Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Sports 29 Illum issir l-ASMK Enduro l-Fawwara LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi illum il-Ħadd 19 ta' Frar se torganizza t-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Enduro 2016/2017. Dan huwa sponsorjat minn Pasta Poiatti u Dunlop. Din l-attività se ssir barra l-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni. Fil- fatt se ssir fil-Barriera tal-Fawwara, limiti tas- Siġġiewi. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am u l-attività tibda fl-10am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni organizzat attività oħra bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Dawn kienu tiġrijiet ukoll mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Għal din l-attività ħadu sehem 45 kompetitur. Fis-Sezzjoni Autocross rajna ġurnata impenjattiva għal 22 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet, dik Modified u dik Standard. Fil-Klassi Modified rajna lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa jirbaħ it-tliet Heats tal-ġurnata biex kien l-ewwel sewwieq li ssiġilla postu fil-finali ta' Klassi A. Miegħu kkwalifkaw Gordon Johnson, Joseph Micallef u Malcom Borg - it-tlieta fuq karozzi Opel Corsa, Jason Martin fuq Volkswagen Polo u Karl Micallef fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Johnson u Vella fejn baqgħu ras imb'ras sa wara l-ewwel kantuniera iżda Vella spinja bil-karozza u ħareġ barra mill-korsa. Intant issa daħlu fix-xena Karl Micallef u Borg f 'taqtigħa bejn min se jieħu l-post ta' Vella. Karl Micallef irnexxielu jgħaddi quddiem segwit minn Borg fejn baqgħu jiddefendu l-post sal-aħħar. Intant, ir-riżultat finali spiċċa b'Johnson jirbaħ segwit minn Karl Micallef u Borg. Fir-raba' post spiċċa Joseph Micallef waqt li fil-ħames u s-sitt post daħlu Vella u Martin rispettivament. Fil-Finali ta' Klassi B rajna l-linja ta' tluq komposta minn Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Jonathan Camilleri, Terence Azzopardi u Melo Zammit fuq Opel Corsa u Keith Borg fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Noel Zammit, Grech u Azzopardi jagħmlu ħarġa tajba ħafna tant li baqgħu flimkien sal-ewwel kantuniera b'Noel Zammit jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Grech u Camilleri. Azzopardi rtira mit- tiġrija minħabba li qabad it-tyres mal-ġenb tal-korsa waqt li s-sewwieqa baqgħu jiddefendu posthom. L-attenzjoni daret fuq Melo Zammit li kien qed jagħmel pressjoni fuq Camilleri sakemm irnexxielu jissuperah. It- tiġrija kompliet imma kellha tmiem sfortunat għal Grech fejn minħabba ħsara fl- isteering spiċċa kellu jirtira mit-tiġrija. Il-finali spiċċat b'Noel Zammit jirbaħ segwit minn Melo Zammit u Camilleri. Fir-raba' post daħal Borg waqt li fil-ħames u s-sitt post spiċċaw Grech u Azzopardi rispettivament. Fl-Autocross Standard kellna dawn ir-rizultati: Ian Fenech fuq Citroen AX jirbaħ din il-klassi segwit minn Deane Farrugia ukoll fuq Citroen AX. Fit-tielet post daħal Quinn Camilleri fuq Peugeot 106 filwaqt li fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Karl Scicluna fuq Peugeot 106 u Johann Vella fuq Opel Nova. Fis-sitt post spiċċa Angelo Galea fuq Peugeot 106. Ħarsa ħafifa lejn x'ġara fis-sezzjoni Motocross. Fi Klassi A rajna spettaklu ta' sewqan sportiv u ferm kompetittiv fejn l-attenzjoni kienet fuq Clayton Camilleri fuq KTM 350cc u Paul Muscat fuq KTM 450cc. Wara l-kwalifikazzjoni fl-ewwel Heat rajna lil Muscat jagħmel ħruġ tajjeb ħafna segwit minn Kyle Camilleri fuq KTM 250cc u David Dimech fuq Honda 450cc. Minkejja din is-sitwazzjoni Clayton Camilleri għamel avvanz qawwi tant li wara l-ewwel lap spiċċa jsegwi lil Muscat. Din is-sitwazzjoni baqgħet sa tmiem it-tiġrija b'Muscat ikompli jiddefendi postu fejn f 'mumenti minnhom Camilleri irnexxielu jissupera lil Muscat b'dan tal-aħħar jagħmel ħiltu kollha biex iġib il-pożizzjoni tiegħu lura. Fit-tieni heat rajna sitwazzjoni simili bir-riżultat finali jispiċċa b'Paul Muscat jirbaħ il-ġurnata segwit minn Clayton Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Trevor Muscat fuq KTM 250cc segwit fir-raba' u l-ħames postijiet mill-kuġini David u Stefan Dimech, it-tnejn fuq muturi Honda. F'riżultati oħra mill- Motocross li kellna fi Klassi B, rajna lil Ryan Faenza fuq Yamaha jirbaħ il- ġurnata segwit fit-tieni post minn Peter Lee Sammut fuq KTM. Fit-tielet post daħal Elvin Debono fuq Kawasaki. Fil-Motocross Klassi C rajna lil Vincent Agius fuq Yamaha jirbaħ il-klassi segwit fit-tieni post minn Michael Sant fuq Honda filwaqt li fit-tielet post daħal Adrian Bonnici fuq Yamaha. Fil-Klassi Veterans rajna lil William Sant fuq Suzuki jirbaħ din il-klassi segwit fit-tieni post minn Paul Degaura fuq KTM. It-tielet post intrebaħ minn Jethro Sant fuq Yamaha. Noel Zammit fuq Fiat Punto imkien ma' Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Terence Azzopard fuq Opel Corsa Gianluca Dingli renjanti fi Sqallija FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda l-Kampjonat Sqalli tal-Karting bl-ewwel tiġrija ssir fit-trakka ta' Ispica. B'kollox ħadu sehem madwar 90 xufier f 'kategoriji differenti. Gianluca rnexxielu jkun dominanti fi Klassi Super ROK fejn huwa rreġistra track record ta' 43.33 sekondi. Huwa rebaħ ukoll il-provi finali u l-finali b'distakk konsiderevoli. Jakkumpanja lil Gianluca fi Sqallija, kien hemm it-tfajjel ċkejken ta' sitt snin Kayden Bonnici Gauci li ppartecipa fil-klassi entry level wara li għamel kors ta' taħriġ apposta pprovdut mis-CSAI. Huwa rnexxielu jikseb ir-raba' post. Gianluca xtaq jirringrazzja lill-KGT Racing tal-materjal li pprovdielu u lill-familja Gauci ta' Burmarrad Commercials tal- għajnuna tagħhom. Gianluca Dingli u t-tim tiegħu Sqallija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017