Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 24 L-għaxar detenturi tal-kards tal-BOV li rebħu vawċer ta' €500 kull wieħed ġew imħabbra matul preżentazzjoni qasira fil-BOV Centre f'Santa Venera. Huma ġew indirizzati minn Ivo Camilleri, Eżekuttiv tal-Electronic Banking, akkompanjat minn Chris Degabriele, Eżekuttiv tal-Cards Business. Ir-rebbieħa kienu fost l-eluf li użaw il-karti tal-kreditu u tad- debitu tal-BOV tagħhom matul il-kampanja ta' promozzjoni tal-Milied li damet għaddejja mill-4 ta' Diċembru 2016 sas-7 ta' Jannar 2017. Kull tranżazzjoni għal ammont minimu ta' €25 awtomatikament tat lid-detentur tal-kard is-sehem f'lotterija. Id-detenturi tal-kards li isimhom ittella' b'mod każwali ġew ikkuntattjati u ntalbu jwieġbu għal mistoqsija bbażata fuq il-ħiliet. Il-vawċers jistgħu jissarrfu għand il-ħwienet ta' Matrix u Forestals, it-tnejn sħab fil-BOV Cards Loyalty Programme. Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa, Ivo Camilleri spjega li, "il-kards qegħdin dejjem aktar malajr isiru l-metodu preferut għall- pagamenti fis-suq kollu. Fil-Bank of Valletta aħna ninsabu impenjati li nkomplu ninvestu u nużaw it-teknoloġija biex nagħmlu s-servizzi bankarji kemm jista' jkun effiċjenti u mingħajr problemi." F'dan ir-rigward, huwa semma l-contactless cards li l-Bank qed jippjana li jintroduċi fis-suq matul ix-xhur li ġejjin. Huwa kompla jenfasizza xi wħud mill-benefiċċji marbuta mal-kards tal-BOV, bħall-konvenjenza u s-serħan tal- moħħ li joffru, b'mod partikolari meta mqabbla ma' ċekkijiet u flus kontanti. Meta rrefera għas- servizzi bankarji onlajn, Camilleri semma l-BOV 3D Secure introdott mill-Bank snin ilu li joffri livell addizzjonali ta' sigurtà kull meta persuna tagħmel pagament online. w"Il-promozzjonijiet marbuta mal-użu tal-kards huma organizzati mill-Bank minn żmien għal żmien, bħala sinjal ta' apprezzament lejn il-klijenti tiegħu għal-lealtà tagħhom," qal Camilleri, filwaqt li ħeġġeġ lid-detenturi tal-kards joqogħdu attenti għal promozzjonijiet simili li se jitħabbru matul ix-xhur li ġejjin. Pjazzetta / Kummerċjali 10 stejjer ta' finzjoni storika f ' 'Awguri, Giovanni Bonello! LIMĦALLEF Giovanni Bonello poġġa f 'sala ppakkjata biex jisma' d-diskors tal-kuratur Francesca Balzan dwar l-artist tas-seklu għoxrin Olof Gollcher u l-imħabba tiegħu għal Ruma, iżda baqa' skantat meta Balzan waqfet proprju fil-bidu tad-diskors tagħha u qalet lill-udjenza, "Le ta, ma nistax u m'iniex se nagħmlu dad-diskors!" Minflokha telgħet fuq il-podju l-istoriku tal-arti Theresa Vella, li spjegat ir-raġuni ta' dik il-messa in scena: u ċjoè li fil-verità r-raġuni tal-istedina dakinhar ġewwa l-Istituto Italiano di Cultura ma kinitx id-diskors, imma kienet okkażjoni biex il-mistednin jiċċelebraw għeluq it-tmenin sena tal- Imħallef Bonello. Sorpriża enormi – għall-Imħallef Bonello biss, però, għax il-bqija tal-mistednin kienu ilhom il-ġimgħat jafu bis- sorpriża u rnexxielhom ilkoll iżommu s-sigriet. Is-sorpriża kompliet meta Vella spjegat li l-aħjar mod biex jiġi mfakkar dan l-anniversarju, fil-fehma tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti kienet li jiġi ppubblikat ktieb ta' novelli storiċi fittizji, ispirati mir-riċerka magħrufa ta' Bonello dwar karattri partikolari fl-istorja ta' Malta. L-idea nibtet appuntu mill-kotba Histories of Malta miġbura mill-Imħallef Bonello, fejn tul diversi volumi wassal lill-qarrejja tiegħu f 'dinja mill-passat mimlija intrigu, qtil, ħabsijiet u ċerimonji elaborati. Huma stejjer kollhom dettalji u kurżitajiet storiċi li bihom Bonello reġa' tefa' dawl fuq eroj u karattri Maltin li altrimenti kienu jintesew u jgħibu fid-dlam tal-passat. F'din il-ġabra, għaxar karattri storiċi milli kien irriċerka l-Imħallef Bonello ingħataw f 'idejn għaxra fost l-aqwa kittieba Maltin li ħolqu stejjer fittizji – frott l-immaġinazzjoni fertili ta' kull wieħed u waħda minnhom imma bbażati fl- isfond u dettalji storiċi – għal din