Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Minn Brussell 14 John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Minn fuq it-TV għal fuq il-podju tad-diplomazija • 40 sena fi x-xandir wasslu lil Ray Azzopardi biex jeċċella bħala l-ambaxxatur tal-kultura Maltija • Taħt il-kappa tiegħu jaqgħu 1,300 Malti li jaħdmu fi l-Belġju u l-Lussemburgu MAGĦRUF li jipproduċi u jippreżenta programmi kulturali għaż-żgħażagħ, saħħa u kultura Maltija. Beda fuq Xandir Malta għal diversi snin u kompla fuq Super One. Persuna li kien ukoll fit-tmexxija tal-kampanji elettorali tal- Partit Laburista. Bniedem li mexa b'ideal fil-politika iżda qatt ma ħalla l-politika xxekklu milli jippromwovi l-kultura Maltija f 'kull livell li hu tant iħobb. Persuna li min jafu mill- viċin jagħraf persuna li l-ebda kulur politiku ma jaffettwah fejn tidħol ħbiberija u irġulija. Għalih l-uniċi kuluri li jara huma l-aħmar u l-abjad (il-kuluri tal-bandiera Maltija). Ħamruniż li kien attiv ferm fil-festa ta' San Gejtanu u anke dejjem preżenti fiż- żmien glorjuż tal-Ispartans. Dan hu Ray Azzopardi kif nafu jien għal snin twal u ninsab ċert li hekk jafuh il- bosta. B'karriera ta' 40 sena fix-xandir u karattru li qatt ma emmen fil-politika ta' 'aħna u huma' għenuh fit- triq li llum hu l-ambaxxatur tad-diplomazija u l-kultura Maltija. Ray Azzopardi hu l-ambaxxatur Malti għal Belġju, Lussemburgu u n-NATO. Ilu f 'din il-kariga minn Ottubru tal-2013 fejn jgħix fi Brussell u jaħdem Dar Malta. Meta tiltaqa ma' Ray f 'xi okkażjoni ssibu dejjem jitkellem dwar Malta, dwar kemm jieħu gost jagħmel ġid lil Malta u lil Maltin kollha u kif iħares lejn il-Maltin bħala poplu wieħed u mhux maqsum bil-kuluri. Fil-fatt diversi gruppi li jtellgħu l-Membri Parlamentari Ewropej, sew dawk Nazzjonalisti kif ukoll dawk Laburisti, kollha jilqagħhom u jdawwarhom f 'Dar Malta filwaqt li jitkellem magħhom dwar ix-xogħol favur pajjiżna li jsir f 'dan il-bini ta' Triq Archimede ferm prestiġġjuż li jinsab faċċata tal- Kummissjoni Ewropea. Ray Azzopardi fir-rwol tiegħu ta' Ambaxxatur Malti jaqgħu taħt il-kappa tiegħu 1,300 ċittadin Malti li jaħdmu fil-Belġju u fil- Lussemburgu. Fil-fatt, Maltin jaħdmu l-Belġju hemm 859 u hemm ukoll 450 Malti li jaħdmu l-Lussemburgu. Jidher li fejn tidħol il- kultura Maltija, mhux jien biss għaraft id-doti li għandu, iżda anke ġurnalisti barranin li ddeċidew li għal żmien il-presidenza ta' Malta fil- Kunsill Ewropew jintervistaw lil Ray Azzopardi fil-magażin ta' prestiġju 'Diplomat' li hu l-ewwel wieħed tas- sura tiegħu fid-dinja tad- diplomatiċi mmexxi minn ġurnalisti Olandiżi. Ħa ngħiduha kif inhi, il-Presidenza nnifisiha pprovdiet lil Malta b'opportunità eċċellenti li tkun vetrina tal-wirt kulturali tagħha hawnhekk fi Brussell. U meta wieħed iqis li Malta hi l-iċken pajjiż mill-Unjoni, għandha ħafna storja rikka u anke kultura rikka. U dan hu riżultat mill-post strateġiku li tinsab fiha eżatt fin-nofs tal-Mediterran li ħafna jqisuh bħala l-benniena ta' diversi ċivilizazzjonijiet. Dawn iċ-ċivilizazzjonijiet li ġew jaħkmu l-gżira tagħna f 'xi żmien jew ieħor berkuna b'arkitettura maestuża. U fil-fatt id-dinjitarji u dawk li jżuru Malta, kulħadd jibqa' mmeraviljat bir-rikkezza tal- wirt artistiku tagħna. Gżira daqshekk ċkejkna u li tant It-teatru Bozar fi Brussell laqa 'l fuq minn 2,000 mistiden distint biex jkunu preżenti għal wirja spet- takolari tat-talent Malti Ray Azzopardi jiftaħ l-esebizzjoni tal-arti fil- Parlament Ewropew