Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Minn Brussell 15 Fid-dawl ta'…Malta Thursday TVM 20:50 Wirja tal-arti Maltija fi l-Parlament Ewropew għandha x'toffri. Din l-introduzzjoni li nkitbet fuq midja barranija twassal biex l-ambaxxatur Ray Azzopardi jagħmilha parti mill-missjoni diplomatika tiegħu li f 'dawn iż-żminijiet tal-Presidenza iwassal b'mod viżibbli l-wirt kulturali ta' pajjiżna. Fejn l-ambaxxata Maltija qed twassal messaġġ importanti li Malta hi taħlita ta' teżori kulturali u artistiċi flimkien mal-ħajja attiva u vigoruża ta' Malta. L-ewwel impatt li Ray Azzopardi rnexxielu jagħmel fil-Belġju kien il-kunċert straordinarju u ta' klassi kbira mit-tenur Joseph Calleja u l-orkestra filarmonika Maltija mmexxija minn Brian Schembri. Kunċert li wassal ir-rikkezza ta' talent Malti lil 'il fuq minn 2,000 persuna mistiedna li ppakkjaw kull siġġu tat-teatru Bozar. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet l-Ambaxxata Maltija kompliet bl- attivitajiet kulturali tagħha bl-esebizzjoni ta' arti msejha Malta Land and Sea Exhibition fl-istess Bozar u li se ddum sat-28 ta' Mejju ta' din is-sena. Din il-wirja tinkludi diversi pitturi ta' Caravaggio, li normalment ikunu għal wiri fil-Palazzo Pitti f 'Firenze l-Italja. Din se tkun l-ewwel darba li dawn il-pitturi se jkunu ħarġu mill-Italja u dawn ħarġu bħala parti mill-avvenimenti kulturali li jimmarkaw il- Presidenza Maltija. L-ambaxxata Maltija fi Brussell qed taħdem qatigħ biex ilaqqgħu diversi diplomatiċi li jaħdmu fi Brussell u jġibuhom aktar qrib ta' xulxin. Hawnhekk, xogħol Ray Azzopardi hu li jorganizza ikliet u avvenimenti fejn dawn id- diplomatiċi jkunu mistiedna għalihom. Għax waqt dawn l-attivitajiet jiġu diskussi temi importanti għall-pajjiż. Meta kien intervistat minn 'The Diplomat', Ray Azzopardi qal li s-summit informali li sar Malta fit-3 ta' Frar wera li Malta bħala pajjiż żgħir kienet kapaċi tirbaħ ħafna anke jekk hi skarsa fir-riżorsi tagħha. Fil-fatt, il-kapijiet tal-Unjoni Ewropea kollha ħadu gost b'dak li offrietilhom Malta. "Fejn ħafna minnhom żaru l-Konkatidral ta' San Ġwann li hu teżor maestuż tal-arti. Għax barra li jiċċelebra l-Barokk, f 'dan il-Katidral hemm ġawhra artistika oħra, il-qtugħ tar-ras ta' San Ġwann il-Battista," qal Ray Azzopardi lil ġurnalist Olandiż. Jibqa' fatt li Ray Azzopardi hu persuna kolta f 'dik li hi kultura Maltija u l-esperjenza tiegħu bħala xandar għenitu biex ixandar il-kultura Maltija fuq il-podju Ewropew u internazzjonali flok minn fuq is-sett tat-televiżjoni jew radju. U b'hekk iwassal dak li hu sabiħ u li jiġbed miljuni ta' turisti lejn Malta. Iżda dwar Ray Azzopardi qed ineħjji biex nerġgħu niltaqgħu miegħu f 'intervista esklussiva dwar l-esperjenzi ta' ħajtu fejn xi anedotti ma jonqsux u anke dwar il-futur tal-ambaxxata wara l-Presidenza. DAN l-aħħar żort wirja ta' xogħlijiet tal-arti Maltin mill-kollezzjoni tal- arti tal-Parlament Ewropew. Din il-wirja hi organizzata mill-Presidenza Maltija bil-għan li sservi ta' referenza edukattiva dwar l-isfond u l-wirt artistiku tal-artisti li għandhom ix-xogħol tagħhom esebit hawn u li tippriserva u tippromwovi l-kontribut tagħhom għall-wirt kulturali Ewropew. Dawn ix-xogħlijiet qed jittellgħu għall- ewwel darba minn wara li nxtraw wara l-isħubija tal-pajjiż fl-2004. Il-Parlament Ewropew għandu kollezzjoni li tħaddan aktar minn 500 pittura, skultura u xogħol artistiku ieħor mill-istati Membri kollha tal-UE u minn pajjiżi oħra. Ix-xogħlijiet tal-arti Maltin huma parti żgħira, imma ċertament unika. It-tema tal-Presidenza, 'Fid-Dawl ta' ….Malta' dawn il-pitturi jġibu magħhom id-dija u x-xemx tal-Mediterran. Xogħlijiet li skont Catherine Bearder li hi l-kuratur responsabbli għax-xogħlijiet tal-arti fil- Parlament Ewropew, "jgħinuna nifhmu l-karatteristiċi ewlenin tad-dinja tal-arti kontemporanja f 'Malta, fejn jitħalltu u jintgħaġnu flimkien diversi kulturi u influwenzi storiċi. Jirrapreżentaw diversi movimenti u ġenerazzjonijiet, tekniki u kunċetti differenti. Iżda l-użu speċifiku ta' kuluri sħan hu rabta komuni bejniethom ilkoll." Dawk il-pitturi mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew u li huma esebiti fil-bini tal-Parlament Ewropew ġejjin minn sitt artisti Maltin • F'Xatt il-Birgu – Celia Borg Cardona • Tormento Rosso – Pawl Carbonaro • Portrait of Alexi with a glass – Madeline Gera • Poi piovve dentro – Teresa Sciberras • Waves in a Storm – James Vella Clark • Veduta mit-tieqa – Kenneth Zammit Tabona Iżda magħhom żdiedu 13-il biċċa xogħol oħra mill-kolezzjoni tal-arti ta' Malta City Lights – Celia Borg Cardona Abstract – Alfred Chircop Screen – Marco Cremona Grand Harbour Valletta – Madeleine Gera Now - Anna Grima Untitled – John Grima Beyond the Boundaries – Luciano Micallef Island No 8 – Teresa Sciberras Abstract – Anthony Spagnol Wied il-Għasel – Jesmond Vassallo Ta' Liesse – Jesmond Vassallo View of Senglea across Grand Harbour – James Vella Clark Late Autumn in Malta – Kenneth Zammit Tabona Waves in a Storm – James Vella Clark Parti mill-wirja ta' arti Maltija fil-Parlament Ewropew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017