l-okkażjoni. Il-ktieb huwa bilingwi u jinkludi sitt stejjer bil- Malti, ta' Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud, John A. Bonello, Walid Nabhan, Alfred Sant u Mark Vella; u erba' stejjer bl-Ingliż, ta' Maria Grech Ganado, Emma Mattei, Teodor Reljic u Kristina Chetcuti. Kull storja hi magħmula iżjed prezzjuża grazzi għal illustrazzjoni oriġinali tal-artista Marisa Attard. Chris Gruppetta, mill-Merlin Publishers, qal, "Il-ġeneru tal- historical fiction bil-Malti mhux rappreżentat sew, u għalhekk kien unur għalina li żidna xi ftit f 'dan il-ġeneru permezz ta' pubblikazzjoni b'kitbiet ta' dan il-kalibru, bi stejjer li jmorru mill-grottesk għall-biża' għall-eċitament u l-avventura." Awguri, Giovanni Bonello! jinsab għall-bejgħ mill- ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn www.merlinpublishers.com Ċelebrazzjoni tal- pubblikazzjoni ser issir nhar it-23 ta' Frar, fis- 7.30pm f 'Palazzo Pereira, il-Belt Valletta. Ghal aktar informazzjoni ikkuntattja info@merlinpublishers.com jew 21246472. Il-BOV jrebbaħ €500 kull wieħed lil għaxar cardholders Ippjana l-vaganza li jmiss bl-offerti speċjali tal-Emirates Emirates qed toffri prezzijiet speċjali fil-Klassi Ekonomija lill-vjaġġaturi minn Malta lejn għażla ta' destinazzjonijiet, fosthom, Ċipru, Dubaj, il-Lvant Imbiegħed, in-Nofsinhar tal- Ażja, l-Afrika u l-Awstralja. Għall-perjodu limitat, il- prezzijiet tal-Klassi Ekonomija minn Malta, bit-taxxi inklużi, jibdew minn €143 kull persuna għal Larnaka (Ċipru), €594 għal Dubaj, €657 għal Delhi, €661 għal Beijing, €756 għal Bangkok, €728 għal Johannesburg, €734 għal Singapor, €836 għal Maldivi, €839 għal Ho Chi Minh City, €906 għal Bali, €910 għal Manila, €1,339 għal Melbourne, u minn €1,347 għal Sydney. Bliet oħra inklużi f 'din l-offerta hemm Accra, Cape Town, Kolombo, Doha, Hanoj, Hong Kong, Kwala Lampur, Kuwajt, Mumbaj, Muskat, Seoul, Shanghai, u Tajpej. Dawn il-prezzijiet huma validi għal tluq minn Frar sal-15 ta' Lulju u mill-15 ta' Awissu sal-15 ta' Diċembru 2017. Persuna tista' tibbukkja u tixtri l-biljett tal-ajru sat-Tlieta 28 ta' Frar 2017. Id-dati ta' tluq li jaqgħu nhar ta' Ġimgħa u s-Sibt ikollhom suppliment ta' €20 fuq il-prezz. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Il-lista ta' destinazzjonijiet tinsab fuq is-sit ta' Emirates. Filwaqt li topera titjira kuljum bejn Malta u Dubaj b'waqfa qasira f 'Larnaka, Ċipru, bl- ajruplan Boeing 777-300ER, il- vjaġġaturi jistgħu jgawdu minn piż ta' bagalja sa massimu ta' 35kg fil-Klassi Ekonomija, u mis- sistema ta' divertiment abbord b'2,500 stazzjon ta' programmi. Bl-introduzzjoni mill-ġdid tas-servizz ta' titjira kuljum bejn Malta u Dubaj b'waqfa f 'Larnaka, Emirates qed toffri prezz speċjali ta' €143 fil-Klassi Ekonomija lejn Ċipru bid- dati tat-tluq ikunu sal-31 ta' Diċembru 2017. Dehra ġdida għall-Pizza Hut tal-Belt Il-Pizza Hut tal-Belt reġa' fetaħ l-Erbgħa 8 ta' Frar, b'dehra ġdida aktar friska u moderna, wara perjodu ta' manutenzjoni estensiva. "L-għan tagħna hu li nibqgħu ntejbu l-esperjenza tal-klijenti fir-ristoranti tagħna billi noħolqu atmosfera komda fejn jieħdu gost iqattgħu ftit ħin mal-qraba u l-ħbieb tagħhom," qal is-Sur John Bonello Ghio, Group Head of Food Business tal-Grupp Farsons, li jopera l-marka kummerċjali tal-Pizza Hut f'Malta. Is-Sur Bonello Ghio kompla jgħid, "Għaddejjin bi programm ta' remodelling għar-ristoranti kollha tagħna, li bdejna bir-ristorant ta' Tas- Sliema." Ir-ristorant tal-Belt issa joffri flessibbiltà u varjetà ta' stili differenti fejn toqgħod bilqiegħda, ħaġa li toffri lill- klijenti esperjenza kemxejn differenti kull darba li jmorru fir-restorant billi jagħżlu fejn ikunu jixtiequ jpoġġu. Segwi l-Pizza Hut fuq facebook.com/pizzahutmalta jew asal wasla sar-restorant il-ġdid tal-Pizza Hut, il-Belt, billi tibbukkja mejda fuq 20995151 jew mis-sit il-ġdid li tnieda dan l-aħħar, www.pizzahut.com.mt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017