Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Senglea A. ........................0 Sliema W ..........................0 (2-3 wara l-għoti tal- penalties) SLIEMA Wanderers sabu l-ħajja iktar diffiċli milli mistenni biex jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta' 3-2 wara l-għoti tal-penaltis biex b'hekk kisbu post mal-aħħar erbgħa tal-FA Trophy. Kienu Senglea Athletic li ħolqu l-ewwel periklu fl-24 minuta meta xutt ta' Austin Obaje Smith ra x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ċentimetri barra mil-lasti tal-goalkeeper Taljan tal- Wanderers, Giuseppe Sarao. Il-Blues irrispondew ħames minuti wara meta kien Jonathan Pearson, li ra t-tentattiv tiegħu permezz ta' daqqa ta' ras minn taħt il- lasta jistampa mal-mimduda qabel ma d-difiża tas- Sengleani kklerjat il-ballun 'il bogħod f 'sigurtà. Sliema Wanderers qalgħu daqqa ta' ħarta fis-37 minuta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom l-attakkant internazzjonali Jean Paul Farrugia wara li wettaq fawl ikrah fuq il-captain ta' Senglea Athletic, Pablo Doffo. Is-Sengleani ħarġu fuq l-offensiva fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fil-51 minuta xutt minn tarf il-kaxxa ta' Juninho Cabral ġie milqugħ f 'żewġ tentattivi minn Giuseppe Sarao. L-iskor sa tmiem id-90 minuta baqa' ma nbidilx u b'hekk il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani, fejn fil-100 minuta, xutt angulat minn ġol-kaxxa ta' Ricardo Calixto Correa Duarte għall-Wanderers intemm ftit barra. Is-Sengleani rrispondew minuta biss wara permezz ta' xutt mid-distanza ta' Beppe Muscat li ntemm kemxejn għoli minn fuq il-lasti ta' Giuseppe Sarao. Senglea Athletic kienu għoddhom fetħu l-iskor fil- 105 minuta iżda freekick ta' Poblo Doffo ġie mdawwar f 'corner b'diffikultà minn Giuseppe Sarao. Iżda l-iskor baqa' ma nbidilx lanqas wara l-ħin barrani u b'hekk il-partita kellha tmur għal-lotterija tal-penaltis fejn għal Senglea Athletic irnexxielhom isibu x-xibka Pablo Doffo, Juninho Cabral iżda fallew Keith Tanti, Austin Obaje- Smith u Beppe Muscat. Min-naħa l-oħra, għal Sliema Wanderers skorjaw Denni Rocha Dos Santos u Salomon Wisdom u l-captain iżda fallew mill- 11-il metru Mark Scerri u Ricardo Calixto Correa Duarte. Waqt l-għoti tal- penaltis ir-referee Matthew Degabriele keċċa lil Salomon Wisdom wara ġest anti- sportiv li għamel fil-konfront tal-partitarji ta' Senglea Athletic. SENGLEA A. - Martinelli, Tanti, Farrugia, Borg, Farrugia, Doffo, Muscat, Cabral, De Sousa Dias, Obaje-Smith, Vella (Sammut 91') SLIEMA W. - Sarao, Spiteri (Aquilina 67'), Bianchardi, Scerri, Pearson (Xuereb 82'), Incorvaia, Muscat, Temile (Wisdom 103'), Farrugia, Calixto Correa, Rocha Dos Santos Referi - Matthew Degabriele ALEX MUSCAT Huwa l-captain ta' Sliema Wanderers u dejjem lagħab ma' dan it-tim. Huwa plejer importanti tat- tim nazzjonali Malti. Skorja l-aħħar penalti u dak deċisiv għall-Blues f 'din il-partita. Sliema Wanderers mal-aħħar 4 wara l-għoti tal-penaltis Ritratt: Christine Borg Beppe Muscat jaqbeż lil Jean Paul Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017