Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Opinjoni 17 Skont Cacopardo... Bezzina qalb is-siġar tal-lewż L -applikazzjoni bin- numru PA7854/16 li l-kelliemi tal-Agrikoltura tal-PN ippreżenta quddiem l-Awtorità tal- Ippjanar kienet faċilment tinftiehem ħażin. Probabbilment li kienet intenzjonata li tkun hekk biex dak li ġie propost ikun xi ftit jew wisq mistur. Dan kien punt li ġie enfasizzat mill- għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa fl-oġġezzjoni għall- applikazzjoni li ppreżentat nhar il-31 ta' Jannar. Il-proposta ta' żvilupp ta' Bezzina kienet tenfasizza li din kienet waħda għar-'rijabilitazzjoni u restawr ta' masġar tal- lewż' (rehabilitation and restoration of almond grove). Imma meta imbagħad teżamina l-pjanti sottomessi, mill-ewwel tinduna li l-proposta tinkludi garage taħt l-art u villa bi tlett ikmamar tas-sodda flimkien ma' swimming pool. F'ċirkustanzi normali, fil- fehma tiegħi applikazzjoni bħal din kienet tkun rifjutata għalkemm xejn ma kont niskanta kieku ġiet approvata għax sfortunatament m'hemmx konsistenza fl- interpretazzjoni tar-regoli tal-ippjanar. Imma d-diskussjoni pubblika li żviluppat, filwaqt li wasslet biex Bezzina rtira l-applikazzjoni, iffukat ukoll fuq il-fatt li huwa kien wieħed mill-awturi tad-dokument dwar il-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista li kien ippubblikat dan l-aħħar. F'dan id-dokument, Bezzina u oħrajn, f 'isem il-PN, enfasizzaw li żvilupp barra miż-żona ta' żvilupp għandu jkun permess biss f 'każijiet eċċezzjonali u l-approvazzjoni dwaru għandha tingħata mill-Parlament b'maġġoranza kkwalifikata. Wieħed kien jistenna li Bezzina, bħala wieħed mill-awturi tad-dokument kien ikun minn tal-ewwel li jonora dak li l-PN qiegħed iwiegħed. Minflok, iżda, ġie jaqa' u jqum, u biex tagħqad, iddefendih ukoll il-Kap tal- Oppożizzjoni li bil-kemm ma ppruvax jikkonvinċina li qisu ma ġara xejn. Sfortunatament, dan kollu jwassal għal konsiderazzjoni importanti dwar jekk id- dokumenti politiċi li joħroġ il-Partit Nazzjonalista għandniex nagħtu kashom. Il-fatt li kelliema tal-PN bħal Bezzina jinjoraw dawn id-dokumenti, iwassal għall- konklużjoni inevitabbli li dan kien eżerċizzju ieħor minn dawk li bihom il- Partit Nazzjonalista imdorri jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies. Drajna b'dawn l-affarijiet. Filwaqt li l-pubblikazzjoni mill-PN tad-dokument dwar il-politika ambjentali tiegħu kien pass tajjeb, jidher li għad baqa' ftit taż-żmien mhux ħażin biex il-PN innifsu jifhem li l-ħarsien tal- ambjent, apparti d-dokumenti jeħtieġ ukoll il-fatti. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com "Wieħed kien jistenna li kien ikun minn tal-ewwel li jonora dak li l-PN qiegħed iwiegħed, imma minf lok, ġie jaqa' u jqum, u biex tagħqad iddefendieh ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni" CARMEL CACOPARDO Il-pjanti li preżenta d-Deputat Toni Bezzina quddiem l-Aw- torità tal-Ippjanar ta' 'rijabilitazzjoniu restawr ta' masġar tal-lewż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017