhom." "Ara ma' ħalq Marlene Farrugia," tgħid Cutajar, "ma sarux sarimi. Il-Partit Laburista ma pruvax jagħmlilha l-ħsara." Hija tiddeskrivi din il-kwistjoni kollha bħala "storm in a teacup" (Rosianne u l-blogg ta' Beding field, Salvu Mallia u Egrant...fl-intervista sħiħa li se tkun ippubblikata fuq is- sit illum.com.mt)