Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg F'PARTITA valida mill-ħames rawnd tal- FA Trophy li ntlagħbet ilbieraħ, Manchester City ddiżappuntaw meta barra minn darhom sfaw miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls minn Huddersfield Town. B'hekk issa huwa meħtieġ li jintlagħab konfront ieħor bejn dawn iż-żewġ timijiet f 'dak li huwa meqjus bħala replay, biex jiġi determinat min bejn dawn iż-żewġ timijiet se jirnexxielu jagħmilha għar-rawnd li jmiss. Daqstant ieħor iddiżappuntaw iċ- champions Ingliżi Leicester City li wkoll barra minn darhom sorprendentament sfaw megħluba minn Millwall bl-iskor minimu ta' 1-0 u dan meta dawn tal-aħħar lagħbu għall- ħin konsiderevoli bi plejer inqas meta fit-52 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Jake Cooper wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Intant, il-gowl tar-rebħa għal Millwall wasal minn Shaun Cummings b'mod drammatiku fid-90 minuta. Sorpriża wkoll kien ir- riżultat bejn Burnley u Lincoln b'dawn tal-aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa wkoll bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Shaun Raggett fid-89 minuta. Middlesbrough ġewwa darhom għelbu lil Oxford United bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn penalti ta' Grant Leadbitter fis-26 minuta, Rudy Gestede fl-34 minuta u Cristian Stuani fis-86 minuta. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Oxford United waslu minn Christopher Maguire u Antonio Martinez fl-64 u fil-65 minuta rispettivament. FA Cup Il-Ħames Rawnd Is-Sibt 18 ta' Frar Burnley vs Lincoln 0-1 Huddersfield T. vs Manchester C. 0-0 Middlesbrough vs Oxford U. 3-2 Millwall vs Leicester C. 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 19 ta' Frar 15:00 Fulham vs Tottenham H. 17:15 Blackburn R. vs Manchester U. It-Tnejn 20 ta' Frar 20:55 Sutton U. vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 19 ta' Frar 12:30 Bologna vs Inter 15:00 ChievoV. vs Napoli 15:00 Pescara vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Cagliari 15:00 Udinese vs Sassuolo 18:00 Roma vs Torino 20:45 AC Milan vs Fiorentina Manchester City miżmuma minn Huddersfield Town u Leicester City eliminati minn Millwall AIPS EUROPE f 'Malta bejn l-20 u t-22 ta' Frar BEJN l-20 u t-22 ta' Frar l-attenzjoni tal-media tal-isport fl-Ewropa se tkun fuq il-laqgħat tal- Kumitat Ezekuttiv tal-AIPS Europe li ser isiru hawn Malta. L-organizazzjoni tal-laqgħat ġiet fdata lil Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Kungress tal-AIPS li sar fil-Qatar fi Frar tal-2016. AIPS Europe – Malta2017 se jkunu l-aħħar laqgħat qabel it-80 Kungress tal-AIPS li għandu jsir f 'Mejju ta' din is-sena f 'Seoul u Pyeongchang fejn fl-istess Kungress għandha ssir l-elezzjoni tal-AIPS Europe u AIPS għall-perijodu 2017-2021. Preżenti għal laqgħat li għandhom isiru hawn Malta wħud mill-aqwa ġurnalisti fl-Ewropa fosthom Ioannis Daras (Grecja) li huwa wkoll il-President attwali, Lev Rossoshik (Russja) – vici President, Murat Agca (Turkija) Tezorier kif wkoll il-membri Nastassja Marynina (Belarus), Gianfranco Coppola (Italja), Predrag Milinkovic (Serbija) Eldar Ismaylov (Azerbaijan), Guenter Pfeistlinger (Awstrija). Charles Camenzuli - President tal- Għaqda Ġurnalisti Sports huwa wkoll Segretarju Ġenerali tal-AIPS Europe. It-tema ewlenija fil-Laqgħat li għandhom isiru Malta ser tkun it-tħabbir ufficjali tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv. Preżenti Malta ser ikun hawn Gyorgy Szollosi (Ungerija) bħala Direttur tal-ewwel AIPS Europe Sport Media Summit li għandu jsir f 'Budapest f 'Marzu kif wkoll Alan Gasperoni (San Marino) li huwa responsabbli mill-media fl-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li għandhom isiru f 'San Marino. Fl-istess waqt l-Għaqda Ġurnalisti Sports ser torganizza Seminar Nazzjonali għall-Media bil-kelliema ewlenin ikunu Nastassja Marynina dwar it-tieni edizzjoni tal-Logħob tal- Ewropa 2019 li għandhom isiru f 'Minsk, Predrag Milinkovic li huwa l-aktar ġurnalist espert fl-avveniment tas-sewqan ta' Dakar kif wkoll Ioannis Daras dwar il-problema tad-drittijiet tal-media u t-televixin f 'avvenimenti internazzjonali. Ser tkun wkoll organizzata l-ewwel esibizzjoni ta' Fotopgrafija Sportiva b'parteċipazzjoni ta' tnax il-fotoreporter membri tal-GħĠS li dettalji dwarha jingħataw fil-ġranet li ġejjin. Għal dan l-avveniment l-GħGS nediet ukoll il-logo uffiċjali li se jintuża fl- attivitajiet uffiċjali kollha. Id-difensur ta' Millwall, Jake Cooper, jitkeċċa wara li ġie muri żewġ karti sofor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017